{"id":85946,"date":"2020-01-09T16:29:03","date_gmt":"2020-01-09T15:29:03","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=85946"},"modified":"2020-01-09T20:47:20","modified_gmt":"2020-01-09T19:47:20","slug":"hemm-decizjonijiet-li-jehtieg-li-jittiehdu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/01\/hemm-decizjonijiet-li-jehtieg-li-jittiehdu\/","title":{"rendered":"Hemm de\u010bi\u017cjonijiet li je\u0127tie\u0121 li jittie\u0127du"},"content":{"rendered":"<p>Il-Parlament Ewropew g\u0127adu kemm <a href=\"https:\/\/www.europarl.europa.eu\/meetdocs\/2014_2019\/plmrep\/COMMITTEES\/LIBE\/CR\/2020\/01-09\/1195201EN.pdf\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">xandar rapport li \u0121ie mniedi mid-delegazzjoni li kienet \u017caret lil Malta f&#8217;nofs il-kri\u017ci li matulha dawk li kienu qed jipprotestaw iltaqg\u0127u kwa\u017ci kuljum fil-Belt Valletta biex jitolbu g\u0127ar-ri\u017cenja immedjata ta&#8217; Joseph Muscat.<\/a><\/p>\n<p>Ir-rapport jag\u0127ti r-ra\u0121unijiet il-g\u0127ala d-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew effettivament qablet ma&#8217; din it-talba g\u0127ar-ri\u017cenja immedjata tal-prim ministru u jsemmi l-laqg\u0127at li saru ma&#8217; avukati, ma&#8217; \u0121urnalisti, ma&#8217; attivisti u mal-membri tal-Parlament Ewropew innifishom li lkoll esprimew il-bi\u017ca&#8217; tag\u0127hom li jekk Joseph Muscat jibqa&#8217; fil-kariga seta&#8217; jbag\u0127bas il-provi, seta&#8217; jkompli jippre\u0121udika l-investigazzjoni dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, kien se j\u017cid il-firda li kienet qed tikka\u0121una l-kri\u017ci politika u kien se jkompli jnaqqas il-fidu\u010bja fir-rieda u fil-\u0127ila ta&#8217; Malta li tirrispetta s-saltna tad-dritt.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, Joseph Muscat g\u0127adu sal-lum prim ministru. U l-bi\u017cg\u0127at kollha li ssemmew, se\u0127\u0127ew. Joseph Muscat dar nofs id-dinja biex jara li t-tluq tieg\u0127u ikun bla skossi u l-Partit Laburista baqa&#8217; ma \u010b\u010baqlaqx u \u017camm fil-wi\u010b\u010b minkejja l-majnata li kien \u0127a wara li \u0121ie arrestat Yorgen Fenech.<\/p>\n<p>Il-mistoqsija li bosta partitarji Laburisti qed jag\u0127mlu minn kollox biex jevitaw li jwie\u0121bu hi: \u2018x&#8217;inhi r-ra\u0121uni vera l-g\u0127ala Joseph Muscat ser iwarrab?\u2019 Fid-dinja li jg\u0127ixu fiha huma biss &#8211; ji\u0121ifieri g\u0127all-One TV u g\u0127a\u017c-\u017cew\u0121 kandidati li qed itellqu biex jie\u0127du post Joseph Muscat &#8211; kollox ward u \u017cahar. G\u0127aliex fil-fatt Joseph Muscat ser iwarrab g\u0127ax hu eroj.<\/p>\n<p><img class=\"alignnone size-full wp-image-85938\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/WhatsApp-Image-2020-01-09-at-15.21.13.jpeg\" alt=\"\" width=\"741\" height=\"941\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/WhatsApp-Image-2020-01-09-at-15.21.13-200x254.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/WhatsApp-Image-2020-01-09-at-15.21.13-236x300.jpeg 236w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/WhatsApp-Image-2020-01-09-at-15.21.13-400x508.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/WhatsApp-Image-2020-01-09-at-15.21.13-600x762.