{"id":8324,"date":"2018-06-12T10:19:14","date_gmt":"2018-06-12T08:19:14","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=8324"},"modified":"2018-06-13T08:02:52","modified_gmt":"2018-06-13T06:02:52","slug":"rebha-ghal-dak-li-kien-ovvju-mill-bidu-nett","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/06\/rebha-ghal-dak-li-kien-ovvju-mill-bidu-nett\/","title":{"rendered":"Reb\u0127a g\u0127al dak li kien ovvju mill-bidu nett"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8312\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/jpb_7833.jpg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"456\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/jpb_7833-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/jpb_7833-405x270.jpg 405w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/jpb_7833.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>Kienu kostretti jie\u0127du parir legali biex jaraw jekk id-drittijiet tag\u0127hom kinux qed ji\u0121u miksura. Meta g\u0127amlu hekk, fi stqarrija uffi\u010bjali l-gvern g\u0127ajjarhom tradituri. Imbag\u0127ad kellhom jargumentaw quddiem il-qorti li persuna esposta politikament ma jistax ikun mistenni minnha serjament li tinvestiga reat kriminali li fih s-suspettati wkoll huma persuni esposti politikament.<\/p>\n<p>Tmien xhur wara li ommhom \u0121iet assassinata, il-qorti tat ra\u0121un lil ulied Daphne Caruana Galizia li l-investigatur fil-ka\u017c tal-qtil ta&#8217; ommhom mhuwiex investigatur kredibbli min\u0127abba l-kunflitti \u010bari ta&#8217; interess li g\u0127andu.<\/p>\n<p>Dan g\u0127aliex kull filg\u0127axija jaqsam l-istess sodda ma&#8217; persuna li l-e\u017cistenza politika tag\u0127ha tiddependi kompletament fuq l-appo\u0121\u0121 ta&#8217; dawk li messhom huma suspettati prin\u010bipali f&#8217;dan il-ka\u017c.<\/p>\n<p>Qed ng\u0127id &#8220;messhom&#8221; g\u0127ax mhumiex. Ta\u0127t l-g\u0127ajnejn attenti u politikament motivati ta&#8217; Silvio Valletta, il-pulizija qag\u0127det attenta li tevita li mqar tipprova tifta\u0127 xi tip ta&#8217; inkjesta dwar politi\u010bi li g\u0127andhom ikunu investigati b\u0127ala persuni b&#8217;interess fil-qtil ta&#8217; dik li kienet l-aktar \u0121urnalista kritika fil-konfront tag\u0127hom &#8211; kif iddeskrivewha huma stess &#8211; jekk xejn, biex g\u0127all-inqas inaddfu isimhom u jitne\u0127\u0127ew minn fuq il-lista tas-suspettati.<\/p>\n<p>Attivisti li kienu mistiedna biex jiltaqg\u0127u ma&#8217; Keith Arnaud, li qed imexxi l-prosekuzzjoni f&#8217;dan il-ka\u017c, qaluli li meta \u0121ie mistoqsi, Keith Arnaud ikkonferma li l-pulizija ma tkellmet mal-ebda politiku li jista&#8217; jkun li kellu motivazzjoni biex jelimina lil Daphne Caruana Galizia b\u0127ala att ta&#8217; tpattija jew biex ma j\u0127allihiex tkompli bix-xog\u0127ol tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Meta l-Ma\u0121istrat Anthony Vella l-\u0121img\u0127a l-o\u0127ra talab ir-rekords tat-telefonati ta&#8217; Joseph Muscat, Adrian Delia u Chris Cardona, kien qieg\u0127ed &#8211; almenu kif naraha jien &#8211; sempli\u010biment jibg\u0127at messa\u0121\u0121 li f&#8217;dan il-ka\u017c il-pulizija ma kinux qed jag\u0127mlu xog\u0127olhom u minflok, qed ikollu jag\u0127milhulhom hu.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm huwa d-dritt tieg\u0127u li jitlob li jing\u0127ata r-rekords tat-telefonati, il-Ma\u0121istrat Vella jaf li te\u017cisti l-possibbilt\u00e0 li dawn ir-rekords m&#8217;g\u0127adhomx je\u017cistu issa li tant g\u0127adda \u017cmien minn meta se\u0127\u0127 il-ka\u017c. Imma jekk jirri\u017culta li dan ikun il-ka\u017c, it-tort \u017cgur li ma jkunx tieg\u0127u. Hija responsabbilt\u00e0 tal-pulizija li tinvestiga reat kriminali u waqt li l-Prim Ministru kien mehdi jipprova jbellag\u0127hielna li qed jag\u0127mel minn kollox biex isolvi l-ka\u017c, xejn ma jeskludi li Silvio Valletta kien mehdi f&#8217;\u0127idma biex ji\u017cgura li ma ssirx \u0121ustizzja kif suppost.