{"id":85893,"date":"2020-01-07T15:16:51","date_gmt":"2020-01-07T14:16:51","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=85893"},"modified":"2020-01-07T21:49:03","modified_gmt":"2020-01-07T20:49:03","slug":"u-zgur-li-affari-taghna","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/01\/u-zgur-li-affari-taghna\/","title":{"rendered":"U \u017cgur li affari tag\u0127na!"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"size-full wp-image-85879 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/file-1.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/file-1-200x108.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/file-1-300x162.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/file-1-400x216.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/file-1-600x324.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/file-1.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n<p>Joseph Muscat g\u0127andu seba&#8217; mitt sena biex jer\u0121a&#8217; jsir &#8220;persuna privata&#8221; wara li jirtira mill-politika. Ma jkollux g\u0127alfejn joqg\u0127od jara kif jag\u0127mel biex ji\u017cloq milli jwie\u0121eb g\u0127al mistoqsijiet tedjanti.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/watch-dubai-trip-none-of-your-business-muscat.761508\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Illum b\u0127al donnu stenna li m&#8217;g\u0127andniex noqg\u0127odu ndejjquh meta wie\u0121eb g\u0127al mistoqsijiet dwar il-vja\u0121\u0121 lussu\u017c li g\u0127amel dan l-a\u0127\u0127ar lejn id-Dubaj.\u00a0<\/a><\/p>\n<p>Meta jsiru mistoqsijiet dwar infieq ta&#8217; flejjes, fil-kultura tag\u0127na n\u0127ossuna kemmxejn skomdi. Fl-img\u0127oddi jien kont mi\u017c\u017cewwe\u0121 mara li trabbiet fil-\u0120ermanja tal-Lvant. Fil-kultura tag\u0127hom, m&#8217;hemm xejn ta&#8217; barra minn hawn jekk, f&#8217;nofs diskursata waqt okka\u017cjoni so\u010bjali, wie\u0127ed jistaqsihom dwar kemm jaqilg\u0127u flus. I\u017cda fil-kuntest Malti, jekk ma tridx tintlaqa&#8217; b&#8217;\u0127ars bl-ikra\u0127, mistoqsijiet b\u0127al dawn g\u0127andek tevitahom.<\/p>\n<p>B\u0127alma jag\u0127mel is-soltu ta&#8217; bu\u017cullieqa li hu, Joseph Muscat jag\u0127\u017cel il-mistoqsijiet biex lis-segwa\u010bi tieg\u0127u jag\u0127tihom il-\u0127abel biex jaqb\u017cu g\u0127alih u jiddefenduh billi jinqdew bil-<em>Facebook<\/em> u bil-<em>One TV<\/em>.<\/p>\n<p>Nag\u0127tu e\u017cempju. Int tilmenta li ma saritx \u0121ustizzja ma&#8217; Daphne. U dritt to\u0127ro\u0121 ir-risposta: fejn kont int meta nqatlet Karin Grech? Int tilmenta dwar l-arlo\u0121\u0121 tal-idejn tad-deheb li Joseph Muscat ir\u010bieva b&#8217;rigal ming\u0127and Yorgen Fenech. U sparata to\u0127ro\u0121 it-twe\u0121iba: int ilmentajt meta Tonio Fenech kien a\u010b\u010betta arlo\u0121\u0121 tal-lira b&#8217;rigal?<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/01\/guest-post-equivalencies-denied\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">F&#8217;kitba li xandar illum fuq dan il-blogg, Andrew Borg-Cardona jitkellem b&#8217;\u010bertu dettall dwar dan il-punt u g\u0127aldaqstant hawn m&#8217;g\u0127andix g\u0127alfejn noqg\u0127od nelabora aktar.