{"id":85105,"date":"2019-12-28T09:06:57","date_gmt":"2019-12-28T08:06:57","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=85105"},"modified":"2019-12-28T15:55:16","modified_gmt":"2019-12-28T14:55:16","slug":"provokazzjoni","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/12\/provokazzjoni\/","title":{"rendered":"Provokazzjoni"},"content":{"rendered":"<p>Il-kelma \u2018provokazzjoni\u2019 ilissnuha biss il-\u0121wejjef. U jlissnuha meta ma jkollhomx argumenti bis-sens x&#8217;joffru u meta jkunu qed ilestu ru\u0127hom biex iwie\u0121bu bil-vjolenza. Meta ma jkunx fadlilhom sku\u017ci biex ig\u0127aww\u0121u l-fatti u meta ma jibqg\u0127ux fil-po\u017cizzjoni li jpin\u0121u l-\u0121ennati b\u0127allikieku dawn g\u0127andhom mir-ra\u0121uni, isibu \u0121ustifikazzjoni biex ixammru l-kmiem u jfajjru d-daqqiet.<\/p>\n<p>Meta l-gvern spi\u010b\u010bawlu l-argumenti u l-isku\u017ci kollha waqt li kienu g\u0127addejjin il-protesti fit-toroq li sejj\u0127u g\u0127ar-ri\u017cenja tal-prim ministru, bdiet tissemma&#8217; l-kelma \u2018provokazzjoni\u2019. Hekk kif bdew \u0127er\u0121in il-provi fil-qorti, hekk kif bosta &#8211; inklu\u017ci w\u0127ud li dejjem appo\u0121\u0121jaw lil tal-Labour &#8211; bdew jinteb\u0127u bis-serjet\u00e0 kbira tal-iskandli li kienu qed jinkixfu, hekk kif l-isku\u017ci u l-\u0121ustifikazzjonijiet ta&#8217; dawn l-a\u0127\u0127ar tliet snin inkixfu li kienu biss gideb u qerq, il-gvern bidel it-ton u beda&#8217; jg\u0127id li d-dimostranti kienu qed &#8220;jipprovokaw&#8221;.<\/p>\n<p>Ikkunsidraw ftit kif nhar Jum ir-Repubblika, tista&#8217; tg\u0127id \u0121ieg\u0127lu lill-korp tal-pulizija kollu jid\u0127ol il-Belt Valletta bit-tama li jinqala&#8217; xi in\u010bident u, wara li ma se\u0127\u0127 ebda in\u010bident, pin\u0121ew il-vittmi imma\u0121inarji: is-suldati u l-Paralimpi\u010bi. Il-gvern ried ji\u017cvija s-su\u0121\u0121ett li dwaru kienu qed isiru l-protesti: ji\u0121ifieri li g\u0127andna prim ministru mplikat fi qtil mg\u0127addas fil-\u0127mie\u0121 tal-korruzzjoni u li l-pajji\u017c m&#8217;g\u0127andux ikollu prim ministru b\u0127al dan. Il-gvern ried ji\u017cvija s-su\u0121\u0121ett g\u0127aliex huwa diffi\u010bli li ma taqbilx mal-prin\u010bipju li prim ministru m&#8217;g\u0127andux ikun \u0127alliel, a\u0127seb u ara qattiel.<\/p>\n<p>Il-gvern g\u0127alhekk iffoka fuq dawk li kienu qed jipprotestaw fit-toroq. Tka\u017ca dwar kemm dawn jobg\u0127odu l-Milied u dak kollu li hu sewwa fid-dinja. Dwar kemm dawn g\u0127andhom mibg\u0127eda g\u0127al dawk li jinsabu fil-b\u017conn u li huma sa\u0127ansitra lesti li j\u0127assrulhom l-Istrina. Dwar kemm dawn jobg\u0127odu lis-sidien tan-negozji u dwar kemm jixtiequ j\u0127arbtulhom il-bejg\u0127.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, dan l-argument ig\u0127odd biss g\u0127al min ja\u0127seb li dawk li qed jipprotestaw fit-toroq qed jag\u0127mlu dan g\u0127all-gost jew g\u0127ax m&#8217;g\u0127andhomx x&#8217;jag\u0127mlu. M&#8217;hemmx dubju li fost dawk li qed jipprotestaw hemm \u0121enituri u tfal li kull sena l-Milied jistennew\u0127 b&#8217;\u0127erqa. Hemm dawk li jiddependu mill-\u0121enero\u017cit\u00e0 tal-<em>Community Chest Fund<\/em> biex ikunu jistg\u0127u j\u0127allsu g\u0127at-trattament mediku kontra l-marda tal-kan\u010ber li l-gvern qed jirrifjuta li jag\u0127mel tajjeb g\u0127alih hu. Hemm ukoll is-sidien tan-negozji li jinsabu nkwetati bin-nuqqas ta&#8217; xog\u0127ol li kellhom matul din is-sena. Sa\u0127ansitra hemm ukoll membri tal-korp tal-pulizija u suldati li jappo\u0121\u0121jaw lil dawk li qed jipprotestaw i\u017cda li jidhrilhom li jkun aktar g\u0127aqli g\u0127alihom li jibqg\u0127u lura milli jissie\u0127bu mag\u0127hom fil-\u0127in meta ma jkunux xog\u0127ol.