<\/p>\n<p>Il-qorti llum irrikonoxxiet li almenu je\u017cisti suspett ra\u0121jonevoli li dan jista&#8217; jkun il-ka\u017c.<\/p>\n<p>Meta federazzjonijiet internazzjonali tal-\u0121urnalisti, osservaturi, MEPs u membri ta&#8217; Parlamenti o\u0127rajn, b\u0127all-familja tal-vittma, jesprimu dubji serji kemm l-affarijiet f&#8217;Malta qed isiru kif suppost u kemm verament irridu li ssir \u0121ustizzja f&#8217;dan il-ka\u017c, g\u0127al dan ikunu qed jirreferu. Kollox beda f&#8217;dik il-\u0121urnata tas-16 ta&#8217; Ottubru meta Consuelo Scerri Herrera tfa\u010b\u010bat fuq ix-xena tad-delitt u mbag\u0127ad iffri\u017cat l-investigazzjoni forensika sakemm \u0121iet biex tidde\u010biedi jekk g\u0127andhiex tirriku\u017ca lilha nnifisha mill-ka\u017c.<\/p>\n<p>Din ix-xenata kompliet meta wie\u0127ed mill-uffi\u010bjali li kienu fuq il-post \u0127a ritratti tal-partijiet minn \u0121isem Daphne Caruana Galizia u qag\u0127ad jog\u0127rok idejh ixandarhom fuq Whatsapp.<\/p>\n<p>U kompliet ukoll meta l-gvern ipprova jintimida lill-membri tal-familja tal-\u0121urnalista assassinata billi jinstiga lill-folol kontrihom waqt li kienu qed jippruvaw jiksbu xi tip ta&#8217; protezzjoni g\u0127ad-drittijiet tag\u0127hom b\u0127ala l-eredi ta&#8217; mara li \u0121iet im\u010ba\u0127\u0127da mid-dritt sagrosant tal-\u0127ajja.<\/p>\n<p>Meta fis-16 tax-xahar tmur &#8211; jew ma tmurx &#8211; quddiem il-qrati biex titlob li ssir \u0121ustizzja, tag\u0127mel hekk g\u0127ax ikun qed ise\u0127\u0127 dan kollu u g\u0127aliex tkun fhimt &#8211; jew forsi ma tkunx fhimt &#8211; li jekk Daphne Caruana Galizia u l-familja tag\u0127ha ji\u0121u m\u010ba\u0127\u0127da mill-\u0121ustizzja, allura anke int tista&#8217; ti\u0121i m\u010ba\u0127\u0127ad milli ssir \u0121ustizzja mieg\u0127ek kull meta ti\u0121i b\u017connha.<\/p>\n<p>Illum, qorti f&#8217;Malta ddikjarat li jekk Silvio Valletta ma jitne\u0127\u0127iex mill-investigazzjoni u x-xog\u0127ol kollu li g\u0127amel ma jer\u0121ax ji\u0121i rivedut, se jibqg\u0127u dubji serji kemm qed issir verament \u0121ustizzja. Probabbli li din id-de\u010bi\u017cjoni issa ti\u0121i appellata minn gvern li jrid ji\u017cgura li qatt ma nsiru nafu min ordna l-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Ara kemm hemm ra\u0121unijiet g\u0127alfejn g\u0127andna nibqg\u0127u g\u0127addejjin nipprotestaw.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kienu kostretti jie\u0127du parir legali biex jaraw jekk id-drittijiet tag\u0127hom kinux qed ji\u0121u miksura. Meta g\u0127amlu hekk, fi stqarrija uffi\u010bjali l-gvern g\u0127ajjarhom tradituri. Imbag\u0127ad kellhom jargumentaw quddiem il-qorti li persuna esposta politikament ma jistax ikun mistenni minnha serjament li tinvestiga reat kriminali li fih s-suspettati wkoll huma persuni esposti politikament. Tmien xhur wara li ommhom [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8312,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8324\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=8324"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8324\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":8325,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8324\/revisions\/8325\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8312\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=8324"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=8324"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=8324"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}