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/WhatsApp-Image-2020-01-09-at-15.21.13.jpeg 741w\" sizes=\"(max-width: 741px) 100vw, 741px\" \/><\/p>\n<p>Ta&#8217; min ig\u0127id li l-Partit Laburista tant g\u0127andu \u0127ila tal-\u0121enn li jikkontrolla l-im\u0127u\u0127 li ebda skandlu dwar tix\u0127im, korruzzjoni u qtil ma jista&#8217; jeffettwa l-kontroll politiku strett li g\u0127andu fuq il-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Dawn m&#8217;humiex biss b\u0127al dak ir-ra\u0121el li jkun xeba&#8217; jaqliba lil martu u xorta jibqa&#8217; jg\u0127addiha lixxa. Ikun irid ukoll i\u0127okk il-mel\u0127 fuq il-ferita u lill-\u0127abiba jkun irid jistedinha d-dar u jordna lill-martu biex issajrilha u titmag\u0127ha. Dan l-e\u017cempju wie\u0127ed fa\u010bilment jista&#8217; jxebb\u0127u mar-relazzjoni li l-Partit Laburista g\u0127andu mas-segwa\u010bi tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Din hi r-ra\u0121uni l-g\u0127ala l-imrar u t-t\u0127anfis li g\u0127ad irridu n\u0127ossu fil-pajji\u017c ser jintensifika malli ma&#8217; wi\u010b\u010bna jitfa\u010b\u010baw il-konsegwenzi ta&#8217; dak kollu li ilu g\u0127addej.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andux ja\u0127ti l-Partit Laburista. Huwa bniedem mill-ag\u0127ar u kattiv dak ir-ra\u0121el li jistieden lil \u0127abibtu d-dar u li jordna lil martu ssajrilha u titmag\u0127ha. I\u017cda l-mara \u0127add m&#8217;hu j\u0121ieg\u0127elha toqg\u0127od g\u0127all-ordnijiet ta&#8217; \u017cew\u0121ha.<\/p>\n<p>It-tixbiha hi wa\u0127da pjuttost estrema. I\u017cda, b\u0127al dik il-mara fit-tixbi\u0127a, l-partit ewlieni tal-oppo\u017cizzjoni f&#8217;Malta m&#8217;g\u0127andux jibqa&#8217; jbaxxi rasu g\u0127all-ordnijiet tal-Partit Laburista.<\/p>\n<p>L-unika \u0127a\u0121a li rnexxielha li tag\u0127mel b&#8217;su\u010b\u010bess it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista hi li ssikket lil kull min a\u017c\u017carda jsostni li l-kap tal-partit u dawk ta&#8217; madwaru g\u0127andhom iwarrbu u li g\u0127andu jkun hemm strate\u0121ija \u0121dida biex b&#8217;hekk l-elettorat Malti ikollu tama li je\u017cisti xi forma ta&#8217; gvern alternattiv. It-tmexxija pre\u017centi tal-PN ukoll qed tipprova tpin\u0121i lill-mexxej tag\u0127ha b\u0127allikieku hu xi eroj. Adrian Delia m&#8217;g\u0127andux iwarrab g\u0127aliex jinsab skreditat b\u0127alma hu Joseph Muscat. G\u0127andu jwarrab g\u0127aliex jinsab liebes \u017carbun li ma ji\u0121ie\u0127x.<\/p>\n<p>Il-pro\u010bess biex jitwettaq tibdil serju fil-PN qed iservi ta&#8217; tag\u0127\u017ciq fl-ilma g\u0127aliex, minkejja l-fatt li l-mexxej Laburista pre\u017centi nqabad fl-ag\u0127ar skandlu politiku fl-istorja, tal-Labour xorta wa\u0127da baqg\u0127u jgawdu l-appo\u0121\u0121 ta&#8217; ma\u0121\u0121oranza fil-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Min jid\u0127ol g\u0127as-servizz pubbliku huwa moralment obbligat li jservi. Lill-\u0121udikanti nistennew li jaqdu dmirhom b&#8217;mod skruplu\u017c. L-istess jista&#8217; jing\u0127ad g\u0127all-\u0127addiema tat-tifi tan-nar, g\u0127all-g\u0127alliema u g\u0127all-infermiera. Nistennew dan ukoll ming\u0127and il-ministri tal-gvern. Dan m&#8217;g\u0127andux japplika wkoll g\u0127all-oppo\u017cizzjoni? Dawn ukoll huma m\u0127allsa biex iwettqu xog\u0127olhom.<\/p>\n<p>Il-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni jit\u0127allas mill-Istat b\u0127al kull ministru tal-gvern. M&#8217;g\u0127andux xi paga fenominali i\u017cda l-verit\u00e0 hi li x-xog\u0127ol jitkejjel ma&#8217; dak li \u0127addiem ikollu l-\u0127ila li jipprodu\u010bi. Jekk jibbrilla f&#8217;xog\u0127olu, \u0127addiem jkun jista&#8217; jitlob \u017cieda fil-paga b&#8217;wi\u010b\u010bu minn quddiem. U b\u0127alissa Adrian Delia \u010bertament ma jistax jing\u0127ad li qed jibbrilla.<\/p>\n<p>Wara li g\u0127amel kwa\u017ci sentejn s\u0127a\u0127 ma jindenjax ru\u0127u li jitkellem dwar il-korruzzjoni g\u0127aliex in-nies tridu jitkellem fuq affarijiet li jolqtuhom aktar mill-vi\u010bin, issa dar dawra durella u jinsab iggranfat wa\u0127da nobis mas-su\u0121\u0121ett tal-korruzzjoni b\u0127allikieku l-issuktar tal-\u0127ajja politika tieg\u0127u tiddependi fuq dan is-su\u0121\u0121ett biss.