{"id":85230,"date":"2020-01-03T20:49:02","date_gmt":"2020-01-03T19:49:02","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=85230"},"modified":"2020-01-04T11:59:20","modified_gmt":"2020-01-04T10:59:20","slug":"ajruplan-li-fuqu-kien-riekeb-joseph-muscat-ma-thalliex-ighaddi-mill-ispazju-tal-ajru-tal-isvizzera","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/01\/ajruplan-li-fuqu-kien-riekeb-joseph-muscat-ma-thalliex-ighaddi-mill-ispazju-tal-ajru-tal-isvizzera\/","title":{"rendered":"Ajruplan li fuqu kien riekeb Joseph Muscat ma t\u0127alliex ig\u0127addi mill-ispazju tal-ajru tal-Isvizzera"},"content":{"rendered":"<p>Kontrolluri tal-ajru tal-Isvizzera il-biera\u0127 filg\u0127odu ma tawx permess biex ajruplan tal-Air Malta li kien f&#8217;titjira lejn Londra jg\u0127addi mill-ispazju tal-ajru ta&#8217; dak il-pajji\u017c. L-ajruplan g\u0127alhekk kellu jdawwar ir-rotta Swiss lejn l-Italja u jtir lejn Londra ming\u0127ajr ma jmiss mal-ispazju tal-ajru Svizzeru.<\/p>\n<p><img class=\"alignnone size-full wp-image-85217\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/WhatsApp-Image-2020-01-03-at-20.32.01-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"746\" height=\"989\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/WhatsApp-Image-2020-01-03-at-20.32.01-1-200x265.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/WhatsApp-Image-2020-01-03-at-20.32.01-1-226x300.jpeg 226w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/WhatsApp-Image-2020-01-03-at-20.32.01-1-400x530.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/WhatsApp-Image-2020-01-03-at-20.32.01-1-600x795.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/WhatsApp-Image-2020-01-03-at-20.32.01-1.jpeg 746w\" sizes=\"(max-width: 746px) 100vw, 746px\" \/><\/p>\n<p>Riekeb fuq l-ajruplan kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat u membri tal-familja tieg\u0127u. Mag\u0127hom kien hemm ukoll Karl u Diane Izzo li huma \u0127bieb tal-familja Muscat. Karl Izzo hu l-ambaxxatur ta&#8217; Malta fil-Montenegro u martu hi sidt diversi negozji li joperaw ta\u0127t l-isem Dizz Group.<\/p>\n<p>It-titjira KM100 tal-biera\u0127 filg\u0127odu telqet fit-07:55. Meta, madwar sieg\u0127a wara, l-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru Taljani g\u0127addew ir-responsabbilt\u00e0 tat-titjira f&#8217;idejn il-kollegi Svizzeri tag\u0127hom, l-awtoritajiet Svizzeri infurmaw lill-ekwipa\u0121\u0121 tal-ajruplan bid-de\u010bi\u017cjoni li kienet ittie\u0127det biex l-ajruplan ma jit\u0127alliex ig\u0127addi mill-ispazju tal-ajru tal-Isvizzera.<\/p>\n<p>Hi pro\u010bedura normali g\u0127all-operaturi tal-ajru li jag\u0127mlu nota fuq il-<em>flight plan<\/em> li biha jinfurmaw lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru li fost il-passi\u0121\u0121iera hemm kap ta&#8217; gvern.<\/p>\n<p>L-awtoritajiet Svizzeri ma taw ebda ra\u0121uni formali l-g\u0127ala kienu \u010ba\u0127du l-permess biex l-ajruplan li fuqu kien riekeb Joseph Muscat jid\u0127ol fl-ispazju tal-ajru tal-pajji\u017c.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm l-Isvizzera m&#8217;hix stat membru tal-Unjoni Ewropea, din topera fi \u0127dan il-<em>European Single Sky<\/em> <em>Network.<\/em> \u0126lief f&#8217;\u010birkostanzi e\u010b\u010bezzjonali biss, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru Ewropej huma mistennija li jippermettu titjiriet madwar l-Ewropa ming\u0127ajr xkiel.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 jidher li tfa\u010b\u010bat &#8220;\u010birkostanza e\u010b\u010bezzjonali&#8221; waqt li Joseph Muscat kien riekeb l-ajruplan fi triqtu minn Malta lejn Londra.<\/p>\n<p><img class=\"alignnone size-full wp-image-85219\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/405aea91d7887235ea527209502b314d9f0fd4a7-1532424907-5b56f2cb-620x348-1.jpg\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"348\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/405aea91d7887235ea527209502b314d9f0fd4a7-1532424907-5b56f2cb-620x348-1-200x112.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/405aea91d7887235ea527209502b314d9f0fd4a7-1532424907-5b56f2cb-620x348-1-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/405aea91d7887235ea527209502b314d9f0fd4a7-1532424907-5b56f2cb-620x348-1-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/405aea91d7887235ea527209502b314d9f0fd4a7-1532424907-5b56f2cb-620x348-1-600x337.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/405aea91d7887235ea527209502b314d9f0fd4a7-1532424907-5b56f2cb-620x348-1.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kontrolluri tal-ajru tal-Isvizzera il-biera\u0127 filg\u0127odu ma tawx permess biex ajruplan tal-Air Malta li kien f&#8217;titjira lejn Londra jg\u0127addi mill-ispazju tal-ajru ta&#8217; dak il-pajji\u017c. L-ajruplan g\u0127alhekk kellu jdawwar ir-rotta Swiss lejn l-Italja u jtir lejn Londra ming\u0127ajr ma jmiss mal-ispazju tal-ajru Svizzeru. Riekeb fuq l-ajruplan kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat u membri tal-familja tieg\u0127u. Mag\u0127hom [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":85220,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85230\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=85230"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85230\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":85232,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85230\/revisions\/85232\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/85220\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=85230"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=85230"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=85230"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}