{"id":84613,"date":"2019-12-16T14:23:34","date_gmt":"2019-12-16T13:23:34","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=84613"},"modified":"2019-12-16T16:06:53","modified_gmt":"2019-12-16T15:06:53","slug":"l-imhallef-irtirat-antonio-mizzi-mahtur-mill-gvern-biex-igharbel-ir-rapport-tal-inkjesta-egrant-qabel-jixxandar","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/12\/l-imhallef-irtirat-antonio-mizzi-mahtur-mill-gvern-biex-igharbel-ir-rapport-tal-inkjesta-egrant-qabel-jixxandar\/","title":{"rendered":"L-Im\u0127allef irtirat Antonio Mizzi ma\u0127tur mill-gvern biex ig\u0127arbel ir-rapport tal-inkjesta Egrant qabel jixxandar"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"size-full wp-image-84601 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/antonio_mizzi_judge_1.jpg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"471\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/antonio_mizzi_judge_1-200x138.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/antonio_mizzi_judge_1-300x207.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/antonio_mizzi_judge_1-400x275.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/antonio_mizzi_judge_1-600x413.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/antonio_mizzi_judge_1.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>Jidher li m&#8217;hemmx tmiem g\u0127al din l-istorja.<\/p>\n<p>Joseph Muscat g\u0127adu jinsisti li qed imexxi l-pajji\u017c b\u0127ala <em>caretaker<\/em> minn jum g\u0127al jum u li qed jaqg\u0127od lura milli jie\u0127u de\u010bi\u017cjonijiet importanti. Min jaf x&#8217;ried ifisser b&#8217;dan? Jaqaw qieg\u0127ed jissorvelja l-makna li ssa\u0127\u0127an il-bini li tinsab fil-kantina ta&#8217; Kastilja? Jew forsi qed jibdel il-<em>washers<\/em> tal-<em>flushing<\/em> tal-lokijiet ta&#8217; Strada Stretta?<\/p>\n<p>Illum \u0127atar lill-Im\u0127allef irtirat Antonio Mizzi biex jissokta x-xog\u0127ol tal-avukat tieg\u0127u Pawlu Lia. Mid-dehra li g\u0127al dawn l-a\u0127\u0127ar sena u nofs Pawlu Lia qag\u0127ad jifli bir-reqqa r-rapport tal-inkjesta Egrant u dde\u010bieda liema huma l-brani li m&#8217;g\u0127andniex naqraw.<\/p>\n<p>Il-konflitti tal-interess ma jistg\u0127ux ikunu aktar lampanti milli huma. Pawlu Lia m&#8217;g\u0127adux jidher g\u0127al Keith Schembri g\u0127alkemm g\u0127adu jidher g\u0127al Joseph Muscat. Fil-frattemp, il-mara ta&#8217; ibnu in\u0127atret b\u0127ala Ma\u0121istrat g\u0127alkemm din kellha tirriku\u017ca ru\u0127ha milli tisma&#8217; sensiela ta&#8217; kaw\u017ci min\u0127abba kunflitti ta&#8217; interess.<\/p>\n<p>Antonio Mizzi ma tantx jista&#8217; jserra\u0127 im\u0127u\u0127. Peress li martu hi politiku Laburista, il-\u0121udizzju tieg\u0127u f&#8217;ka\u017c hekk sensittiv b\u0127alma hu l-inkjesta Egrant \u00a0 jista&#8217; jkun wie\u0127ed li jqanqal suspetti.<\/p>\n<p>Fil-frattemp, \u0127add g\u0127adu m&#8217;g\u0127amel attentat biex jispjega kif Melvin Theuma &#8211; is-sensar fl-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia &#8211; jidher li kien emmen li l-mixli Yorgen Fenech seta&#8217; &#8220;jkellem lill-Im\u0127allef Mizzi&#8221; biex jirran\u0121a l-libert\u00e0 provi\u017corja g\u0127al s\u0127abu l-a\u0127wa Degiorgio u g\u0127al \u010aensu Muscat sakemm isir il-\u0121uri.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, jista&#8217; jkun li dan kollu kien frott tal-in\u0121enwinit\u00e0 ta&#8217;\u00a0 Melvyn Theuma. Ejjew nassumu li kien hekk. I\u017cda jiena ng\u0127id li jekk huwa minnu li dan wera&#8217; n\u0121enwinit\u00e0 dwar il-mod kif isir ix-xog\u0127ol tal-im\u0127allfin, ma kienx ikun daqshekk spe\u010bifiku fi kliemu u lil Yorgen Fenech kien jistaqsih biex ikellem lil &#8220;xi m\u0127allef li kien jaf hu&#8221; biex isib tarf tal-problema tal-a\u0127wa Degiorgio.<\/p>\n<p>I\u017cda Melvin Theuma mhux hekk g\u0127amel. G\u0127al xi ra\u0121uni deherlu li Antonio Mizzi kienet il-persuna ideali li setg\u0127et taqdihom.<\/p>\n<p>Min jaf g\u0127aliex hux?<\/p>\n<p>U waqt li qed nippruvaw insibu twe\u0121iba g\u0127al din il-mistoqsija, il-prim ministru &#8220;caretaker&#8221; Joseph Muscat talab lil Antonio Mizzi biex i\u0127assar bi\u010b\u010biet mir-ri\u017cultati tal-inkjesta fejn g\u0127andu x&#8217;jaqsam hu.<\/p>\n<p>Jaqaw insejtu? L-inkjesta Egrant hi dwar Joseph Muscat innifsu. I\u017cda dan g\u0127adu ma warrabx u g\u0127alhekk g\u0127ad g\u0127andu s-setg\u0127a li jidde\u010biedi x&#8217;g\u0127andu jse\u0127\u0127 f&#8217;investigazzjonijiet dwar l-im\u0121ieba tieg\u0127u stess.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Jidher li m&#8217;hemmx tmiem g\u0127al din l-istorja. Joseph Muscat g\u0127adu jinsisti li qed imexxi l-pajji\u017c b\u0127ala caretaker minn jum g\u0127al jum u li qed jaqg\u0127od lura milli jie\u0127u de\u010bi\u017cjonijiet importanti. Min jaf x&#8217;ried ifisser b&#8217;dan? Jaqaw qieg\u0127ed jissorvelja l-makna li ssa\u0127\u0127an il-bini li tinsab fil-kantina ta&#8217; Kastilja? Jew forsi qed jibdel il-washers tal-flushing tal-lokijiet ta&#8217; [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":84602,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84613\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=84613"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84613\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":84618,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/84613\/revisions\/84618\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/84602\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=84613"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=84613"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=84613"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}