{"id":84592,"date":"2019-12-16T09:58:42","date_gmt":"2019-12-16T08:58:42","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=84592"},"modified":"2019-12-16T14:46:46","modified_gmt":"2019-12-16T13:46:46","slug":"dan-mhuwiex-il-partit-laburista-din-mhi-xejn-hlief-il-mafja","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/12\/dan-mhuwiex-il-partit-laburista-din-mhi-xejn-hlief-il-mafja\/","title":{"rendered":"Dan m&#8217;huwiex il-Partit Laburista. Din m&#8217;hi xejn \u0127lief il-Mafja."},"content":{"rendered":"<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn il-mod kif Neville Gaf\u00e0 qabe\u017c qab\u017ca fuq Evarist Bartolo talli dan m&#8217;huwiex jixg\u0127el ix-xemg\u0127at u jfa\u0127\u0127ar lill-<em>mafia state<\/em> ta&#8217; Joseph Muscat. <img class=\"size-full wp-image-84568 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-16-at-07.50.24.jpeg\" alt=\"\" width=\"611\" height=\"717\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-16-at-07.50.24-200x235.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-16-at-07.50.24-256x300.jpeg 256w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-16-at-07.50.24-400x469.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-16-at-07.50.24-600x704.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-16-at-07.50.24.jpeg 611w\" sizes=\"(max-width: 611px) 100vw, 611px\" \/> Ara ma jkunx hawn min imur ji\u0121ri bl-idea li qed nie\u0127u xi pja\u010bir nara \u017cew\u0121 Laburisti jitlewmu fil-bera\u0127. Il-litanija dwar l-&#8220;g\u0127aqda&#8221; u l-&#8220;firda&#8221; fil-partiti politi\u010bi lili ma tappellali xejn. G\u0127alija partit politiku m&#8217;huwiex xi setta u dan ma jistax \u0127lief ifisser li napprova n-nuqqas ta&#8217; qbil.<\/p>\n<p>I\u017cda l-battibekk bejn Gaf\u00e0 u Bartolo m&#8217;hix dwar xi nuqqas ta&#8217; qbil.<\/p>\n<p>Hawn g\u0127andna l-mafja tag\u0127mel l-arja ma&#8217; min qed jopponiha. U l-lealtajiet fi \u0127dan il-partit il-mafja ma&#8217; jinteressawha xejn. Chris Fearne g\u0127adu qed jibqa&#8217; jg\u0127id li &#8220;j\u0127ossu ttradut b&#8217;dak li se\u0127\u0127&#8221;. Aktar ma jibqa&#8217; jirrepeti dan il-kliem, qed jo\u0127ro\u0121 \u010bar li dan il-kliem huwa tradiment minnu nnifsu. It-tradiment ise\u0127\u0127 meta jkun hemm i\u017c-\u017clealt\u00e0. Jekk Keith Schembri jg\u0127addi dokumenti sigrieti tal-partit lil Adrian Delia, Chris Fearne jkollu ra\u0121un li j\u0127ossu tradut g\u0127aliex Keith Schembri jkun wera&#8217; \u017clealt\u00e0 fil-konfront tal-partit tag\u0127hom. Jekk Keith Schembri jg\u0127addi dokumenti sigrieti tal-gvern lil xi \u0121ellied Libjan, Chris Fearne jkollu ra\u0121un li j\u0127ossu tradut g\u0127aliex Keith Schembri kien ikun \u017cleali lejn pajji\u017cu.<\/p>\n<p>Chris Fearne mhuwiex ig\u0127id g\u0127aliex qed i\u0127ossu tradut. Keith Schembri u Konrad Mizzi abbu\u017caw mis-setg\u0127a politika biex i\u0127axxnu bwiethom. S&#8217;issa rri\u017culta li Keith Schembri g\u0127en biex jitwettaq <em>cover-up<\/em> tal-assassinju li twettaq biex ig\u0127atti t-tix\u0127im. Jista&#8217; jkun ukoll li g\u0127amel ag\u0127ar minn hekk. Dan m&#8217;huwiex tradiment i\u017cda huwa delitt kriminali. Neville Gaf\u00e0 huwa membru ta&#8217; din il-kon\u0121ura kriminali.