<\/a><\/p>\n<p>Dalg\u0127odu Joseph Muscat wie\u0121eb billi qal li &#8220;m&#8217;hu affari ta&#8217; \u0127add il-mod kif jien nag\u0127\u017cel li nonfoq flusi&#8221;. Twe\u0121iba b\u0127al din g\u0127andu jistenniha kull bniedem kwalukwe li jippretendi li jsir jaf kemm sar infieq u x&#8217;inxtara&#8217; permezz ta&#8217; dak l-infieq. Kemm \u0127allast biex akkwistajt dak is-sett kbir tat-televi\u017cjoni u minn fejn \u0121ibt il-flus? M&#8217;hix affari tieg\u0127ek. Minn fejn \u0121ibt il-flus biex g\u0127andek mnejn t\u0127allas g\u0127al vja\u0121\u0121 darbtejn fis-sena u biex tkun tista&#8217; tiekol barra f&#8217;kull tmiem il-\u0121img\u0127a? M&#8217;hix affari tieg\u0127ek. Bil-paga li g\u0127andek kif g\u0127andek il-\u0127ila li t\u0127allas il-mi\u017cati tal-iskejjel privati ta&#8217; wliedek? M&#8217;hix affari tieg\u0127ek.<\/p>\n<p>It-twe\u0121iba g\u0127al dawn il-mistoqsijiet kollha hi wa\u0127da minn ewl id-dinja. \u0120aladarba l-prim ministru qed jonfoq aktar milli jda\u0127\u0127al, dan ifisser li jew qed jaqla&#8217; aktar milli qed jiddikjara li qed jaqla&#8217; &#8211; m\u0121ieba li fiha nnifisha hi llegali &#8211; jew inkella hemm xi \u0127addie\u0127or li qed i\u0127allaslu l-ispejje\u017c &#8211; im\u0121ieba li huwa stess jinsab fid-dmir li jipprojbixxi.<\/p>\n<p>Kull min g\u0127andu kariga pubblika g\u0127andu jimxi bl-e\u017cempju u bl-og\u0127la livell ta&#8217; m\u0121ieba. Dan g\u0127aliex je\u017cisti r-riskju tal-korruzzjoni. U dan mhux biss fil-konfront ta&#8217; min ikun qed jokkupa l-kariga ta&#8217; prim ministru. Jekk f&#8217;dik il-kabina tal-Ewwel Klassi tal-ajruplan fi triqtu lejn id-Dubaj g\u0127al btala ta&#8217; 72 sieg\u0127a kien hemm im\u0127allef akkumpanjat mir-ra\u0121el tag\u0127ha u minn uliedha, mistoqsijiet ta&#8217; din ix-xorta kienu jkunu le\u0121ittimi wkoll. Hi \u010bertament affari tag\u0127na g\u0127aliex lill-im\u0127allfin in\u0127allsuhom il-paga biex i\u0121ibu ru\u0127hom b&#8217;mod imparzjali u jekk dawn jispi\u010b\u010baw jonfqu aktar milli jkunu qed ida\u0127\u0127lu, ikun ifisser li fin-nofs hemm xi &#8220;imma&#8221;.<\/p>\n<p>Dan kollu jg\u0127odd ukoll g\u0127al xi membru tal-bord tal-awtorit\u00e0 tal-ippjanar, g\u0127al xi kap ta&#8217; dipartiment li jo\u0127ro\u0121 il-li\u010benzji jew il-permessi tan-negozju, g\u0127al xi uffi\u010bjal tal-immigrazzjoni li jidde\u010biedi dwar min g\u0127andu jakkwista vi\u017ca, g\u0127al uffi\u010bjal tal-pulizija li hu fid-dmir li jwaqqaf u jarresta lil min ibieg\u0127 id-drogi u li jeqridhomlhom, e\u010b\u010betra.<\/p>\n<p>Kemm jonfqu u kemm g\u0127andhom il-\u0127ila li jonfqu m&#8217;humiex kwistjonijiet li huma affari tag\u0127hom biss. Dawn huma kwistjonijiet li huma wkoll affarina g\u0127aliex dawn in-nies suppost qieg\u0127din fejn qieg\u0127din biex ja\u0127dmu g\u0127alina u jekk qed jit\u0127allsu minn dawk li suppost g\u0127andha ssir l-g\u0127assa fuqhom (minn barunijiet tad-droga sa kuntratturi tal-bini) ikun ifisser li l-pajji\u017c ikun qed ji\u0121i mmexxi mill-\u0127allelin li suppost hemm min qed jit\u0127allas biex jg\u0127assilhom.<\/p>\n<p>L-e\u017cempju tal-im\u0127allef li semmejt aktar &#8216;il fuq iwassalni g\u0127al livell ie\u0127or tat-twe\u0121iba &#8220;mhux affari tieg\u0127ek&#8221; li ta l-prim ministru li g\u0127alkemm m&#8217;hix daqshekk minn ewl id-dinja g\u0127andha ti\u0121i applikata b&#8217;mod \u0121enerali ming\u0127ajr ma tkun limitata biss g\u0127al dawk li jokkupaw kariga pubblika. Kien hemm \u017cmien li fih im\u0127allef kien \u0121ie mixli b&#8217;korruzzjoni waqt il-qadi ta&#8217; dmirijietu. Il-pulizija kienu nteb\u0127u li l-im\u0127allef &#8211; min\u0127abba \u017cball li kien g\u0127amel &#8211; ma kienx qed ifassal skond id-drapp li kellu g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tieg\u0127u u kien qed jonfoq aktar minn dak li suppost kien qed ida\u0127\u0127al. U dan l-im\u0127allef spi\u010b\u010ba biex \u0127a \u0127ajtu b&#8217;idejh qabel setg\u0127et tixlieh il-pulizija.