{"id":85048,"date":"2019-12-25T08:32:14","date_gmt":"2019-12-25T07:32:14","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=85048"},"modified":"2019-12-25T19:12:40","modified_gmt":"2019-12-25T18:12:40","slug":"joseph-muscat-jixtieqlek-milied-hieni","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/12\/joseph-muscat-jixtieqlek-milied-hieni\/","title":{"rendered":"Joseph Muscat jixtieqlek Milied hieni"},"content":{"rendered":"<p>Joseph Muscat g\u0127amel <em>tweet<\/em> b&#8217;awgurju tal-isba\u0127 xewqat g\u0127all-Milied.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"et\">Il- <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/Milied?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#Milied<\/a> it-Tajjeb \/ Merry <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/Christmas?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#Christmas<\/a> -JM<\/p>\n<p>\u2014 Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/JosephMuscat_JM\/status\/1209725685130027008?ref_src=twsrc%5Etfw\">December 25, 2019<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p><script async src=\"https:\/\/platform.twitter.com\/widgets.js\" charset=\"utf-8\"><\/script><\/p>\n<p>Il-prim ministru skreditat ta&#8217; Malta qed i\u0121ib ru\u0127u b\u0127al dak il-gvern li jkun wasal fl-a\u0127\u0127ar \u017cmien u li, b&#8217;ras iebsa liema b\u0127alha, jibqa&#8217; jirrifjuta li jifhem dak li jkun qed ji\u0121ri madwaru. Joseph Muscat m&#8217;huwiex wa\u0127du. Waqt li fil-messa\u0121\u0121 tal-Milied tieg\u0127u l-President ta&#8217; Malta wera&#8217; sog\u0127ba g\u0127all-mod kif kellna ntemmu s-sena 2019, Robert Abela &#8211; l-bniedem li jrid jil\u0127aq prim ministru &#8211; \u010ba\u0127ad li Malta tinsab g\u0127addejja minn xi kri\u017ci.<\/p>\n<p>M&#8217;hix \u0127a\u0121a li qatt ma \u0121rat li wie\u0127ed jibqa&#8217; jippersisti li jg\u0127addas rasu fir-ramel. L-irjus kienu bdew ig\u0127oddsu fir-ramel ftit wara l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Kienet \u0121rajja li dakinhar wie\u0127ed bil-kemm seta&#8217; jemminha. U issa li nafu \u0127afna aktar x&#8217;wassal g\u0127al din it-tra\u0121edja, s-sitwazzjoni xorta baqg\u0127et wa\u0127da li bil-kemm wie\u0127ed jista&#8217; jemminha.<\/p>\n<p>Joseph Muscat m&#8217;huwiex xi imperatur u ma jistax i\u0121orr mill-palazz tieg\u0127u g\u0127al xi villa g\u0127all-kwiet. Il-bidla tkun se\u0127\u0127et dakinhar li l-verit\u00e0 ma tibqax ti\u0121i mi\u010b\u0127uda. Din hi l-\u0121lieda vera li g\u0127andna quddiemna: li kul\u0127add jibda&#8217; jifhem f&#8217;liema sitwazzjoni tal-wa\u0127x ninsabu fiha.<\/p>\n<p>Di\u0121\u00e0 hija xokkanti li jkollok prim ministru li ja\u010b\u010betta b&#8217;rigal arlo\u0121\u0121 jiswa&#8217; l-belli liri ming\u0127and kuntrattur. I\u017cda meta wie\u0127ed jiftakar li g\u0127andna prim ministru li ilu jg\u0127atti x-xtur ta&#8217; assassinju allegatament ordnat mill-istess kuntrattur, il-g\u0127otja ta&#8217; rigal illegali u mxa\u0127\u0127am b\u0127al dan jibda&#8217; jinftiehem fil-kuntest tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Joseph Muscat u l-klikka ta&#8217; madwaru g\u0127amlu trietaq kull forma ta&#8217; rispett &#8211; spe\u010bjalment ming\u0127and is-segwa\u010bi tag\u0127hom &#8211; lejn dawk li jservu fil-\u0127ajja pubblika. Dawn kissru wkoll ir-rispett li pajji\u017cna kellu lejh innifsu.<\/p>\n<p>M&#8217;hemmx kastig fil-li\u0121ijiet tag\u0127na g\u0127al im\u0121ieba b\u0127al din. Joseph Muscat u l-klikka ta&#8217; madwaru ser jibqg\u0127u midjunin lejn il-pajji\u017c g\u0127all-\u0127sara kollha li wettqu.<\/p>\n<p>Dan ma jfissirx li ma nistg\u0127u nag\u0127mlu xejn. Nistg\u0127u nibqg\u0127u de\u010bi\u017ci fir-rieda tag\u0127na li nibqg\u0127u nfiehmu lill-poplu dwar il-kobor tad-delitt li dawn in-nies wettqu fuq pajji\u017cna. L-awguri tal-Milied li bg\u0127atilna Joseph Muscat nistg\u0127u nirre\u010biprokawhom b&#8217;weg\u0127da li bi \u0127siebna nibqg\u0127u g\u0127addejjin bil-kampanja tag\u0127na sakemm il-pajji\u017c jifta\u0127 g\u0127ajnejh bera\u0127 dwar il-\u0127sara kollha li g\u0127amel.