{"id":84404,"date":"2019-12-12T09:30:57","date_gmt":"2019-12-12T08:30:57","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=84404"},"modified":"2019-12-13T18:12:33","modified_gmt":"2019-12-13T17:12:33","slug":"ahsibha-sewwa-qabel-tfattar","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/12\/ahsibha-sewwa-qabel-tfattar\/","title":{"rendered":"A\u0127sibha sewwa qabel tfattar"},"content":{"rendered":"<p>Hemm bosta affarijiet li jkun je\u0127tie\u0121 li nissaportuhom waqt li nkunu fuq quddiem ta&#8217; kampanja favur il-\u0121ustizzja. Hafna drabi nsib min jisfidani biex ni\u0121\u0121ustifika lili nnifsi u biex ni\u0121\u0121ustifika dak li ng\u0127id u il-g\u0127ala ng\u0127idu. U ta&#8217; sikwit ji\u0121ri ikun hemm reazzjonijiet g\u0127alkemm dawn iservu biss ta&#8217; aljenazzjoni. Araw, per e\u017cempju, kif Jeffrey Pullicino Orlando g\u0127a\u017cel li jg\u0127ajjarni <em>chicken<\/em> talli rrifjutat li nie\u0127u sehem f'&#8221;dibattitu&#8221; mieg\u0127u fuq it-TVM u mbag\u0127ad insista l-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet li jag\u0127milli intervista. Ma nafx g\u0127andix il-\u0127ila li &#8220;nirba\u0127&#8221; f&#8217;dibattitu ma&#8217; Jeffrey Pullicino Orlando i\u017cda l-verit\u00e0 hi ma m&#8217;g\u0127andix g\u0127alfejn noqg\u0127od niddibattu mieg\u0127u. Jien mhux intellaq mieg\u0127u g\u0127al si\u0121\u0121u parlamentari. Mhux qed nikkompetilu. Lanqas m&#8217;jien qed nag\u0127mel \u0127ilti biex nidher aktar \u0127elu minnu.<\/p>\n<p>Aktar kmieni din il-\u0121img\u0127a fuq it-televi\u017cjoni ridt nispjega g\u0127aliex il-protesti li qed nag\u0127mlu huma \u0121ustifikati. Ma xtaqtx noqg\u0127od na\u0127li l-\u0127in tat-telespettaturi n\u0127aqqaqha ma&#8217; Jeffrey Pullicino Orlando dwar l-iskandlu tal-Mistra fl-2008 Mistra u dwar it-trasport pubbliku fl-2010. Jien m&#8217;jiniex xi gladjatur u in vista tal-fatt li jien m&#8217;jiniex kandidat politiku jew qaddej ta&#8217; partit politiku b\u0127alma huwa hu, m&#8217;g\u0127andix g\u0127alfejn noqg\u0127od fl-istess kamra mieg\u0127u biex noqg\u0127od inwie\u0121eb g\u0127al dak li jg\u0127id.<\/p>\n<p>\u0126afna drabi mhux lilu biss ikolli ninjora. Fil-Facebook ta&#8217; spiss naqraw allegazzjonijiet li jkunu orkestrati. Skont dawn l-allegazzjonijiet, jien qlajt il-miljuni kemm issa kif ukoll fl-img\u0127oddi. Dawk li jiktbu dawn il-qlajjiet jidher li huma <em>trolls<\/em> im\u0127allsin li jirrepetu dak li jg\u0127idulhom. Dan l-a\u0127\u0127ar kien hemm min wasal biex kiteb li qabel l-2013 jien kont fin-negozju ma&#8217; missier Yorgen Fenech u li mieg\u0127u qlajt balla flus.<\/p>\n<p>Dawk li jiktbu dawn il-qlajjiet jien ma nafhomx minn Adam. Ma nafx kemm dawn ikunu jafu x&#8217;ikunu qed jiktbu meta jiktbu\u0127.<\/p>\n<p>Madankollu ikun hemm drabi li fihom ikolli nirrea\u0121ixxi.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-84372 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/file-4.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/file-4-200x108.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/file-4-300x162.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/file-4-400x216.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/file-4-600x324.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/file-4.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n<p>Lil John Pisani nafu. G\u0127al bosta snin, dan serva b\u0127ala propagandist g\u0127all-Partit Laburista. Dawn tal-orizzont isej\u0127u lilhom infushom \u0121urnalisti. Ibnu Brandon dan la\u0127\u0127ar in\u0127atar b\u0127ala l-kelliem tal-korp tal-Pulizija.<\/p>\n<p>Ftit \u0121ranet ilu kiteb dan li \u0121ej fil-<em>Facebook.<\/em><\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-84370 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-03-at-22.22.49-2.jpeg\" alt=\"\" width=\"473\" height=\"242\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-03-at-22.22.49-2-200x102.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-03-at-22.22.49-2-300x153.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-03-at-22.22.49-2-400x205.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-03-at-22.22.49-2.jpeg 473w\" sizes=\"(max-width: 473px) 100vw, 473px\" \/><\/p>\n<p>Dan g\u0127o\u0121bu jag\u0127mel xilja vaga u indiretta kontra xi organizzazzjonijiet, semma&#8217; lili u xlieni li jien bniedem &#8220;vjolenti&#8221; u &#8220;kriminali&#8221;.<\/p>\n<p>La jien vjolenti u lanqas kriminal. Qatt ma urejt ostilit\u00e0 lejn \u0127add u ma ksirt ebda li\u0121ijiet f&#8217;dawn is-sentejn li ilna norganizzaw kampanji favur is-sewwa u l-\u0121ustizzja. Issa jista&#8217; jkun hemm min ma jaqbilx mieg\u0127i. U min ma jaqbilx mieg\u0127i g\u0127andu kull dritt juri li ma jaqbilx mieg\u0127i. Jista&#8217; jkun hemm ukoll min jissuspetta &#8211; bid-dritt kollu &#8211; li g\u0127andi motivi ulterjuri. i\u017cda \u0127add m&#8217;g\u0127andu d-dritt li lill-uliedi jg\u0127idilhom li jien kriminal vjolenti.<\/p>\n<p>G\u0127adni kemm ippre\u017centajt kaw\u017ca ta&#8217; libell fil-qorti kontra John Pisani. Forsi dan g\u0127ad iservi biex min ifettilu jit\u0127ajjar jikteb li l-protesti pa\u010bifi\u010bi jammontaw g\u0127al kriminalit\u00e0 vjolenti, jer\u0121a&#8217; ja\u0127sibha sewwa qabel ifattarha.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Hemm bosta affarijiet li jkun je\u0127tie\u0121 li nissaportuhom waqt li nkunu fuq quddiem ta&#8217; kampanja favur il-\u0121ustizzja. Hafna drabi nsib min jisfidani biex ni\u0121\u0121ustifika lili nnifsi u biex ni\u0121\u0121ustifika dak li ng\u0127id u il-g\u0127ala ng\u0127idu. U ta&#8217; sikwit ji\u0121ri ikun hemm reazzjonijiet g\u0127alkemm dawn iservu biss ta&#8217; aljenazzjoni. Araw, per e\u017cempju, kif Jeffrey Pullicino Orlando [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":84373,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84404\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=84404"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84404\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":84423,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84404\/revisions\/84423\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/84373\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=84404"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=84404"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=84404"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}