{"id":84204,"date":"2019-12-09T17:09:32","date_gmt":"2019-12-09T16:09:32","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=84204"},"modified":"2019-12-11T14:31:20","modified_gmt":"2019-12-11T13:31:20","slug":"xinhu-ghaddej-minn-mohh-dawk-li-issa-stenbhu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/12\/xinhu-ghaddej-minn-mohh-dawk-li-issa-stenbhu\/","title":{"rendered":"X&#8217;inhu g\u0127addej minn mo\u0127\u0127 dawk li issa stenb\u0127u"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"size-full wp-image-84190 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/joseph-muscat.jpg\" alt=\"\" width=\"373\" height=\"250\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/joseph-muscat-200x134.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/joseph-muscat-300x201.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/joseph-muscat.jpg 373w\" sizes=\"(max-width: 373px) 100vw, 373px\" \/><\/p>\n<p>Is-sitwazzjoni hi wa\u0127da mwieg\u0127ra. Il-gvern g\u0127adu qed i\u0121ib ru\u0127u b\u0127allikieku kollox miexi \u0127arir u din l-im\u0121ieba qieg\u0127da t\u0127asseb sa\u0127ansitra lil dawk li minn dejjem taw l-appo\u0121\u0121 tag\u0127hom lil Joseph Muscat. Dalg\u0127odu semmejt lill-eks membru parlamentari Ewropew tal-Labour Marlene Mizzi u lill-eks President Marie Louise Coleiro Preca. Dak li stqarrew huwa ta&#8217; sinjifikat kbir g\u0127aliex dawn it-tnejn huma veterani fil-Partit Laburista u ma tantx g\u0127andhom g\u0127alxiex ikollhom grazzja ma&#8217; Daphne Caruana Galizia u ma&#8217; dawk li \u0121abu ru\u0127hom b&#8217;mod xejn ammirevoli minn dakinhar li nqatlet sal-lum.<\/p>\n<p>Dawn i\u017c-\u017cew\u0121 politi\u010bi nisa qed jirrifjutaw li jinjoraw il-fatti u qed jinsistu li Joseph Muscat g\u0127andu jwarrab minnufih.<\/p>\n<p>M&#8217;hix \u0127a\u0121a li ti\u0121ri ta&#8217; spiss meta esponenti tal-Partit Laburista jibdew jag\u0127tu l-\u0121enb dak kollu li ji\u0121u ordnat mit-tmexxija \u010bentrali tal-partit. G\u0127al tliet snin u nofs s\u0127a\u0127, l-ordni kienet li l-allegazzjonijiet dwar il-Panama \u0127add m&#8217;g\u0127andu jemminhom. Minkejja l-provi dokumentati li xxandru, dawn kienu njoraw kollox sforz il-lejalt\u00e0 li kienu j\u0127ossu lejn il-partit tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Issa m&#8217;g\u0127adhomx jinjoraw kollox. U jinsabu partikularment urtati g\u0127all-fatt li t-tmexxija tal-partit ma kienitx qaltilhom b&#8217;liema mod kellhom jirrea\u0121ixxu g\u0127all-gideb tal-oppo\u017cizzjoni u g\u0127al tliet snin u nofs s\u0127a\u0127 intalbu li jikkoperaw permezz tas-skiet tag\u0127hom fit-tfassil u l-eventwali <em>cover-up<\/em> ta&#8217; assassinju. Dak li g\u0127amlu, ma kienu qatt \u0127olmu li g\u0127ad jispi\u010b\u010baw jag\u0127mluh.