{"id":8322,"date":"2018-06-07T10:32:59","date_gmt":"2018-06-07T08:32:59","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=8322"},"modified":"2018-06-13T08:01:48","modified_gmt":"2018-06-13T06:01:48","slug":"titwila-wara-l-purtiera-tal-hadid","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/06\/titwila-wara-l-purtiera-tal-hadid\/","title":{"rendered":"Titwila wara l-purtiera tal-\u0127adid"},"content":{"rendered":"<p>\u0126afna, \u0127afna snin ilu, ferm qabel ma ommi bdiet t\u0127allini mmur kun\u010berti tal-mu\u017cika\u00a0<em>rock,\u00a0<\/em>Tina Turner kellha\u00a0<em>gig\u00a0<\/em>fil-Furjana. Kienet is-sena 1990.<\/p>\n<p>Jien ma kontx hemm. Imma n-nies kienu rritornaw minn dak il-kun\u010bert jg\u0127idu li kienet tat spettaklu mill-aqwa. U li Michael Frendo, dak i\u017c-\u017cmien ministru tal-kultura, kien tela&#8217; fuq il-palk biex jilqa&#8217; lill-kantanta. Dakinhar kien hemm min tg\u0127idx kemm stag\u0127\u0121eb li l-politi\u010bi j\u0127obbu jinda\u0127lu fejn ma jesag\u0127homx.<\/p>\n<p>Eventwalment, g\u0127adda \u017c-\u017cmien u waqt li jiena kbirt u ommi bdiet tag\u0127tini l-permess nattendi g\u0127all-kun\u010berti <em>rock, <\/em>il-politi\u010bi wkoll bdew jifhmu li posthom mhux fuq il-palk imma fis-sitt filliera minn quddiem.<\/p>\n<p>Jien ma kontx pre\u017centi g\u0127all-kun\u010bert ta&#8217; Anastacia lbiera\u0127, u allura qed noqg\u0127od fuq ir-rapporti li wasluli ming\u0127and min attenda g\u0127all-kun\u010bert. Il-kantanta tat spettaklu tajjeb \u0127afna u l-ebda Ministru ma tela&#8217; fuq il-palk. Imma b&#8217;xi mod jew ie\u0127or, fil-kummenti tag\u0127ha, xorta rreferiet g\u0127all-mexxejja supremi ta&#8217; pajji\u017cna meta semmiet lill-Prim Ministru u lil wie\u0127ed mid-deputati tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Apparentement, esprimiet il-gratitudni tag\u0127ha lejhom talli ng\u0127atat il-permess li tag\u0127ti kun\u010bert f&#8217;pajji\u017cna.<\/p>\n<p>Ma nafx xi struzzjonijiet tawk, Ms Anastacia, imma hawnhekk m&#8217;g\u0127andekx b\u017conn il-permess tal-prim ministru biex tkanta fil-pubbliku. G\u0127alkemm jidher li hu ja\u0127seb li g\u0127andek b\u017conn il-permess tieg\u0127u!<\/p>\n<p>Jidher li kien hemm min tg\u0127idx kemm \u010bap\u010bap g\u0127al din l-attitudni servili li tfakkarna fi \u017cmien il-purtiera tal-\u0127adid g\u0127alkemm kien hemm o\u0127rajn li \u0127assewhom imbarazzati.<\/p>\n<p>Lanqas timma\u0121inak titla&#8217; fuq il-palk fl-Istati Uniti u tirringrazzja lil Donald Trump talli \u0127alliek tkanta f&#8217;kun\u010bert! Konna qed nittamaw li f&#8217;Malta wasalna fl-istadju li l-affarijiet isiru bl-istess mod. G\u0127al xi \u017cmien, almenu, hekk konna na\u0127sbu.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8207\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/file.aspx_-2.jpeg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/file.aspx_-2-300x162.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/file.aspx_-2-500x270.jpeg 500w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/file.aspx_-2.jpeg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u0126afna, \u0127afna snin ilu, ferm qabel ma ommi bdiet t\u0127allini mmur kun\u010berti tal-mu\u017cika\u00a0rock,\u00a0Tina Turner kellha\u00a0gig\u00a0fil-Furjana. Kienet is-sena 1990. Jien ma kontx hemm. Imma n-nies kienu rritornaw minn dak il-kun\u010bert jg\u0127idu li kienet tat spettaklu mill-aqwa. U li Michael Frendo, dak i\u017c-\u017cmien ministru tal-kultura, kien tela&#8217; fuq il-palk biex jilqa&#8217; lill-kantanta. Dakinhar kien hemm min tg\u0127idx [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8207,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8322\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=8322"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8322\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":8323,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8322\/revisions\/8323\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8207\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=8322"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=8322"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=8322"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}