{"id":85074,"date":"2019-12-26T16:32:14","date_gmt":"2019-12-26T15:32:14","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=85074"},"modified":"2019-12-26T21:52:11","modified_gmt":"2019-12-26T20:52:11","slug":"giehu-ma-jista-jigbru-qatt","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/12\/giehu-ma-jista-jigbru-qatt\/","title":{"rendered":"\u0120ie\u0127u ma jista&#8217; ji\u0121bru qatt"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/exclusive-17-white-the-expensive-limited-edition-watch-yorgen-fenech-gifted-to-joseph-muscat\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Wara li xxandar rapport minn f&#8217;Lovin Malta dwar l-arlo\u0121\u0121 tal-idejn tad-ditta Bulgari li jiswa&#8217; eluf ta&#8217; ewro u li Joseph Muscat a\u010b\u010betta b&#8217;rigal<\/a>, illum Repubblika ppre\u017centat rapport li fih talbet lill-Pulizija biex tinvestiga din l-g\u0127otja b\u0127ala forma ta&#8217; tix\u0127im.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Frepubblika%2Fposts%2F584982928742846&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"579\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Dan l-arlo\u0121\u0121 tal-idejn kien ing\u0127ata b&#8217;rigal fi \u017cmien meta l-Konsorzju <em>Electrogas<\/em> ta&#8217; Yorgen Fenech kien jinsab dahru mal-\u0127ajt u kien \u0121ie b\u017conn l-intervent tal-gvern. Meta s-sie\u0127ba ma\u0121\u0121oritarja tal-<em>Electrogas<\/em> &#8211; il-kumpannija Gasol &#8211; falliet, Yorgen Fenech u s\u0127abu lill-kuntratt kien messhom raddewlu is-salib. Kienu tilfu s-so\u010bju li kellu l-esperjenza f&#8217;pro\u0121etti tal-gass kif ukoll il-finanzjament me\u0127tie\u0121. Il-konsorzju li kien intag\u0127\u017cel minn Brian Tonna kien falla u, bi dritt, il-kuntratt kien messu g\u0127adda f&#8217;idejn \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>I\u017cda l-gvern ra kif g\u0127amel biex jaqdi lill-konsorzju u l-kuntratt &#8211; li fa\u010bilment seta&#8217; ntreba\u0127 minn \u0127addie\u0127or wara li tne\u0127\u0127iet il-\u0127tie\u0121a ta&#8217; investment kapitali &#8211; t\u0127alla f&#8217;idejn l-<em>Electrogas<\/em> wara li l-gvern kien \u0121ieg\u0127el lill-Bank of Valletta jislifhom il-flus li kienu je\u0127tie\u0121u biex jibnu power station u jag\u0127mel garanzija fuq il-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-istess self.<\/p>\n<p>Fuq l-internet g\u0127adhom jimir\u0127u numru ta&#8217; trolls. Dawn mhux biss qieg\u0127din jag\u0127mlu stqarrijiet bla sens i\u017cda qieg\u0127din jiktbu salt gideb. Mhux veru li \u201cta\u0127t in-Nazzjonalisti\u201d kellna ministri li a\u010b\u010bettaw rigali ming\u0127and kuntratturi li jiswew g\u0127exieren ta&#8217; eluf ta&#8217; ewro. Ma jista&#8217; qatt isir paragun mal-arlo\u0121\u0121 tal-lira li kien ing\u0127ata b&#8217;rigal lil Tonio Fenech li kien jiswa&#8217; mal-400 ewro &#8211; rigal li min\u0127abba fih tal-Labour riedu jsallbuh politikament.<\/p>\n<p>Lanqas m&#8217;hu veru li \u201cta\u0127t in-Nazzjonalisti\u201d l-gvern kien intervjena biex i\u0121ieg\u0127el bank jo\u0127ro\u0121 garanzija g\u0127al investiment li suppost kellhom jag\u0127mluh l-investituri. Fl-istorja ta&#8217; Malta qatt ma sar intervent b\u0127al dan fuq kuntratt ta&#8217; dan il-kobor.