<\/p>\n<p><img class=\"alignnone size-large wp-image-83856\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/ProtestValletta20191208-9437-1024x683.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"683\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/ProtestValletta20191208-9437-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/ProtestValletta20191208-9437-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/ProtestValletta20191208-9437-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/ProtestValletta20191208-9437-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/ProtestValletta20191208-9437-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/ProtestValletta20191208-9437-800x533.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/ProtestValletta20191208-9437.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/ProtestValletta20191208-9437-1200x800.jpg 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/ProtestValletta20191208-9437-1536x1024.jpg 1536w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p>Fost dawk li qed jipprotestaw, kien hemm wie\u0127ed li \u0127are\u0121 b&#8217;argument tajjeb. Jista&#8217; jing\u0127ad li Christian Pace tkellem f&#8217;wa\u0127da mill-protesti mge\u017cwer fil-bandiera tal-<em>LGBT pride<\/em>. M&#8217;hemmx dubju li dan jag\u0127mel parti minn kategorija ta&#8217; persuni, ji\u0121ifieri LGBT. I\u017cda kellu ra\u0121un ig\u0127id pubblikament li, dan kollu g\u0127aliex jag\u0127mel parti minn din il-kategorija, ma jfissirx li ser ikun lest li ja\u010b\u010betta prim ministru korrott li hu wkoll implikat fi qtil. Ma ni\u017clitlu xejn l-assunzjoni tal-gvern li hu jkun lest li ja\u010b\u010bettah.<\/p>\n<p>B\u0127allikieku li biex tipprotesta kontra Joseph Muscat je\u0127tie\u0121 li tkun bniedem eterosesswali! Dan huwa argument ridikolu daqs kemm hi ridikola l-idea li Christian Pace jew xi dimostrant ie\u0127or kienu qed &#8220;jipprovokaw&#8221; &#8211; kulma qed jitolbu dawn hu li jwarrab il-prim ministru u li l-pulizija jfittxu li jinvestigawh bis-serjet\u00e0.<\/p>\n<p>Joseph Muscat issa re\u0127ielha lejn id-Dubaj. Fl-istess \u0121img\u0127a li fiha ffa\u010b\u010bja kritika \u0127arxa talli kien a\u010b\u010betta rigali lussu\u017ci ming\u0127and Yorgen Fenech &#8211; il-bniedem li jinsab mixli bl-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia &#8211;\u00a0 siefer g\u0127al &#8220;btala&#8221; mal-familja li bil-paga li g\u0127andu \u017cgur li ma setg\u0127ax ila\u0127\u0127aq mag\u0127ha.<\/p>\n<p>Is-safra lejn id-Dubaj m&#8217;hi xejn \u0127lief \u0121ennata. Btala ta&#8217; tlitt ijiem f&#8217;post li tant hu l-bog\u0127od prattikament tfisser btala ta&#8217; jum wie\u0127ed. Telaq minn Malta l-\u0120img\u0127a wara nofsinhar u wasal id-Dubaj kmieni s-Sibt filg\u0127odu. Biex ikun jista&#8217; jer\u0121a&#8217; lura g\u0127ax-xog\u0127ol f&#8217;Malta nhar it-Tnejn, ikun je\u0127tie\u0121 jitlaq mid-Dubaj nhar il-\u0126add qabel i\u017cernaq.<\/p>\n<p>Dan ifisser li mar g\u0127al btala ta&#8217; jum wie\u0127ed fid-Dubaj.<\/p>\n<p>It-titjira kienet wa\u0127da <em>First Class<\/em>. Li jfisser li g\u0127aliha \u0127allas l-ekwivalenti ta&#8217; kwart ta&#8217; dak li jaqla&#8217; f&#8217;sena mill-paga. Kemm il-darba \u0127allas minn butu g\u0127all-ewwel darba f&#8217;6 snin lejlet ir-ri\u017cenja tieg\u0127u, m&#8217;hemmx dubju li Muscat g\u0127amel \u0121ennata biex nefaq dawk il-flus kollha g\u0127al btala ta&#8217; jum wie\u0127ed biss.