<\/p>\n<p>Im\u0127allef ie\u0127or li kien instab \u0127ati ta&#8217; tix\u0127im kien \u0121ie mistoqsi x&#8217;kien g\u0127amel b&#8217;bor\u017ca mimlija karti tal-flus li kien ir\u010bieva ming\u0127and baruni tad-droga li kien qed jittama li jippreswadieh li jnaqqas piena f&#8217;sentenza tal-Qorti tal-Appell. L-im\u0127allef kien qal li ried je\u0127les mill-flus malajr u dde\u010bieda li jonfoqhom f&#8217;deheb g\u0127al martu &#8211; deheb li, f&#8217;\u010birkostanzi normali, ma kienx ikollu minn fejn i\u0127allas g\u0127alih.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm hawn qed nirreferi g\u0127all-im\u0127allfin &#8211; persuni b&#8217;kariga pubblika &#8211; dan japplika g\u0127al kul\u0127add. Dawk li jonfqu aktar milli jkun qed jaqilg\u0127u u g\u0127al \u017cmien twil jg\u0127ixu \u0127ajja li ma taqbel xejn mad-d\u0127ul li jista&#8217; jkollhom, ma jitqiesux b\u0127ala bnedmin irresponsabbli li b&#8217;xi mod jirnexxielhom ig\u0127ixu \u0127ajja ta&#8217; rejiet minkejja d-d\u0127ul modest tag\u0127hom. Dawk li jg\u0127ixu din l-istil ta&#8217; \u0127ajja bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; \u0121id li ma jkollhomx il-\u0127ila jispjegaw minn fejn ikun \u0121ie, jitqiesu b\u0127ala kriminali. Id-delitti kriminali li jwasslu g\u0127al dan il-\u0121id kollu jistg\u0127u jvarjaw u w\u0127ud minn dawn id-delitti jistg\u0127u jkunu tali li kultura korrotta b\u0127al tag\u0127na taf tag\u0127laq g\u0127ajn wa\u0127da g\u0127alihom. \u0120id li ma jistax ji\u0121i spjegat jista&#8217; jkun \u0121ej mit-traffikar tad-droga u traffikar tal-bnedmin, mill-prostituzzjoni, mill-kuntrabandu kif ukoll mill-qerq finanzjarju, eva\u017cjoni tat-taxxa, tix\u0127im u korruzzjoni.<\/p>\n<p>Hemm \u0127a\u0121a wa\u0127da li hi \u010berta. Jekk int ma jkollokx il-\u0127ila li tispjega b&#8217;mod kredibbli minn fejn \u0121ew flus li jista&#8217; g\u0127andek fil-pussess tieg\u0127ek, dan ikun ifisser li g\u0127amilt xi \u0127a\u0121a \u0127a\u017cina. M&#8217;hemmx dubju li dik\u00a0 ix-&#8220;xi \u0127a\u0121a&#8221; jkun je\u0127tie\u0121 li ti\u0121i pruvata. I\u017cda kull \u0121id li ma jistax ji\u0121i spjegat g\u0127andu jitqies b\u0127ala delitt kriminali.<\/p>\n<p>Jekk ikollok il-\u0127ila li &#8211; g\u0127al xi ftit ta\u017c-\u017cmien &#8211; tg\u0127addiha lixxa minkejja li tkun qed tmexxi negozju ffinanzjat mid-droga bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; \u0127wienet u ristoranti jew minkejja li tkun qed ta\u0127sel flejjes \u0121ejjin mit-tix\u0127im, m&#8217;g\u0127andek qatt tit\u0127alla tgawdi d-d\u0127ul li jkun \u0121ej minn din il-kriminalit\u00e0 kollha.<\/p>\n<p>F&#8217;xi pajji\u017ci, tkun \u0127ati ta&#8217; delitt kriminali jekk ma jkollokx il-\u0127ila li tispjega \u0121idek minn fejn ikun \u0121ie u l-\u0121id li jkollok jispi\u010b\u010ba jittie\u0127idlek. Jekk ma jkollokx il-\u0127ila tispjega minn fejn ikun \u0121ie l-\u0121id, ikun ifisser li l-istess \u0121id ma messux kien g\u0127andek.<\/p>\n<p>Joseph Muscat qalilna li &#8216;mhix affari tag\u0127na&#8217;.