<\/p>\n<p>U r-ra\u0121uni g\u0127al dan hu li \u201cta\u0127t in-Nazzjonalisti\u201d ma kienx ise\u0127\u0127 l-iskandlu tal-<em>Electrogas.<\/em> U mhux ta\u0127t in-\u201cNazzjonalisti\u201d biss. G\u0127andi g\u0127alxiex nifhem li Alfred Sant \u017cgur ma kienx i\u0127alli \u0121enn b\u0127al dan ise\u0127\u0127 ta\u0127t gvern immexxi minnu.<\/p>\n<p>G\u0127al dawn l-a\u0127\u0127ar 48 sieg\u0127a Joseph Muscat ipprova ji\u017cloq milli jwie\u0121eb dwar l-iskandlu ri\u010benti tal-arlo\u0121\u0121 tal-idejn tal-Bulgari. Wara li Repubblika g\u0127amlet ir-rapport tag\u0127ha mal-pulizija, b&#8217;reazzjoni \u0127are\u0121 stqarrija li fiha naqas li ji\u010b\u0127ad kategorikament li kien ing\u0127ata dan ir-rigal ming\u0127and Yorgen Fenech. Fil-fatt, l-istqarrija tieg\u0127u tikkonferma li fil-fatt dan ir-rigal kien ir\u010bievih. Joseph Muscat b\u0127al donnu jippretendi li g\u0127andna nkunu grati lejh talli ppermetta li Yorgen Fenech ji\u0121i mixli bil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia b\u0127allikieku hu xog\u0127olu li jidde\u010biedi x&#8217;g\u0127andu jew x&#8217;m&#8217;g\u0127andux ise\u0127\u0127.<\/p>\n<p>Huwa stqarr li ppermetta li ji\u0121i mixli Yorgen Fenech minkejja r-rikatt li sar fil-konfront tieg\u0127u. Aktar l-isfel tistg\u0127u taqraw il-kliem e\u017catt tal-istqarrija. Joseph Muscat b\u0127alissa qieg\u0127ed jilg\u0127ab man-nar u m&#8217;hemmx dubju li qieg\u0127ed jag\u0127\u017cel kliemu b&#8217;\u010bertu galbu. Dan li \u0121ej huwa dak li qed nifhem jien dwar dak li Muscat qed jipprova jibqa&#8217; lura milli jg\u0127id i\u017cda li jg\u0127idu xorta wa\u0127da qed ig\u0127idu permezz ta&#8217; kitbietu.<\/p>\n<p>Joseph Muscat qed ig\u0127id li kien jaf li l-arrest ta&#8217; Yorgen Fenech kien ser iwassal biex jinkixfu fatti li kienu ser jimbarazzawh bil-kbir. Milli jidher dawn l-iskandli qed jinkixfu bil-mod il-mod mill-avukati ta&#8217; Yorgen Fenech li qed ifornu lill-istampa b&#8217;lista twila u xokkanti ta&#8217; skandli bit-tama li jkunu jistg\u0127u j\u0121ieg\u0127elu lill-gvern jasal g\u0127al xi ftehim ta&#8217; proklama jew xi ftehim ie\u0127or ma&#8217; Yorgen Fenech.<\/p>\n<p>Ftit ilu smajna l-istorja dwar il-vja\u0121\u0121 lejn Firenze li Yorgen Fenech kien g\u0127amel flimkien ma&#8217; Keith Schembri u ma&#8217; Joseph Muscat, kollox im\u0127allas minn Ali Sadr Hasheminejad, li kien is-sid tal-<em>Pilatus Bank<\/em> u l-bankier tal-korrotti f&#8217;Malta u lil hinn minnha.<\/p>\n<p>U issa fe\u0121\u0121et l-istorja tal-arlo\u0121\u0121 tal-idejn. Storja li hi skandlu minnha nnifisha. Anki li kieku dan l-iskandlu ma kellux rabta mal-kuntratti jintnu tal-<em>power station<\/em> &#8211; biex ma nsemmux ukoll ir-rabta ma&#8217; assassinju &#8211; il-fatt li Joseph Muscat kien a\u010b\u010betta rigal ta&#8217; dan il-valur kien ikun bi\u017c\u017cejjed biex ji\u0121i m\u0121iegel iwarrab.<\/p>\n<p>Fl-istqarrija tieg\u0127u, Joseph Muscat b\u0127al donnu jippretendi li g\u0127andna noqg\u0127odu nfa\u0127\u0127ruh talli ppermetta li Yorgen Fenech ji\u0121i mixli bi qtil minkejja li kien jaf li kien ser jinkixef dwar l-arlo\u0121\u0121 tal-idejn li kien a\u010b\u010betta b&#8217;rigal. G\u0127andi g\u0127al xiex na\u0127seb li Yorgen Fenech g\u0127adu ma kixifx il-karti kollha.