<\/p>\n<p>Dawk l-esponenti Laburisti li g\u0127andhom kuxjenza (hemm bosta minn dawn) b\u0127alissa mo\u0127\u0127hom jinsab iberren fuq ix-xiljiet li kienu \u0121ew im\u0121ieg\u0127la jirrepetu: ji\u0121ifieri li Daphne hi traditur; li Daphne qed tigdeb; li Daphne tobg\u0127od lil Laburisti. U aktar tard wara l-twettaq il-qtil tag\u0127ha, rrepetew l-insinwazzjonijiet insidju\u017ci mfasslin fil-forma ta&#8217; mistoqsija: iben Daphne il-g\u0127ala \u0127alla l-karrozza barra?; x&#8217;sar minnu l<em>-laptop<\/em>?; ulied Daphne jridu li ssir \u0121ustizzja g\u0127al ommhom jew g\u0127andhom biss mibg\u0127eda g\u0127al tal-Labour?<\/p>\n<p>Dawn il-kalunji mge\u017cwrin f&#8217;mistoqsijiet kienu jirrepetuhom bil-qalb g\u0127aliex lill-partit tag\u0127hom kienu jafdaw\u0127 u fl-istess waqt ma kienux jafdaw dak kollu li kien jing\u0127ad mill-avversarji. Dawn sa\u0127ansitra kienu lesti jassumu li kienu ulied Daphne li qatlu lil ommhom. G\u0127al dawk li g\u0127andhom din il-mentalit\u00e0, dawn huma nies \u0127\u017ciena \u0121aladarba m&#8217;humiex Laburisti u g\u0127ax m&#8217;humiex Laburisti jaslu biex joqtlu lil ommhom stess.<\/p>\n<p>Tifhmunix \u0127a\u017cin. B&#8217;daqshekk ma rridx infisser li nies b\u0127al Marie Louise Coleiro Preca dan kollu b&#8217;xi mod ig\u0127addilhom minn mo\u0127\u0127hom. Madankollu nemmen li min ja\u0127sibha b\u0127alha jista&#8217; jasal biex, hu u jservi fil-kariga ta&#8217; president, sa\u0127ansitra jassumi li l-uniku interess ta&#8217; kull minn m&#8217;huwiex Laburist hu li jne\u0127\u0127i lill-Partit Laburista mill-gvern.<\/p>\n<p>Ilkoll assistejna g\u0127all-bidla li se\u0127\u0127et fl-im\u0127u\u0127 tan-nies hekk kif \u0121ie arrestat Yorgen Fenech. Je\u0127tie\u0121 niftakru li, kemm ilu li Fenech \u0121ie arrestat, ma fe\u0121\u0121ew ebda provi \u0121odda \u00a0 li jkomplu jsostnu l-akku\u017ca li kienet saret tliet snin u nofs ilu fis-sens li Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu xxa\u0127\u0127mu minn Yorgen Fenech dwar il-kuntratt tal-<em>Electrogas<\/em>. Ma kien fe\u0121\u0121 xejn \u0121did dwar dan sa minn Ottubru 2018 &#8216;l hawn meta tar-<em>Reuters<\/em> kienu semmew lil Yorgen Fenech b\u0127ala s-sid tal-kumpannija <em>17 Black<\/em>.<\/p>\n<p>U minkejja dan kollu, kien dakinhar li \u0121ie arrestat Yorgen Fenech li g\u0127all-ewwel darba l-po\u017cizzjonijiet fi \u0127dan il-gvern ta\u2019 Keith Schembri u ta&#8217; Konrad Mizzi ma baqg\u0127ux tenibbli. Fl-im\u0127u\u0127 tan-nies &#8211; sa\u0127ansitra anki fl-im\u0127u\u0127 ta&#8217; xi kollegi fil-kabinett &#8211; l-arrest ta&#8217;\u00a0 Yorgen Fenech kien bi\u017c\u017cejjed biex Keith Schembri u Konrad Mizzi ji\u0121u m\u0121ieg\u0127la jerfg\u0127u r-responsabbilt\u00e0 politika tag\u0127hom u jwarrbu mis-si\u0121\u0121u tas-setg\u0127a.<\/p>\n<p>Minn dakinhar &#8216;l hawn, is-sitwazzjoni kompliet te\u0127\u017cien. Wara li Melvin Theuma ng\u0127ata l-ma\u0127fra b&#8217;azzjoni unilaterali tal-prim ministru &#8211; azzjoni li x&#8217;aktarx ittie\u0127det biex issir l-inqas \u0127sara possibbli lil Joseph Muscat &#8211; Theuma qal li kien biss wara li kien tqabbad minn Yorgen Fenech biex joqtol lil Daphne li ltaqa&#8217; ma&#8217; \u0127addiema mill-uffi\u010b\u010bju tal-prim ministru.