<\/p>\n<p>Meta nsostnu li Keith Schembri g\u0127andu ji\u0121i investigat min\u0127abba kxif ta&#8217; sigrieti uffi\u010bjali tal-istat, bosta \u0127asbu li qed infittxu x-xag\u0127ra f&#8217;g\u0127a\u0121ina. Il-kxif ta&#8217; sigrieti uffi\u010bjali tal-istat huwa delitt kriminali mill-aktar serju u att ta&#8217; korruzzjoni. Hu u jikteb dwar politiku rikattat fl-Ingilterra ta&#8217; \u017cmien ir-Re\u0121ina Vittorja, Oscar Wilde kiteb f&#8217;<em>An Ideal Husband<\/em> dwar segretarju ta&#8217; ministru li kien qala&#8217; l-flus wara li investa f&#8217;azzjonijiet g\u0127ax kien jaf b&#8217;sigrieti uffi\u010bjali tal-istat. Issa nafu fi\u010b-\u010bert li Keith Schembri g\u0127amel u\u017cu illegali minn sigrieti uffi\u010bjali biex ig\u0127addi informazzjoni lil Yorgen Fenech, persuna li kienet ta\u0127t suspett dwar qtil kapitali. Tenut kont tal-fatt li Keith Schembri g\u0127andu interessi tan-negozju fil-Libja, x&#8217;g\u0127amel dan bl-informazzjoni sigrieta li kien jaf biha dwar dak il-pajji\u017c? X&#8217;g\u0127amel bl-informazzjoni li kellu dwar il-kuntrabandu ta\u017c-\u017cejt? B&#8217;dik l-informazzjoni f&#8217;idej\u0127, x&#8217;bg\u0127at lil Gaf\u00e0 jag\u0127mel fil-Libja? Tistg\u0127u tibdew biex timma\u0121inaw l-enormit\u00e0 tar-riskji lis-sigurt\u00e0 ta&#8217; dan il-pajji\u017c b&#8217;sigrieti uffi\u010bjali f&#8217;idejn Keith Schembri?<\/p>\n<p>Uffi\u010bjalment Keith Schembri m&#8217;g\u0127adux fis-setg\u0127a. I\u017cda dan il-fatt \u017camm lil Neville Gaf\u00e0 milli jkompli jg\u0127addilu s-sigrieti uffi\u010bjali? Ebda Evarist Bartolo jew \u0127addie\u0127or m&#8217;hu ser i\u017commu milli jibqa&#8217; j\u0127axxen bwietu. <img class=\"alignnone size-full wp-image-84572\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/12741964_1282116288470165_6804089213117826018_n.jpg\" alt=\"\" width=\"960\" height=\"960\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/12741964_1282116288470165_6804089213117826018_n-66x66.jpg 66w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/12741964_1282116288470165_6804089213117826018_n-150x150.jpg 150w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/12741964_1282116288470165_6804089213117826018_n-200x200.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/12741964_1282116288470165_6804089213117826018_n-300x300.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/12741964_1282116288470165_6804089213117826018_n-400x400.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/12741964_1282116288470165_6804089213117826018_n-600x600.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/12741964_1282116288470165_6804089213117826018_n-768x768.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/12741964_1282116288470165_6804089213117826018_n-800x800.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/12741964_1282116288470165_6804089213117826018_n.jpg 960w\" sizes=\"(max-width: 960px) 100vw, 960px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn il-mod kif Neville Gaf\u00e0 qabe\u017c qab\u017ca fuq Evarist Bartolo talli dan m&#8217;huwiex jixg\u0127el ix-xemg\u0127at u jfa\u0127\u0127ar lill-mafia state ta&#8217; Joseph Muscat. Ara ma jkunx hawn min imur ji\u0121ri bl-idea li qed nie\u0127u xi pja\u010bir nara \u017cew\u0121 Laburisti jitlewmu fil-bera\u0127. Il-litanija dwar l-&#8220;g\u0127aqda&#8221; u l-&#8220;firda&#8221; fil-partiti politi\u010bi lili ma tappellali xejn. G\u0127alija [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":84573,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84592\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=84592"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84592\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":84594,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84592\/revisions\/84594\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/84573\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=84592"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=84592"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=84592"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}