<\/p>\n<p>Matul is-sena 2019 stajna ninteb\u0127u li Joseph Muscat di\u0121\u00e0 kien jaf li l-\u0121ejjieni politiku tieg\u0127u kien ser jersaq lejn xifer l-irdum. Dan kollu g\u0127aliex kien qed jistenna&#8217; li tfe\u0121\u0121 din l-istorja ma jfissirx li hu xi eroj. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, kien qed jistenna&#8217; li &#8211; f&#8217;\u0127in jew ie\u0127or &#8211; tfe\u0121\u0121 din l-istorja. Hu kien jaf bl-arlo\u0121\u0121 filwaqt li a\u0127na ma konna nafu b&#8217;xejn. Hu biss jaf kemm g\u0127ad irid jitla&#8217; aktar \u0127mie\u0121 fil-wi\u010b\u010b.<\/p>\n<p>Joseph Muscat kien jaf ben tajjeb kemm hu serju dan l-iskandlu. F&#8217;din l-istorja u fl-ammissjoni tieg\u0127u li kien qed ji\u0121i rikattat dwarha, hemm il-\u0121ustifikazzjoni kollha tat-tfassil tar-regolamenti li jipprojbixxu lill-\u0121udikanti, lill-impjegati tal-gvern u lill-politi\u010bi milli ja\u010b\u010bettaw rigali li jiswew \u0127afna flus ming\u0127and \u0127addie\u0127or, b&#8217;mod partikolari ming\u0127and dawk li dwarhom ikunu ser je\u017cer\u010bitaw is-setg\u0127at tag\u0127hom u jie\u0127du d-de\u010bi\u017cjonijiet.<\/p>\n<p>Huwa appuntu g\u0127aliex Joseph Muscat kien qieg\u0127ed lilu nnifsu fil-po\u017cizzjoni li seta&#8217; ji\u0121i rikattat minn Yorgen Fenech li kien messu bg\u0127atlu lura l-arlo\u0121\u0121.<\/p>\n<p>Li kieku kellu g\u0127aqal bi\u017c\u017cejjed li jibg\u0127at l-arlo\u0121\u0121 lura minn fejn kien \u0121ie u li kieku lil Yorgen Fenech kien laqg\u0127alu mill-bidu nett, Joseph Muscat ma kienx jaqa&#8217; fin-nasba li jinsab fiha b\u0127alissa.<\/p>\n<p>G\u0127al tliet snin s\u0127a\u0127 bqajna ma stajniex nifhmu e\u017catt il-g\u0127ala Joseph Muscat kien naqas li jke\u010b\u010bi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri. I\u017cda, a\u0127na u nit\u0127assbu, konna nafu li r-ra\u0121uni hi li Joseph Muscat huwa korrott, li xxa\u0127\u0127am u li \u0127a de\u010bi\u017cjonijiet pubbli\u010bi li kienu jg\u0127oddu g\u0127al butu.<\/p>\n<p>Qed ng\u0127ixu sitwazzjoni li hi ming\u0127ajr pre\u010bedent. U s-sitwazzjoni tibqa&#8217; dik li hi minkejja l-fatt li Joseph Muscat qed jipprova ji\u0121bor \u0121ie\u0127u b&#8217;\u017cjarat fil-Vatikan, f&#8217;Betlem u llum f&#8217;dik li hi meqjusa b\u0127ala l-qofol tal-pellegrina\u0121\u0121i reli\u0121ju\u017ci, l-Istrina.<\/p>\n<p><img class=\"alignnone size-full wp-image-85059\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/81315695_10157818949311192_3944472053108703232_o.jpg\" alt=\"\" width=\"960\" height=\"599\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/81315695_10157818949311192_3944472053108703232_o-200x125.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/81315695_10157818949311192_3944472053108703232_o-300x187.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/81315695_10157818949311192_3944472053108703232_o-400x250.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/81315695_10157818949311192_3944472053108703232_o-600x374.