<\/p>\n<p>Smajna dwar kif Sandro Craus kien i\u010bempillu d-dar. Dwar kif Keith Schembri kien laqg\u0127u fit-tara\u0121 tal-uffi\u010b\u010bju tal-prim ministru &#8211; l-istess post fejn jintlaqg\u0127u dinjitarji barranin &#8211; offrielu kaf\u00e8 u \u0127adu ritratt flimkien. Dwar kif Keith Schembri g\u0127amel pressjoni fuq uffi\u010bjal tal-gvern biex Melvin Theuma jing\u0127ata mpjieg mal-gvern li g\u0127alih kellu jit\u0127allas ming\u0127ajr ma ja\u0127dem. Dwar kif Kenneth Camilleri kien jikkomunika mal-assassini li kienu qed jistennew biex jg\u0127addu pro\u010bess fil-qorti u dwar kif dan wieg\u0127edhom il-\u0127elsien mill-arrest u \u0127las ta&#8217; bagatella flus dment li dawn i\u017commu fommhom sieket.<\/p>\n<p>Sandro Craus huwa l-kap tal-<em>\u2018customer care<\/em>\u2019 fl-uffi\u010b\u010bju tal-prim ministru. Ovvjament Keith Schembri kien l-img\u0127allem l-aktar anzjan tal-gvern. U Kenneth Camilleri kien il-<em>bodyguard<\/em> prin\u010bipali tal-prim ministru.<\/p>\n<p>B&#8217;differenza g\u0127al Yorgen Fenech, Melvin Theuma m&#8217;huwiex qed iwa\u0127\u0127al f&#8217;Keith Schembri g\u0127all-assassinju. Madankollu l-informazzjoni li g\u0127adda s&#8217;issa timplika lill-prim ministru u lil dawk ta&#8217; ta\u0127tu f&#8217;kon\u0121ura kriminali ta&#8217; qtil.<\/p>\n<p>U mbag\u0127ad hemm l-istorja dwar il-mod kif Yorgen Fenech kien tarraf informazzjoni lil Melvin Theuma dwar il-xog\u0127ol tal-pulizija u tas-servizzi tas-sigurt\u00e0, liema informazzjoni Yorgen Fenech ig\u0127id li kien akkwistaha ming\u0127and Keith Schembri. G\u0127andkom tiftakru (dan ktibnie\u0127 ukoll fil-ktieb tag\u0127na) fl-interrogazzjoni li kien g\u0127amel Keith Arnaud lill-a\u0127wa Degiorgio wara li dawn kienu \u0121ew arrestati f&#8217;Di\u010bembru 2017. F&#8217;dik l-interrogazzjoni, l-Ispettur Arnaud kien \u0127ass ru\u0127u urtat g\u0127all-fatt li l-a\u0127wa Degiorgio deheru li jafu li kienu ser ji\u0121u arrestati.<\/p>\n<p>Alfred Degiorgio kien kiteb in-numru tal-<em>mobile<\/em> tat-tfajla tieg\u0127u bil-linka fuq il-pala ta&#8217; jdejh u kien rema&#8217; l-ba\u0127ar il-<em>mobiles<\/em> kollha li kellu. Dakinhar lanqas il-kelb li s-soltu kien ikun fil-ma\u0127\u017cen tal-patata fil-Marsa ma kien hemm.<\/p>\n<p>Melvin Theuma qal li kien hu li lill-a\u0127wa Degiorgio wissiehom bil-quddiem li kienu ser ji\u0121u arrestati. G\u0127amel dan wara li kien wissie\u0127 Yorgen Fenech. Minn na\u0127a tieg\u0127u, Yorgen Fenech jg\u0127id li din l-informazzjoni kien akkwistaha ming\u0127and Keith Schembri. U, kif sirna nafu minn fomm Joseph Muscat stess, Keith Schembri kien ikun pre\u017centi g\u0127al laqg\u0127at mas-servizzi sigrieti.