<\/p>\n<p>Dan m&#8217;huwiex xi \u0127sieb mimli bl-ideali\u017cmu i\u017cda huwa wie\u0127ed prattiku. Qabel jibda&#8217; l-pro\u010bess tat-tiswija, l-pajji\u017c je\u0127tie\u0121 li jifhem u jinteba\u0127 bil-\u0127mie\u0121 u l-kallu li l-pajji\u017c jinsab mg\u0127arraq fih. Triq o\u0127ra tkun li nimxu fuq il-parir ta&#8217; Robert Abela u ng\u0127ixu b\u0127al dak l-imperatur li jibqa&#8217; jwebbes rasu u jibqa&#8217; konvint li l-bidla mhix me\u0127tie\u0121a. U dan sakemm nispi\u010b\u010baw nintradmu mir-realt\u00e0.<\/p>\n<p>Il-klikka ta&#8217; madwar Joseph Muscat jidhrilha li qdiet dmirijietha fil-konfront ta&#8217; wliedha. \u0126a\u017cnet bi\u017c\u017cejjed rigali u flus mit-tix\u0127im biex isserra\u0127 rasha li l-\u0127ti\u0121ijiet materjali tag\u0127ha jkunu moqdija g\u0127as-snin li \u0121ejjin. I\u017cda l-klikka m&#8217;hix tara aktar il-bog\u0127od mill-ponta ta&#8217; mnie\u0127erha.<\/p>\n<p>Id-dmirijiet lejn uliedna huma \u0127afna aktar wiesa&#8217; minn hekk. A\u0127na obbligati li ng\u0127addulhom so\u010bjet\u00e0 \u0127ielsa u \u0121usta li fiha jkunu jistg\u0127u jil\u0127qu l-milja tag\u0127hom. Bosta huma dawk li ma jinteressawhom xejn l-arlo\u0121\u0121i tal-idejn li jiswew il-belli liri. Dawn ma jiddilettawx bil-banek ilellxu fid-Dubaj jew b&#8217;dak kollu li j\u0127obbu jdellku fuq \u0121isimhom in-nisa u l-ulied tat-tiranni orjentali.<\/p>\n<p>Ikun bi\u017c\u017cejjed g\u0127al bosta minna jekk ikollna mo\u0127\u0127na mistrie\u0127 li nistg\u0127u nikbru f&#8217;pajji\u017cna u li naqilg\u0127u l-\u0127ob\u017ca ta&#8217; kuljum ming\u0127ajr il-\u0127tie\u0121a li nbaxxu rasna biex nag\u0127tu qima lil partit jew lil klikka ta&#8217; \u0127allelin. U li, fi \u017cminijiet iebsin, l-istat ikun lest li jid\u0127ol g\u0127alina biex i\u0127arisna.<\/p>\n<p>Bosta huma dawk li huma tal-fehma li l-gvern m&#8217;g\u0127andux jinda\u0127al fejn ma jesg\u0127ux. I\u017cda li \u010bertament g\u0127andu jinda\u0127al biex i\u0127ares l-ambjent ta&#8217; madwarna, biex jassigura edukazzjoni u servizz tas-sa\u0127\u0127a xierqa g\u0127al kul\u0127add u biex ikun ta&#8217; wens g\u0127alina fi \u017cminijiet iebsin.<\/p>\n<p>Uliedna ma jridux prim ministru li nhar il-Milied isibuh ma&#8217; wi\u010b\u010bhom b&#8217;awgurju sarkastiku. I\u017cda jridu prim ministru li jwettaq xog\u0127ol li huwa m\u0127allas biex iwettaq.<\/p>\n<p>Sakemm ikollna prim ministri li ma jidhrihomx li f&#8217;dan il-Milied g\u0127andna g\u0127alxiex in\u0127ossu niket, uliedna se ji\u0121u m\u010ba\u0127\u0127da minn \u0121ejjieni li jixirqilhom.<\/p>\n<p>Dan m&#8217;huwiex a\u010b\u010bettabbli. U ser nibqg\u0127u nipprotestaw sakemm il-mexxejja tag\u0127na dan il-messa\u0121\u0121 jibdew jifhmuh jew sakemm jag\u0127mlu l-wisa&#8217; g\u0127al dawk li jifhmuh.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Joseph Muscat g\u0127amel tweet b&#8217;awgurju tal-isba\u0127 xewqat g\u0127all-Milied. Il- #Milied it-Tajjeb \/ Merry #Christmas -JM \u2014 Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) December 25, 2019 Il-prim ministru skreditat ta&#8217; Malta qed i\u0121ib ru\u0127u b\u0127al dak il-gvern li jkun wasal fl-a\u0127\u0127ar \u017cmien u li, b&#8217;ras iebsa liema b\u0127alha, jibqa&#8217; jirrifjuta li jifhem dak li jkun qed ji\u0121ri madwaru. Joseph [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":85043,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85048\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=85048"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85048\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":85054,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85048\/revisions\/85054\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/85043\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=85048"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=85048"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=85048"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}