{"id":85081,"date":"2019-12-26T17:50:36","date_gmt":"2019-12-26T16:50:36","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=85081"},"modified":"2019-12-26T22:38:39","modified_gmt":"2019-12-26T21:38:39","slug":"rapporti-li-keith-schembri-se-jsiefer-minn-malta-mal-familja-tieghu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/12\/rapporti-li-keith-schembri-se-jsiefer-minn-malta-mal-familja-tieghu\/","title":{"rendered":"Rapporti li Keith Schembri se jsiefer minn Malta mal-familja tieg\u0127u"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"size-full wp-image-85068 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/2.jpg\" alt=\"\" width=\"700\" height=\"493\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/2-200x141.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/2-300x211.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/2-400x282.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/2-600x423.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/2.jpg 700w\" sizes=\"(max-width: 700px) 100vw, 700px\" \/><\/p>\n<p>Qed nir\u010bievi numru ta&#8217; rapporti mhux konfermati li Keith Schembri, dak li kien i\u010b-<em>chief of staff<\/em> tal-prim ministru skreditat Joseph Muscat, ser isiefer barra l-pajji\u017c mal-familja tieg\u0127u. Waqt li qed nikteb, hu u l-membri tal-familja tieg\u0127u qed jistennew fil-<em>VIP area<\/em> qabel jirkbu fuq ajruplan.<\/p>\n<p>Skond il-Pulizija, Keith Schembri qed ji\u0121i investigat dwar allegat involviment tieg\u0127u fl-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Huwa kien \u0121ie arrestat fis-7 ta&#8217; Di\u010bembru e\u017catt wara r-ri\u017cenja tieg\u0127u u dan wara li l-Pulizija ssuspettat li kien ta struzzjonijiet lil Yorgen Fenech dwar x&#8217;g\u0127andu jag\u0127mel biex ja\u0127rab mill-arrest u jwa\u0127\u0127al ir-responsabbilt\u00e0 tad-delitt fuq il-Ministru Chris Cardona.<\/p>\n<p>Madankollu, huwa n\u0127eles wara 72 sieg\u0127a. Dakinhar il-Pulizija kienet \u0127ar\u0121et stqarrija li fiha qalet li ma kienx hemm ra\u0121uni g\u0127ala kellha \u017c\u017comm lil Keith Schembri ta\u0127t arrest. U dan minkejja l-fatt li bil-\u0121urament tieg\u0127u Yorgen Fenech kien implika lil Keith Schembri fil-kon\u0121ura tal-qtil filwaqt li Melvin Theuma &#8211; kon\u0121urist ie\u0127or li \u0121ie mog\u0127ti l-proklama minn Joseph Muscat &#8211; xehed dwar laqg\u0127a lil kellu ma&#8217; Keith Schembri f&#8217;dik il-\u0121img\u0127a stess li fiha kien ing\u0127ata l-ordni biex jorganizza l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Fis-17 ta&#8217; Di\u010bembru, l-qorti \u0127ar\u0121et ordni biex ji\u0121i arrestat Keith Schembri wara li dan kien naqas li jidher il-qorti biex jixhed f&#8217;kaw\u017ca kostituzzjonali ppre\u017centata minn Yorgen Fenech. Aktar tard allega li ma kienx jaf li kellu jitla&#8217; jixhed f&#8217;kaw\u017ca u twassal il-qorti f&#8217;karrozza ta&#8217; uffi\u010bjal tal-qorti.<\/p>\n<p>Fid-19 ta&#8217; Di\u010bembru fil-qorti l-investigatur prin\u010bipali l-Ispettur Keith Arnaud qal li Keith Schembri kien qed ji\u0121i investigat fuq qtil u fuq tbag\u0127bis ta&#8217; provi. Madankollu, l-Pulizija kkonfermat li kien hemm xi dewmien ta&#8217; numru ta&#8217; \u0121ranet g\u0127all-\u0121bir tal-provi mill-uffi\u010b\u010bji u mill-apparat elettroniku ta&#8217; Keith Schembri. L-Ispettur Arnaud xehed li l-<em>mobile<\/em> ta&#8217; Keith Schembri ma setg\u0127ax ji\u0121i e\u017caminat g\u0127aliex, meta talbuhulu, Keith Schembri qal li kien tilfu. Lanqas ma saret xi tfittxija fl-uffi\u010b\u010bji ta&#8217; Keith Schembri fil-kwartier \u0121enerali tal-Partit Laburista.<\/p>\n<p>Minn dakinhar li n\u0127eles fid-9 ta&#8217; Di\u010bembru, kien hawn g\u0127ajdut li Keith Schembri \u0127arab mill-pajji\u017c u b&#8217;mod regolari huwa \u0127are\u0121 stqarrijiet biex ji\u010b\u0127ad li g\u0127andu l-intenzjoni li ja\u0127rab.<\/p>\n<p>Minkejja r-riskji kollha li je\u017cistu, ma jidhirx li l-Pulizija mponew xi kundizzjonijiet fuq Keith Schembri b&#8217;xi garanzija sakemm tintemm l-investigazzjoni li qed issir dwaru.<\/p>\n<p>G\u0127ejjun fl-ajruport qaluli li waqt li kien fl-ajruport, Keith Schembri kellu l-<em>mobile<\/em> f&#8217;idu.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Qed nir\u010bievi numru ta&#8217; rapporti mhux konfermati li Keith Schembri, dak li kien i\u010b-chief of staff tal-prim ministru skreditat Joseph Muscat, ser isiefer barra l-pajji\u017c mal-familja tieg\u0127u. Waqt li qed nikteb, hu u l-membri tal-familja tieg\u0127u qed jistennew fil-VIP area qabel jirkbu fuq ajruplan. Skond il-Pulizija, Keith Schembri qed ji\u0121i investigat dwar allegat involviment tieg\u0127u [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":85069,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85081\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=85081"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85081\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":85082,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85081\/revisions\/85082\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/85069\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=85081"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=85081"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=85081"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}