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant fe\u0121\u0121ew l-akku\u017ci li Keith Schembri xjentement kiser l-obbligi tieg\u0127u f&#8217;dik li hi segretezza uffi\u010bjali u li Joseph Muscat, fl-a\u0127jar ipotesi, wera&#8217; negli\u0121enza grassa billi qieg\u0127ed fil-periklu \u0127ajjet is-suldati u l-pulizija li kienu marru biex jarrestaw lill-a\u0127wa Degiorgio. X&#8217;kien ji\u0121i li kieku l-a\u0127wa Degiorgio &#8211; li issa kienu \u0121ew av\u017cati li kienu ser jin\u0121abru &#8211; dde\u010bidew li jisparaw lura fuq il-pulizija u fuq is-suldati? B&#8217;xorti tajba ma \u0121ara&#8217; xejn minn dan kollu i\u017cda tistg\u0127u tibqg\u0127u \u010berti li dawn raw kif g\u0127amlu biex \u0127elsu minn provi li, fi stadju aktar bikri, setg\u0127u jorbtuhom mal-membri l-o\u0127rajn tal-kon\u0121ura kriminali.<\/p>\n<p>Allura kellna lil Keith Schembri jbag\u0127bas bil-provi u lil Joseph Muscat i\u017commu f&#8217;postu biex ikun jista&#8217; jkompli jbag\u0127bas.<\/p>\n<p>L-eks segwa\u010bi kollha li issa qed jinsistu li Joseph Muscat g\u0127andu jwarrab minnufih spi\u010b\u010baw stenb\u0127u hekk kif \u0121ie arrestat Yorgen Fenech. Malli se\u0127\u0127 l-arrest, stenb\u0127u dwar dik li kienet il-motivazzjoni vera wara t-twettiq tal-assassinju. Bdew jifhmu li, wara kollox, dak li kienet kitbet dwaru Daphne ma kienx frott tal-imma\u0121inazzjoni tag\u0127ha u li fil-fatt kellha ra\u0121un dwar dak kollu li kienet kitbet fuq 17 Black u fuq il-kumpanniji sigrieti tal-Panama.<\/p>\n<p>U malli stenb\u0127u dwar dan, dlonk tefg\u0127u \u0127arsithom minn fuq Yorgen Fenech g\u0127al fuq dawk il-persuni li huwa kien xa\u0127\u0127am, ji\u0121ifieri Keith Schembri u Konrad Mizzi. F&#8217;dan l-istadju, din kienet ir-ra\u0121uni il-g\u0127ala r-ri\u017cenja tag\u0127hom &#8211; \u0127a\u0121a li damu \u0127afna \u017cmien jirre\u017cistuha &#8211; kienet saret inevitabbli. G\u0127aliex issa deher li setg\u0127u kienu huma li kienu l-im\u0127u\u0127 wara l-assassinju. Dak li kien deher possibbli issa kien qed jidher probabbli.<\/p>\n<p>Dawk li kienu segwa\u010bi ta&#8217; Joseph Muscat issa stenb\u0127u wkoll g\u0127all-fatt li l-prim ministru ilu jaf aktar minn sena li Yorgen Fenech kellu fuqu dell ta&#8217; suspett u bosta huma dawk li qed jistaqsu l-mistoqsija li \u0121ejja: lil Joseph Muscat kif m&#8217;g\u0127addilux minn mo\u0127\u0127u dak li huwa minn ewl id-dinja, ji\u0121ifieri li jekk Yorgen Fenech kien qatel lil Daphne, g\u0127amel dan biex ig\u0127atti d-delitti li wettaq bi s\u0127ab ma&#8217; Keith Schembri u Konrad Mizzi?<\/p>\n<p>Tliet snin u nofs ilu, bosta kienu dawk li staqsew x&#8217;kienet ir-ra\u0121uni li Joseph Muscat baqa&#8217; ma ke\u010b\u010biex lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi hekk kif dawn inkixfu mill-<em>Panama<\/em> <em>Papers.<\/em> U \u0127afna kienu dawk li ssuspettaw li kien \u017cammhom f&#8217;posthom g\u0127aliex hu stess kien imda\u0127\u0127al mag\u0127hom. Il-fatt li kien hemm ukoll it-tielet kumpannija tal-Panama kompla \u017cied dawn is-suspetti.<\/p>\n<p>Issa l-mistoqsija li bosta qed jistaqsu hi din: Joseph Muscat il-g\u0127ala ma ke\u010b\u010biex lil Keith Schembri meta fe\u0121\u0121 suspett ra\u0121jonevoli li dan tal-a\u0127\u0127ar kien implikat fl-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia? U, aktar ma jg\u0127addi \u017cmien, bosta huma dawk li g\u0127andhom suspett ra\u0121jonevoli li Joseph Muscat stess jinsab implikat fid-delitt ukoll.