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, g\u0127al din il-&#8220;btala&#8221; Muscat ma \u0127are\u0121 xejn minn butu. B\u0127alma \u0127are\u0121 xejn minn butu g\u0127all-arlo\u0121\u0121i tal-idejn li jiswew l-eluf. Min jonfoq minn flejjes li ma jmisshomx qieg\u0127din f&#8217;butu, jkun \u0127ati tad-delitt tal-mi\u017capproprjazzjoni. Min jag\u0127mel dan ikun qed jonfoq \u0121id misruq.<\/p>\n<p>Bil-mentalit\u00e0 li hu mdorri biha Joseph Muscat, li wie\u0127ed jiffanfra b&#8217;\u0121idu hi m\u0121ieba mistennija. Id-dandin bil-\u0121id ma jqishiex b\u0127ala m\u0121ieba goffa u stramba. G\u0127all-kuntrarju, l-vizzji mimlijin tlellix huma ta&#8217; min jammirahom. Din l-im\u0121ieba hi wa\u0127da tipika ta&#8217; min ma jafx jiddistingwi bejn dak li hu sewwa u dak li m&#8217;huwiex. Aktar ma jkollok, dejjem a\u0127jar u mhux importanti l-mod kif \u0121ie akkwistat il-\u0121id.<\/p>\n<p>M&#8217;hemm xejn \u0121did f&#8217;din il-mentalit\u00e0: ag\u0127tu \u0127arsa lejn l-ilbies fin, i\u010b-\u010brieket \u0127oxnin fis-swaba, il-karrozzi lussu\u017ci u l-kwantit\u00e0 ta&#8217; deheb li jintlibes ma&#8217; g\u0127enuq il-kapijiet tal-mafja u ma&#8217; dawk tan-nisa tag\u0127hom. U fil-ver\u017cjoni ta&#8217; \u017cminijietna ta&#8217; dan kollu ssib ir\u0121iel drogati libsin ilbiesi pelli\u010bi, b&#8217;\u0121i\u017cirajjen tad-deheb \u0127oxnin imdendlin m&#8217;g\u0127onqhom huma u jxejjru mazez ta&#8217; flus kontanti mdawwrin b&#8217;nisa li huma trattati b\u0127allikieku huma g\u0127amara lussu\u017ca f&#8217;darhom.<\/p>\n<p>Meta l-kriminali jibdew jiffanfraw b&#8217;\u0121idhom, ma jkunux qed igawdu l-frott ta&#8217; \u0127idmiethom. Ikunu qed jipprovokaw u jkunu jridu jwasslu messa\u0121\u0121 lid-dinja li mhux biss huma kriminali i\u017cda li g\u0127alihom ma jista&#8217; \u0127add. Jista&#8217; jsir ftit li xejn dwar il-\u0121id li jkunu serqu. I\u017cda araw ftit il-mod kif dan il-\u0121id jonfquh.<\/p>\n<p>Nistg\u0127u nibqg\u0127u nispekulaw dwar ir-ra\u0121uni vera wara vja\u0121\u0121 twil 4000 kilometru g\u0127al &#8220;btala&#8221; ta&#8217; jum u dwar jekk fid-Dubaj Joseph Muscat ing\u0127aqadx mal-kon\u0121urist l-ie\u0127or Keith Schembri. Min jaf il-bankiera tieg\u0127u f&#8217;dak il-pajji\u017c qalulux li ma jistg\u0127ux jibqg\u0127u jinnegozjaw mieg\u0127u u jekk g\u0127addewlux \u010bekk b\u0127alma kienu g\u0127addew \u010bekk lil Yorgen Fenech meta kienu g\u0127alqulu l-kont tas-17 Black? Min jaf sifirx lil uliedu mieg\u0127u biex ikun jista&#8217; jo\u0127olqulhom trust f&#8217;isimhom biex flusu ma&#8217; jispi\u010b\u010bawx ikunu nvestigati minn xi investigazzjoni li g\u0127ad trid isse\u0127\u0127 dwar l-im\u0121ieba tieg\u0127u ta&#8217; meta kien prim ministru?<\/p>\n<p>Mhux probabbli li nsiru nafu t-twe\u0121ibiet g\u0127al dawn il-mistoqsijiet mill-lum g\u0127all-g\u0127ada.<\/p>\n<p>I\u017cda hemm \u010berti fatti li ma jistax ji\u010b\u0127adhom. Joseph Muscat g\u0127amel din il-\u0121ennata ta&#8217; vja\u0121\u0121 flimkien ma&#8217; martu u wliedu. B&#8217;xi mod \u0127allas g\u0127all-passa\u0121\u0121i. L-ajruplan rikbu bi tbissima fuq fommu li tfakkrek fit-tbissima ta&#8217; dak it-tifel li jkun qed jirkeb l-ajruplan g\u0127all-ewwel darba fi triqtu lejn <em>Disneyland.<\/em> Fir-ritratt li n\u0121ibed minn xi bidwi riekeb fil-<em>Business Class<\/em>, martu &#8211; hekk tist\u0127ajjilha li tistma\u0127 mill-g\u0127oli tal-pedestall tal-<em>First Class<\/em> li kienet fih &#8211; ma tantx dehret im\u0127assba dwar il-fatt li, fi ftit jiem wara li jirritornaw lura mill-vja\u0121\u0121, \u0127ajjitha kienet ser tinbidel.