{"id":84517,"date":"2019-12-13T18:55:35","date_gmt":"2019-12-13T17:55:35","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=84517"},"modified":"2019-12-16T17:34:47","modified_gmt":"2019-12-16T16:34:47","slug":"ejja-u-ixghel-xemgha-sur-president","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/12\/ejja-u-ixghel-xemgha-sur-president\/","title":{"rendered":"Ejja u ixg\u0127el xemg\u0127a, Sur President"},"content":{"rendered":"<p>Il-President George Vella llum g\u0127amel diskors li spikka. Diskorsu ma kienx fih kliem li ta&#8217; spiss jinsistu li jlissnu ministri tal-gvern tieg\u0127u dwar kemm g\u0127andna nit\u0127assruhom talli sfaw vittmi ta&#8217; tradiment u dwar kemm jisg\u0127obbihom li Daphne kienet inqatlet minkejja l-fatt li kienet tikkritikahom bl-a\u0127rax, li qaddisa ma kienitx u, tafu intom, li kienet qed tistedinha.<\/p>\n<p>Il-President lissen kliem li s&#8217;issa ma lissinhom ebda Owen Bonnici, ebda Chris Fearne, ebda Michael Farrugia, ebda Robert Abela u ebda bniedem ie\u0127or li jixtieq isaltan fuqna minn Jannar &#8216;il quddiem. Illum il-President tkellem dwar &#8220;i\u010b-\u010borma li \u0121abet mist\u0127ija fuq pajji\u017cna&#8221;. Qed nassumi li George Vella hawn ma kienx qed jirreferi g\u0127at-&#8220;tradituri&#8221; li jissemmew is-soltu: ji\u0121ifieri l-familja Caruana Galizia, Caroline Muscat, jien u &#8220;g\u0127edewwa tal-poplu&#8221; o\u0127rajn.<\/p>\n<p>Il-President tkellem dwar &#8220;\u010borma&#8221;. Din il-kelma g\u0127a\u017cilha hu u tinsab fl-istqarrija ma\u0127ru\u0121a mill-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127u. Skont il-President, il-membri ta&#8217; din i\u010b-\u010borma huma l-veri tradituri u, wara li dawn tiddabbrilhom rashom, je\u0127tie\u0121 li ner\u0121g\u0127u nibnu lill-pajji\u017c mill-\u0121did.<\/p>\n<p>Huwa qal li, b\u0127ala poplu, je\u0127tie\u0121 li jkollna d-dixxiplina, l-kura\u0121\u0121, id-determinazzjoni u l-moderazzjoni. Din hija fehma bilan\u010bjata u, li kieku tassew kellna t-tama li jista&#8217; jkun hemm bidla vera, din il-bidla nistennewha sse\u0127\u0127 bid-dixxiplina u bil-moderazzjoni.<\/p>\n<p>Fil-fehma tieg\u0127i l-President g\u0127andu ra\u0121un ig\u0127id li hu ma jistax jinda\u0127al direttament biex isse\u0127\u0127 il-bidla. Esperti fil-materja jsostnu li l-President g\u0127andu jkollu spazju legali bi\u017c\u017cejjed biex ike\u010b\u010bi lill-prim ministru u ja\u0127tar ie\u0127or minn fost il-partit li jgawdi ma\u0121\u0121oranza tas-si\u0121\u0121ijiet fil-Parlament. Ma naqbel xejn ma din il-po\u017cizzjoni. Tg\u0127id x&#8217;tg\u0127id il-Kostituzzjoni, m&#8217;hemmx dubju li 45 sena ilu l-intenzjoni tal-le\u0121islatur kienet li l-President kellu jissostitwixxi lir-Re\u0121ina u ma kien hemm ebda \u0127sieb li ji\u017cdiedu s-setg\u0127at tal-kap tal-istat.<\/p>\n<p>U g\u0127andi nifhem li kul\u0127add g\u0127andu jaqbel li r-Re\u0121ina m&#8217;g\u0127andha ebda dritt li tke\u010b\u010bi Prim Ministru, tkun xi tkun ir-ra\u0121uni, kontra r-rieda tal-ma\u0121\u0121oranza tal-membri parlamentari.