{"id":84548,"date":"2019-12-14T15:47:47","date_gmt":"2019-12-14T14:47:47","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=84548"},"modified":"2019-12-16T17:27:09","modified_gmt":"2019-12-16T16:27:09","slug":"tkazar-falz","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/12\/tkazar-falz\/","title":{"rendered":"Tka\u017car falz"},"content":{"rendered":"<p>Joseph Muscat ma jridniex noqg\u0127odu nit\u0127assbu li Keith Schembri t\u0127alla jg\u0127addi informazzjoni sigrieta lil min huwa suspettat bi qtil u baqa&#8217; jg\u0127addiha lixxa. Ma jridniex noqg\u0127odu nistaqsu l-g\u0127ala lil Konrad Mizzi, li g\u0127adu kif \u0121ie m\u0121ieg\u0127el iwarrab min\u0127abba l-iskandlu Panama\/17 Black, il-Pulizija g\u0127adha ma bg\u0127atitx g\u0127alih. Ma jridniex insiru nafu x&#8217;inhi l-konklu\u017cjoni li \u0121ibdet il-Pulizija dwar l-allegazzjoni li g\u0127amel Chris Cardona li Keith Schembri pprova jwa\u0127\u0127al fi\u0127 g\u0127at-twettiq tad-delitt. G\u0127al \u0121ie\u0127na, xejn minn dan kollu huwa ta&#8217; importanza.<\/p>\n<p>I\u017cda hi ta&#8217; importanza kbira l-allegazzjoni li min mar jipprotesta l-biera\u0127 ma kellux permess biex jipprotesta! U issa anki mieg\u0127i qabdu. Matul dawn l-a\u0127\u0127ar 24 sieg\u0127a jien u marti r\u010bievejna numru ta&#8217; messa\u0121\u0121i mimlijin tg\u0127ajjir. Kull min kien qed jipprotesta l-biera\u0127 u ntg\u0127araf, x&#8217;aktarx ir\u010bieva wkoll messa\u0121\u0121i intimidatorji.<\/p>\n<p>Din l-intimidazzjoni g\u0127andha t-tberika tal-korp tal-pulizija li llum \u0127are\u0121 stqarrija biex ig\u0127id li l-protesta tal-biera\u0127 ma kienx hemm lokha.<\/p>\n<p>Hemm ukoll numru ta&#8217; suldati li fuq il-media so\u010bjali tg\u0127idx kemm new\u0127u g\u0127ax qalu li kien hemm \u0127afna g\u0127ajjat waqt li huma kienu qed jimmar\u010bjaw fit-triq. Mhux is-suldati kollha lmentaw. Jidher li l-bi\u010b\u010ba l-kbira tag\u0127hom fehmu li, \u0121aladarba huma ma kellhom xejn x&#8217;jaqsmu mal-<em>cover-up<\/em> li sar biex jg\u0127atti xtur il-qattirela ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, l-protesta ma kienitx indirizzata lejhom.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/12\/rules-of-engagement\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-biera\u0127 filg\u0127odu kmieni lid-dimostranti tajthom parir <\/a>u ktibt li kieku l-awtoritajiet kienu ser jag\u0127mlu u\u017cu mi\u017c-\u017cwiemel fil-parata, m&#8217;g\u0127andux ikun hemm g\u0127ajjat u tisfir g\u0127aliex i\u017c-\u017cwiemel \u010bertament ma kienux ser jifhmu li r-rabja tan-nies m&#8217;hix wa\u0127da li hi ndirizzata lejhom. U l-biera\u0127 i\u017c-\u017cwiemel t\u0127allew fl-istalel tag\u0127hom.<\/p>\n<p>I\u017cda dalg\u0127odu kien hemm numru ta&#8217; suldati li &#8211; msieken &#8211; \u0127assew g\u0127afsa ta&#8217; qalb u \u0127adu g\u0127alihom g\u0127aliex minflok applawsi sabu ma&#8217; wi\u010b\u010bhom g\u0127ajjat ta&#8217; \u2018korrotti\u2019 u \u2018mafia\u2019. U morru xxejru! Fejn hi l-maturit\u00e0? Hemm g\u0127alfejn intemmg\u0127uhielkom bl-img\u0127arfa? Kienet \u0127a\u0121a minn ewl id-dinja li l-protesti kienu kontra Joseph Muscat u mhux kontra s-suldati.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/12\/light-a-candle-mr-president\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-One TV, li tant tka\u017ca li l-protesta tal-biera\u0127 ma kellhiex permess, ikkwota lil \u010bertu Roger Mulvaney<\/a> mill-armata li qal li j\u0127ossu di\u017cgustat u mwe\u0121\u0121a&#8217;. O ja\u0127asra! X&#8217;we\u0121g\u0127a ta&#8217; qalb! Fakkarni f&#8217;dik it-tarbija ta&#8217; sentejn li tibda&#8217; ting\u0127i u tnewwa\u0127 hekk kif ommha titfa\u010b\u010ba lura d-dar mill-isptar wara li din tkun xtrat tarbija o\u0127ra.