{"id":8521,"date":"2018-06-17T15:22:31","date_gmt":"2018-06-17T13:22:31","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=8521"},"modified":"2018-06-19T11:06:38","modified_gmt":"2018-06-19T09:06:38","slug":"clyde-puli-oqghod-attent","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/06\/clyde-puli-oqghod-attent\/","title":{"rendered":"Clyde Puli, oqg\u0127od attent."},"content":{"rendered":"<p>Araw dan il-video ta&#8217; <em>Net News<\/em>. Clyde Puli inqada&#8217; bit-televi\u017cjoni biex jirrepeti dak li kien stqarr lil <em>The Malta Independent.<\/em> Jag\u0127mel spjegazzjoni dwar il-pro\u010bess tal-g\u0127a\u017cla tal-kandidati u jikkritika &#8220;sezzjoni tal-media&#8221; &#8211; identifikata mill-\u0121urnalist b\u0127ala t-<em>Times of Malta<\/em> &#8211; talli da\u0127ket bil-qarrejja tag\u0127ha.<\/p>\n<div class=\"video-shortcode\"><iframe width=\"1100\" height=\"619\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/OZd9TQl50vs?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allow=\"autoplay; encrypted-media\" allowfullscreen><\/iframe><\/div>\n<p>I\u017cda ma kenitx biss it-<em>Times of Malta<\/em> li tkellmet dwar l-intervista li Clyde Puli kien ta dwar is-su\u0121\u0121ett lil <em>Malta Independent<\/em>. Jien kont ktibt dwarha wkoll.<\/p>\n<p>Kif ktibt <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/06\/shortlisting\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">f&#8217;<em>post<\/em> imxandar dan l-a\u0127\u0127ar<\/a>, kull partit politiku g\u0127andu d-dritt li jag\u0127\u017cel il-mod dwar kif g\u0127andu jidentifika u kif eventwalment g\u0127andu jag\u0127\u017cel il-kandidati tieg\u0127u. I\u017cda, kif stqarr Clyde Puli stess fl-intervista li ta lill-<em>Malta Independent<\/em>, \u0121aladarba \u2018l-governanza tajba\u2019 tibqa&#8217; dejjem valur ewlieni g\u0127all-Partit, allura l-Partit m&#8217;g\u0127andux g\u0127a\u017cla o\u0127ra \u0127lief li joqg\u0127od g\u0127ar-regoli tieg\u0127u stess.<\/p>\n<p>Fi \u0127danu l-PN suppost g\u0127andu entit\u00e0 mwaqqfa bl-istatut bis-setg\u0127a li tag\u0127\u017cel il-kandidati qabel dawn jir\u010bievu l-approvazzjoni a\u0127\u0127arija mill-Kumitat E\u017cekuttiv. Kif spjega sewwa Clyde Puli (u kif irrappurtatu \u0127a\u017cin il-<em>Malta Independent<\/em>) il-Kummissjoni G\u0127a\u017cla tal-Kandidati b\u0127alissa m&#8217;hix kostitwita. Mhux minnu li Clyde Puli xolja lil din il-kummissjoni. Il-membri tag\u0127ha kien skadielhom it-terminu hekk kif issejj\u0127et l-elezzjoni tal-2017 u tlestiet il-lista tal-kandidati u l-kummissjoni ma re\u0121g\u0127etx \u0121iet kostitwita.<\/p>\n<p>L-istatut jipprovdi li l-membri ta&#8217; din il-kummissjoni g\u0127andhom jin\u0127atru mill-Kumitat E\u017cekuttiv. Dawn il-\u0127atriet jidher ma sarux.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8512\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/WhatsApp-Image-2018-06-15-at-09.35.41.jpeg\" alt=\"\" width=\"750\" height=\"388\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/WhatsApp-Image-2018-06-15-at-09.35.41-300x155.