<\/p>\n<p>U hawn hu fejn jibda&#8217; l-gwaj. G\u0127andu jkun minn ewl id-dinja li Joseph Muscat imissu jwarrab minnufih sabiex il-\u0121ustizzja tkun tista&#8217; tie\u0127u l-kors tag\u0127ha. U minkejja dan, dawk li qed jaspiraw li jie\u0127dulu postu qed ig\u0127inu\u0127 biex jibqa&#8217; fejn hu, qed i\u017curu l-ir\u0127ula mieg\u0127u, qed i\u0127e\u0121\u0121u lin-nies biex jappo\u0121\u0121jawh u qed jg\u0127attulu \u0127mie\u0121u biex b&#8217;hekk jassiguraw li l-id tal-\u0121ustizzja ma tasalx sal-g\u0127atba ta&#8217; Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Il-messa\u0121\u0121 li qed tipprova twassal it-tmexxija tal-Labour hi li l-partit g\u0127andu juri li hu &#8220;mag\u0127qud&#8221;. Dan ifisser li dak li stqarrew Marlene Mizzi u Marie Louise Coleiro Preca fl-a\u0127\u0127ar 24 sieg\u0127a \u2013 u tistg\u0127u tibqg\u0127u \u010berti li mag\u0127hom hemm \u0127afna o\u0127rajn &#8211; jammonta g\u0127al delitt kontra l-Partit Laburista.<\/p>\n<p>Il-fatti juru li, bis-sa\u0127\u0127a tal-&#8216;g\u0127aqda&#8217; li l-Partit Laburista jrid li jkun hemm ma&#8217; Joseph Muscat, dawk li biss sa xahar ilu kienu g\u0127adhom qed jafdaw lil tal-Labour, issa se jer\u0121g\u0127u ja\u0127sbuha sewwa g\u0127andhomx jibqg\u0127u jafdawh u jserr\u0127u mo\u0127\u0127hom li ma jkunx l-istess partit\u00a0 &#8211; b&#8217;Muscat, Schembri u Mizzi jew anki ming\u0127ajrhom &#8211; li fil-\u0121ejjieni jfettillu jorganizza assassinju biex isikket lil kull min ikun ta&#8217; xkiel g\u0127alih.<\/p>\n<p>B&#8217;xorti tajba, ftit huma dawk li jkunu lesti li jibqg\u0127u lejali lejn partit akkost li jg\u0127ixu \u0127ajjithom be\u017cg\u0127anin li jistg\u0127u jinqatlu mill-gvern tag\u0127hom stess.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Is-sitwazzjoni hi wa\u0127da mwieg\u0127ra. Il-gvern g\u0127adu qed i\u0121ib ru\u0127u b\u0127allikieku kollox miexi \u0127arir u din l-im\u0121ieba qieg\u0127da t\u0127asseb sa\u0127ansitra lil dawk li minn dejjem taw l-appo\u0121\u0121 tag\u0127hom lil Joseph Muscat. Dalg\u0127odu semmejt lill-eks membru parlamentari Ewropew tal-Labour Marlene Mizzi u lill-eks President Marie Louise Coleiro Preca. Dak li stqarrew huwa ta&#8217; sinjifikat kbir g\u0127aliex dawn [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":84190,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84204\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=84204"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84204\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":84304,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84204\/revisions\/84304\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/84190\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=84204"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=84204"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=84204"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}