<\/p>\n<p><img class=\"size-large wp-image-85093 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-27-at-16.23.25-473x1024.jpeg\" alt=\"\" width=\"473\" height=\"1024\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-27-at-16.23.25-139x300.jpeg 139w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-27-at-16.23.25-200x433.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-27-at-16.23.25-400x866.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/WhatsApp-Image-2019-12-27-at-16.23.25.jpeg 473w\" sizes=\"(max-width: 473px) 100vw, 473px\" \/><\/p>\n<p>Kienu jidhru friski daqs il-\u0127ass. Kellhom l-arja fuqhom ta&#8217; dawk li ma jista&#8217; g\u0127alihom \u0127add u l-messa\u0121\u0121 li xtaqu jwasslu kien proprju dan.<\/p>\n<p>Riedu jipprovokaw lill-pajji\u017c u jisfidawh biex, jekk g\u0127andu l-\u0127ila, jmexxi kontrihom dwar id-delitti li wettqu.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 Joseph Muscat ing\u0127ata rikonoxximent mill-OCCRP b\u0127ala \u2018l-Persuna\u0121\u0121 tas-Sena g\u0127all-Korruzzjoni Man\u2019, li huwa &#8220;premju&#8221; li fl-img\u0127oddi kien ing\u0127ata lil Ilham Aliyev, lil Rodrigo Duterte u lil Vladimir Putin, fost o\u0127rajn.<\/p>\n<p>Huma u sejrin lejn id-Dubaj, il-koppja Muscat kienu qieshom m&#8217;humiex huma. Dawn ni\u017clu fil-qieg\u0127 li qabilhom kienu ni\u017clu fih il-koppja Marcos, il-koppja Mugabe, il-koppja Suharto u l-koppja Ceausescu. M&#8217;humiex ser jibqg\u0127u ji\u0121u mfakkra daqs dawn il-koppji tiranni g\u0127all-fatt li r-re\u0121im ta&#8217; Muscat dam biss g\u0127al sitt snin.<\/p>\n<p>Kull jum \u017cejjed li jibqa&#8217; fis-setg\u0127a jfisser posponiment ie\u0127or tal-fejqan ta&#8217; pajji\u017cna.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-85095 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/CommonwealthDayServiceReceptionwQc71hauusDl.jpg\" alt=\"\" width=\"399\" height=\"600\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/CommonwealthDayServiceReceptionwQc71hauusDl-200x301.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/CommonwealthDayServiceReceptionwQc71hauusDl.jpg 399w\" sizes=\"(max-width: 399px) 100vw, 399px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-kelma \u2018provokazzjoni\u2019 ilissnuha biss il-\u0121wejjef. U jlissnuha meta ma jkollhomx argumenti bis-sens x&#8217;joffru u meta jkunu qed ilestu ru\u0127hom biex iwie\u0121bu bil-vjolenza. Meta ma jkunx fadlilhom sku\u017ci biex ig\u0127aww\u0121u l-fatti u meta ma jibqg\u0127ux fil-po\u017cizzjoni li jpin\u0121u l-\u0121ennati b\u0127allikieku dawn g\u0127andhom mir-ra\u0121uni, isibu \u0121ustifikazzjoni biex ixammru l-kmiem u jfajjru d-daqqiet. Meta l-gvern spi\u010b\u010bawlu l-argumenti u [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":85096,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85105\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=85105"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85105\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":85130,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85105\/revisions\/85130\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/85096\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=85105"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=85105"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=85105"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}