<\/p>\n<p>Iva, Sur Roger Mulvaney, nimma\u0121ina li ma \u0127adtx pja\u010bir tara mijiet ta&#8217; nies irrabjati g\u0127al\u00a0 Joseph Muscat g\u0127aliex dan qed jirrifjuta li jwarrab minnufi\u0127.<\/p>\n<p>Nimma\u0121ina li tippreferi tie\u0127u \u0127sieb is-sigurt\u00e0 ta&#8217; pajji\u017cna billi toqg\u0127od i\u010b\u010baf\u010baf fl-ilma ma&#8217; \u0121enb mart Joseph Muscat hi u turina kemm taf tag\u0127mel meravilji fil-ba\u0127ar.<\/p>\n<p>U issa qed ikollna noqg\u0127odu niddefendu ru\u0127na talli wettaqna delitt imma\u0121inarju li ma tlabniex permess biex in\u0127e\u0121\u0121u lil Joseph Muscat idabbar rasu. La kien hemm tkissir u lanqas vjolenza u l-gvern qed jipprova jipperswadina li kellu jsejja\u0127 lill-korp tal-pulizija kollu g\u0127al \u0121o Triq ir-Repubblika sa mill-4 ta&#8217; filg\u0127odu u b&#8217;qerq liema b\u0127alu mhux biss akku\u017cana li wettaqna l-vjolenza i\u017cda wkoll xliena li ma tlabniex permess.<\/p>\n<p>Ma kellna b\u017conn ebda permess biex inwasslu l-messa\u0121\u0121 li xtaqna nwasslu. Hawn la qieg\u0127din ng\u0127ixu f&#8217;xi monasteru u lanqas m&#8217;a\u0127na qed ng\u0127ixu fi Pyongyang.<\/p>\n<p>It-tka\u017car falz li tka\u017cajtu tafu x&#8217;g\u0127andkom tag\u0127mlu bih. Lil Keith Schembri min ser jarrestah? Lil Joseph Muscat minn ser jinterrogah? U Konrad Mizzi min ser jixlieh? Min ser jinvestiga d-delitti kriminali li twettqu fil-Ber\u0121a ta&#8217; Kastilja? U dawk li g\u0127adhom ma xebg\u0127ux jerdg\u0127u demm pajji\u017cna, min ser jie\u0127u \u0127siebhom?<\/p>\n<p>Konklu\u017cjoni wa\u0127da je\u0127tie\u0121 li tin\u0121ibed. Bqajna fl-istess ilma: il-gvern baqa&#8217; jag\u0127mel u\u017cu mill-qerq u mill-gideb u lill-istituzzjonijiet indipendenti (f&#8217;dan il-ka\u017c, l-armata u l-pulizija) qed ju\u017cahom g\u0127all-propaganda parti\u0121\u0121jana, baqa&#8217; jabbu\u017ca mill-poter, bqajna bl-istess impunit\u00e0, bl-istess kampanja ta&#8217; intimidazzjoni kontra minn g\u0127andu fehma differenti, bqajna bl-istess abbu\u017ci permezz tal-mezzi tax-xandir tal-partit u bl-istess mibg\u0127eda tribali.<\/p>\n<p>U jekk kellkom xi tama li Chris Fearne jew Robert Abela g\u0127ad jie\u0127du passi biex iwaqqfu dawn l-abbu\u017ci kollha, er\u0121g\u0127u a\u0127sbuha sewwa. Ftakru li Chris Fearne u Robert Abela kienu \u0127a\u0121a wa\u0127da mal-makna li sal-lum g\u0127adha tag\u0127ti l-kenn kollu lil Joseph Muscat u lill-klikka tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Dawn l-abbu\u017ci mhux ser jieqfu.<\/p>\n<p>U jekk ikun hemm xi \u0127add li ja\u017c\u017carda jiqfilhom b\u0127alma kienet waqfitilhom Daphne, dawn sa\u0127ansitra jaslu biex joqtlu &#8211; g\u0127ax g\u0127andhom is-sa\u0127\u0127a.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Joseph Muscat ma jridniex noqg\u0127odu nit\u0127assbu li Keith Schembri t\u0127alla jg\u0127addi informazzjoni sigrieta lil min huwa suspettat bi qtil u baqa&#8217; jg\u0127addiha lixxa. Ma jridniex noqg\u0127odu nistaqsu l-g\u0127ala lil Konrad Mizzi, li g\u0127adu kif \u0121ie m\u0121ieg\u0127el iwarrab min\u0127abba l-iskandlu Panama\/17 Black, il-Pulizija g\u0127adha ma bg\u0127atitx g\u0127alih. Ma jridniex insiru nafu x&#8217;inhi l-konklu\u017cjoni li \u0121ibdet il-Pulizija [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":84542,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84548\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=84548"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84548\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":84550,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84548\/revisions\/84550\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/84542\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=84548"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=84548"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=84548"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}