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/WhatsApp-Image-2018-06-15-at-09.35.41-522x270.jpeg 522w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/WhatsApp-Image-2018-06-15-at-09.35.41.jpeg 750w\" sizes=\"(max-width: 750px) 100vw, 750px\" \/><\/p>\n<p>Fil-frattemp Clyde Puli \u0127abbar l-ismijiet tal-kandidati li \u0121ew mag\u0127\u017cula minnu g\u0127all-approvazzjoni tal-Kumitat E\u017cekuttiv. Huwa qal lill-<em>Malta Independent<\/em> li \u201cjonqos biss il-formalizzazzjoni ta\u2019 dan il-pro\u010bess\u201d, liema stqarrija huwa fisser li jkun irid ig\u0127addi l-ismijiet tal-kandidati mag\u0127\u017cula lill-Kunsill Amministrattiv u l-Kumitat E\u017cekuttiv tal-Partit.<\/p>\n<p>Ma saret ebda riferenza g\u0127all-Kummissjoni G\u0127a\u017cla tal-Kandidati.<\/p>\n<p>Forsi hawn min ja\u0127seb li g\u0127all-PN din hija biss \u0127a\u0121a interna. \u010aertament hi \u0127a\u0121a interna &#8211; imma mhux totalment. G\u0127ax minkejja d-diskors kollu dwar l-g\u0127a\u017cla demokratika tat-tmexxija attwali, huwa fatt li r-regoli tal-Partit jista&#8217; jibdilhom biss il-Kunsill \u0120enerali.<\/p>\n<p>Allura hawn g\u0127andna ka\u017c fejn il-regoli ng\u0127ataw il-\u0121enb u ka\u017c ta&#8217; governanza \u0127a\u017cina.<\/p>\n<p>I\u017cda mhux hekk biss. Kieku ried, Clyde Puli seta&#8217; \u0127are\u0121 minn din il-ga\u017ciba billi jg\u0127id li, meta stqarr li \u201cjonqos biss il-formalizzazzjoni ta\u2019 dan il-pro\u010bess\u201d, ried ifisser li kien g\u0127addej pro\u010bess biex ji\u0121u nominati membri \u0121odda g\u0127all-Kummissjoni. U din l-ispjegazzjoni kienet tg\u0127addi.<\/p>\n<p>Minflok g\u0127amel hekk, \u0127are\u0121 jattakka lill-\u0121urnalisti li xandru r-rapport u qal li dawn kienu qed iqarrqu. U spi\u010b\u010ba biex \u0121ie segwit mit-<em>trolls<\/em> bl-attakki fuq Ivan Camilleri tat-<em>Times of Malta<\/em> u fuqi &#8211; attakki immexxijin minn dak li kien ix-xufier tieg\u0127u. \u0120ejna akku\u017cati li rrappurtajna \u0127a\u017cin dak li kien stqarr Clyde Puli u li gdibna dwar dak li qal.<\/p>\n<p>Ma gdibna xejn. Araw il-video. Darbtejn.<\/p>\n<p>Alla\u0127ares li kull minn jie\u0127u \u017cball f&#8217;dak li jistqarr jibda&#8217; je\u0127odha drawwa li jattakka lill-\u0121urnalisti. Il-partiti politi\u010bi kollha, mhux biss dawk li jkunu fil-gvern, g\u0127andhom id-dmir li jirrispettaw il-libert\u00e0 tal-kelma.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Araw dan il-video ta&#8217; Net News. Clyde Puli inqada&#8217; bit-televi\u017cjoni biex jirrepeti dak li kien stqarr lil The Malta Independent. Jag\u0127mel spjegazzjoni dwar il-pro\u010bess tal-g\u0127a\u017cla tal-kandidati u jikkritika &#8220;sezzjoni tal-media&#8221; &#8211; identifikata mill-\u0121urnalist b\u0127ala t-Times of Malta &#8211; talli da\u0127ket bil-qarrejja tag\u0127ha. I\u017cda ma kenitx biss it-Times of Malta li tkellmet dwar l-intervista li Clyde [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8512,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8521\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=8521"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8521\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":8543,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8521\/revisions\/8543\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8512\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=8521"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=8521"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=8521"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}