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/81315695_10157818949311192_3944472053108703232_o-768x479.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/81315695_10157818949311192_3944472053108703232_o-800x499.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/81315695_10157818949311192_3944472053108703232_o.jpg 960w\" sizes=\"(max-width: 960px) 100vw, 960px\" \/><\/p>\n<p>Bil\u0127aqq. Fil-fehma tieg\u0127i, l-President g\u0127andu ra\u0121un meta jg\u0127id li m&#8217;g\u0127andux is-setg\u0127a li jke\u010b\u010bi lil Joseph Muscat. I\u017cda meta jkun ma&#8217; \u0121enbu &#8211; kif kien illum fl-Istrina &#8211; u j\u0121ib ru\u0127u b\u0127allikieku ma kienx ma&#8217; \u0121enb bniedem korrott u skreditat li x&#8217;aktarx jinsab implikat fi qtil, il-President George Vella ikun qed imur oltre minn dak li hu mistenni minnu u bl-im\u0121ieba tieg\u0127u jkun qed ig\u0127in lil Joseph Muscat jilbes il-libsa ta&#8217; prim ministru meta fil-fatt m&#8217;hu xejn \u0127lief \u0127alliel u giddieb.<\/p>\n<p>U wara li llum intbag\u0127at ir-rapport ta&#8217; Repubblika, Muscat ikun je\u0127tie\u0121 li jispjega lill-Pulizija il-g\u0127ala dak li jinsab mixli bil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia kien ta\u0127 arlo\u0121\u0121 tal-idejn li jiswa&#8217; l-belli liri.<\/p>\n<p><img class=\"alignnone size-large wp-image-85057\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/PR192703-page-001-1024x883.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"883\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/PR192703-page-001-200x173.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/PR192703-page-001-300x259.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/PR192703-page-001-400x345.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/PR192703-page-001-600x518.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/PR192703-page-001-768x663.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/PR192703-page-001-800x690.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/PR192703-page-001.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Wara li xxandar rapport minn f&#8217;Lovin Malta dwar l-arlo\u0121\u0121 tal-idejn tad-ditta Bulgari li jiswa&#8217; eluf ta&#8217; ewro u li Joseph Muscat a\u010b\u010betta b&#8217;rigal, illum Repubblika ppre\u017centat rapport li fih talbet lill-Pulizija biex tinvestiga din l-g\u0127otja b\u0127ala forma ta&#8217; tix\u0127im. Dan l-arlo\u0121\u0121 tal-idejn kien ing\u0127ata b&#8217;rigal fi \u017cmien meta l-Konsorzju Electrogas ta&#8217; Yorgen Fenech kien jinsab [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":85060,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85074\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=85074"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85074\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":85077,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85074\/revisions\/85077\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/85060\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=85074"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=85074"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=85074"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}