<\/p>\n<p>Madankollu dan ma jfissirx li George Vella m&#8217;g\u0127andux responsabbiltajiet x&#8217;jaqdi u minn dak li smajna llum jidher li l-President bi \u0127siebu jerfa&#8217; r-responsabbiltajiet tieg\u0127u. Jidher li mhux bi \u0127siebu jin\u0127eba wara r-retorika tal-ministri tal-gvern u li lest juri t-triq li g\u0127andha tinqabad.<\/p>\n<p>G\u0127andi nifhem li George Vella qed ixomm li, mal-mog\u0127dija ta\u017c-\u017cmien, qed ikomplu ji\u017cdiedu &#8211; sa\u0127ansitra anki minn fost is-segwa\u010bi l-aktar lejali tal-Partit Laburista &#8211; dawk li nteb\u0127u li l-klassi politika g\u0127addiethom bi\u017c-\u017cmien. Jekk veru qed jara daqshekk fil-bog\u0127od &#8211; u l-fatt li issa jinsab barra mill-arena politika hu ta&#8217; vanta\u0121\u0121 &#8211; ikun wasal g\u0127all-konklu\u017cjoni wkoll li t-tkomplija tal-glorifikazzjoni ta&#8217; Joseph Muscat fi tmiem it-tmexxija tieg\u0127u se tkompli tkabbar il-gidba. G\u0127ad hemm min qed i\u010bap\u010bap u se jkunu proprju dawn li ser jirrabjaw l-aktar meta jasal jum il-kontijiet.<\/p>\n<p>Minn kliemu, George Vella jidher li jrid iwaqqaf it-tkattir ta&#8217; din il-gidba. I\u017cda, jekk irid, g\u0127andu l-\u0127ila li jag\u0127mel aktar minn hekk.<\/p>\n<p>George Vella jaf sew li dawk li qed ji\u0121u mitmug\u0127a l-gideb jkunu lesti li jisimg\u0127u minnu. Dawn in-nies kienu jkunu infurmati a\u0127jar li kieku semg\u0127u u fehmu dak kollu li a\u0127na konna g\u0127idna fl-img\u0127oddi. Id-demokrazija tag\u0127na ma kienitx tkun fil-kri\u017ci li tinsab fiha b\u0127alissa li kieku ma \u0121iex sfruttat it-tribali\u017cmu mi\u010b-&#8220;\u010borma&#8221; biex din setg\u0127et ta\u0127taf is-setg\u0127a u terda&#8217; demm pajji\u017cna.<\/p>\n<p>Dawn in-nies kienu jkunu nfurmati a\u0127jar li kieku \u0121ie spjegat lilhom il-funzjoni vera ta&#8217; \u0121urnalist x&#8217;inhi. Li kieku dawn apprezzaw li xog\u0127ol Daphne ma kienx li jre\u0121\u0121a&#8217; lin-Nazzjonalisti fis-setg\u0127a i\u017cda li tinforma li\u010b-\u010bittadini dwar dak kollu li kienu qed jag\u0127mlu l-politi\u010bi, dawn setg\u0127u gawdew mid-dritt ba\u017ciku tag\u0127hom b\u0127ala \u010bittadini li jkunu nfurmati.<\/p>\n<p>Dawn i\u010b-\u010bittadini \u0121ew mitmug\u0127a l-gideb mi\u010b-\u010borma g\u0127aliex ix-xandir parti\u0121\u0121jan kien ta\u0127t il-kontroll strett ta\u010b-\u010borma. Li kieku tliet snin ilu &#8211; u mhux issa &#8211; dawn semg\u0127u x&#8217;kellha xi tg\u0127id Daphne, kienu jifhmu a\u0127jar dak li kienet qieg\u0127da tag\u0127mel i\u010b-\u010borma li tant \u0121abet mist\u0127ija fuq pajji\u017cna.<\/p>\n<p>Daphne g\u0127amlet sforzi kbar u \u0127allset il-prezz billi nqatlet minn din i\u010b-\u010borma li tant \u0121abet mist\u0127ija fuq pajji\u017cna.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 li, lil dawn i\u010b-\u010bittadini, George Vella jispjegalhom li bl-assassinju ta&#8217; Daphne, i\u010b-\u010borma \u010ba\u0127\u0127dithom mid-dritt demokratiku u kostituzzjonali tag\u0127hom li jin\u017cammu nfurmati. Dakinhar li qatlu lil Daphne, l-assassini ma kellhomx lin-Nazzjonalisti fil-mira tag\u0127hom. Fil-mira tag\u0127hom kien hemm is-segwa\u010bi ta\u010b-\u010borma: lil dawn riedu j\u010ba\u0127\u0127duhom mid-dritt li jsiru jafu x&#8217;verament kienu qieg\u0127din jag\u0127mlu. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, li kieku nteb\u0127u b&#8217;dak li kien verament qed ise\u0127\u0127, kienu jmutu bil-g\u0127ali.<\/p>\n<p>George Vella huwa l-g\u0127assies tal-kostituzzjoni. Dan ifisser li jkun je\u0127tie\u0121 li jispjega lil dawk fost il-poplu li g\u0127andhom it-ta\u0127wid f&#8217;mo\u0127\u0127hom u ji\u010b\u010baralhom dak li se\u0127\u0127 tassew. Je\u0127tie\u0121 ig\u0127idilhom li Daphne ma kienitx l-g\u0127adu i\u017cda l-alleata tag\u0127hom li rriskjat \u0127ajjitha u kull ma kellha g\u0127al qalbha biex huma setg\u0127u jifhmu l-verit\u00e0 u li l-g\u0127edewwa veri tag\u0127hom huma dawk li spi\u010b\u010baw qatluha.<\/p>\n<p>Nhar it-Tnejn se ssir is-26 velja fil-Belt Valletta li fiha ser ner\u0121g\u0127u nsej\u0127u g\u0127all-verit\u00e0 u l-\u0121ustizzja g\u0127al Daphne Caruana Galizia kif ukoll g\u0127al Malta. Wasal i\u017c-\u017cmien li jkun il-President li jmexxi lin-nies imnikkta. Naf li bosta jkunu dawk li ser jitme\u017cm\u017cu jekk jaraw\u0127 hemm. I\u017cda \u0121est b\u0127al dan jista&#8217; jkun il-bidu tat-triq li jista&#8217; jwassal biex tiddewwa l-ferita.<\/p>\n<p>Tistennewx wisq g\u0127ajnuna ming\u0127and il-partiti politi\u010bi. I\u017c-\u017cew\u0121 partiti ewlenin m&#8217;humiex lesti li jag\u0127mlu t-tibdiliet li hemm b\u017conn u li qatt ma mma\u0121inaw li je\u0127tie\u0121 li jag\u0127mlu b&#8217;ri\u017cq il-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Sur President, il-Belt Valletta hi l-belt tieg\u0127ek. A\u0127na l-poplu tieg\u0127ek. Jekk Malta m&#8217;hix il-\u0121gajta li tant \u0121abet mist\u0127ija fuq il-pajji\u017c &#8211; u a\u0127na nafu li m&#8217;hix &#8211; Malta hi dawk kollha li mit-toroq qieg\u0127din isejj\u0127u biex tfe\u0121\u0121 il-verit\u00e0 u biex isse\u0127\u0127 il-\u0121ustizzja.<\/p>\n<p>Nhar it-Tnejn nistednuk biex ti\u0121i u tixg\u0127el xemg\u0127a. Tkun qed tg\u0127in biex jintemm dan l-akbar assedju.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-President George Vella llum g\u0127amel diskors li spikka. Diskorsu ma kienx fih kliem li ta&#8217; spiss jinsistu li jlissnu ministri tal-gvern tieg\u0127u dwar kemm g\u0127andna nit\u0127assruhom talli sfaw vittmi ta&#8217; tradiment u dwar kemm jisg\u0127obbihom li Daphne kienet inqatlet minkejja l-fatt li kienet tikkritikahom bl-a\u0127rax, li qaddisa ma kienitx u, tafu intom, li kienet qed [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":84514,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84517\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=84517"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84517\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":84520,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84517\/revisions\/84520\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/84514\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=84517"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=84517"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=84517"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}