<\/p>\n<p>Dan huwa l-istess bniedem li mexxa l-aktar gvern korrott fl-istorja. Bniedem li \u0121ie m\u0121ieg\u0127el iwarrab min\u0127abba skandlu dwar korruzzjoni li ilu jipprova jg\u0127atti g\u0127al tliet snin u nofs s\u0127a\u0127. Ix-xahar li g\u0127adda nkixfu \u0127afna borom ta&#8217; dawk li ttantaw ixa\u0127\u0127mu jew li xa\u0127\u0127mu lil Joseph Muscat b&#8217;rigali li jiswew il-belli liri. Huwa jinsab ta\u0127t suspett li hu l-kap ta&#8217; kon\u0121ura kriminali. U \u0121ie mixli fil-bera\u0127 li vvja\u0121\u0121ja lejn id-Dubaj (u aktar tard lejn Londra) bil-g\u0127an li jkun jista&#8217; jkompli jgawdi minn \u0121id li mhuwiex tieg\u0127u. G\u0127alhekk &#8211; iva &#8211; hu \u010bertament affarina li nsiru nafu kif kellu l-\u0127ila j\u0127allas g\u0127al dak il-vja\u0121\u0121 lejn id-Dubaj.<\/p>\n<p>Mhux importanti persuna kemm tkun privata. Jekk din il-persuna ma tkunx qed tfassal skond id-drapp li jkollha u, minkejja dan, tg\u0127ix \u0127ajja ta&#8217; lussu, jkun minn ewl id-dinja jekk wie\u0127ed jistaqsi kif qed jirnexxielha tiffinanzja \u0127ajja lussu\u017ca b\u0127al din. Kemm ilu fis-setg\u0127a, Joseph Muscat ma nefaq ebda sold mill-kont bankarju tieg\u0127u. Bis-salarju ta&#8217; prim ministru li g\u0127andu, \u010bertament g\u0127andu jsibha diffi\u010bli biex ila\u0127\u0127aq mal-ispejje\u017c ta&#8217; biljetti <em>Economy Class<\/em> lejn id-Dubaj g\u0127alih u g\u0127all-familtu. A\u0127seb u ara l-ispejje\u017c marbutin ma&#8217; biljetti <em>Business Class<\/em>. I\u017cda l-ispejje\u017c li g\u0127amel ta&#8217; biljetti <em>First Class<\/em> m&#8217;huma xejn \u0127lief \u0121ennata u bla dubju jqanqlu suspetti kbar.<\/p>\n<p>Malta jmissha g\u0127andha li\u0121ijiet li jag\u0127tu s-sa\u0127\u0127a lill-awtoritajiet li jieqfu lil Joseph Muscat u li jkollhom is-setg\u0127a li jag\u0127mlu \u0127afna aktar minn dak li qatt jista&#8217; jkollu l-\u0127ila li jag\u0127mel Jacob Borg .<\/p>\n<p>Eh le &#8216;m&#8217;hix affari tag\u0127na? Asal wasla mag\u0127na sal-g\u0127assa tal-pulizija \u0127alli tg\u0127idilna g\u0127aliex ta\u0127seb hekk? G\u0127andek id-dritt li jassistik avukat. G\u0127andek id-dritt li \u017c\u017comm is-skiet. U kulma tlissen jista&#8217; jintu\u017ca kontrik quddiem il-qorti.&#8217;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Joseph Muscat g\u0127andu seba&#8217; mitt sena biex jer\u0121a&#8217; jsir &#8220;persuna privata&#8221; wara li jirtira mill-politika. Ma jkollux g\u0127alfejn joqg\u0127od jara kif jag\u0127mel biex ji\u017cloq milli jwie\u0121eb g\u0127al mistoqsijiet tedjanti. Illum b\u0127al donnu stenna li m&#8217;g\u0127andniex noqg\u0127odu ndejjquh meta wie\u0121eb g\u0127al mistoqsijiet dwar il-vja\u0121\u0121 lussu\u017c li g\u0127amel dan l-a\u0127\u0127ar lejn id-Dubaj.\u00a0 Meta jsiru mistoqsijiet dwar infieq [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":85880,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85893\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=85893"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85893\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":85899,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85893\/revisions\/85899\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/85880\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=85893"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=85893"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=85893"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}