<\/p>\n<p>Issa \u0127adha drawwa li \u2018jindirizza lin-nazzjon\u2019 bil-wieqfa fuq podju ming\u0127ajr udjenza quddiemu fl-istudjow, jipperora u fl-istess \u0127in jag\u0127mel tabirru\u0127u li hemm udjenza quddiemu tisimg\u0127u. Ma tantx qed jaqta&#8217; sandar. Il-figura li qed jaqta&#8217; hi wa\u0127da mill-aktar patetika.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-85940 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/8_adrian_delia.png\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"400\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/8_adrian_delia-200x117.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/8_adrian_delia-300x175.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/8_adrian_delia-400x234.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/8_adrian_delia-600x351.png 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/8_adrian_delia.png 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>Tabil\u0127aqq, li kieku l-avversarju politiku ta&#8217; Adrian Delia kellu jinqabad fil-fatt f&#8217;investigazzjoni kriminali, Adrian Delia xorta wa\u0127da ma jkollux il-\u0127ila li jg\u0127elbu. Min jaf xi jrid ise\u0127\u0127 aktar qabel il-PN jinteba\u0127 li jinsab f&#8217;nofs ba\u0127ar imqalleb ji\u0121\u0121ieled mal-mew\u0121 u li, biex ma jeg\u0127riqx, je\u0127tie\u0121 li jdawwar ir-rotta lejn l-art?<\/p>\n<p>Il-membri parlamentari tal-PN, e\u017catt b\u0127all-kollegi li jpo\u0121\u0121u fa\u010b\u010bata tag\u0127hom, jidher li nsew li g\u0127andhom bi\u010b\u010ba xog\u0127ol xi jwettqu. Iva, Adrian Delia kien \u0121ie elett demokratikament mit-tesserati tal-partit. G\u0127aldaqstant it-tesserati g\u0127andhom iduru dawra mag\u0127hom infushom, jag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn il-mera u jekk jirri\u017cultalhom li kienu \u0127adu falza stikka, lil Adrian Delia g\u0127andhom iwarrbuh u ja\u0127tru lil \u0127addie\u0127or floku.<\/p>\n<p>Din mhix kwistjoni li tant hi kumplikata li bilkemm wie\u0127ed ikun jista&#8217; jifhimha. Minkejja li g\u0127addejna minn sena li fiha rajna l-karriera politika tal-ag\u0127ar prim ministru fl-ag\u0127ar kri\u017ci politika li qatt kellna, f&#8217;dawk li huma voti tal-Labour g\u0127adhom qed ig\u0127addu lill-PN bil-kbir.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, dan kollu Adrian Delia qed jarah \u010bar. Kulma qed jittama issa hu li b&#8217;xi mod &#8220;i\u0121ibha \u017cew\u0121&#8221; billi jitlef l-elezzjoni \u0121enerali b&#8217;mar\u0121ni inqas mir-ri\u017cultat tal-2017 u jkun jista&#8217; jipprova jbellag\u0127ha li &#8220;reba\u0127&#8221;. B&#8217;hekk jara kif jag\u0127mel biex jibqa&#8217; f&#8217;postu biex ikun jista&#8217; jibqa&#8217; ji\u0121bed il-paga g\u0127al 5 snin o\u0127ra sakemm jil\u0127aq l-et\u00e0 tal-pensjoni. Im\u0121ieba b\u0127al din m&#8217;hi xejn \u0127lief im\u0121ieba irresponsabbli u &#8211; metaforikament &#8211; im\u0121ieba kriminali.<\/p>\n<p>Jien hu nikteb dan li qed nikteb qed insib ru\u0127i jkolli na\u010b\u010betta \u0127a\u0121a li kont nippreferi li kieku ma kienx ikolli g\u0127alfejn na\u010b\u010bettaha: ji\u0121ifieri li l-unika alternattiva g\u0127all-Partit Laburista huwa l-PN. Kont nippreferi li kieku ma kienx. Kont nippreferi li kieku fuq il-polza tal-vot ikolli g\u0127a\u017cla aktar wiesa&#8217; ta&#8217; partiti u ta&#8217; fehmiet.<\/p>\n<p>B\u0127alissa din l-g\u0127a\u017cla ma te\u017cistix.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-85942 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/hqdefault.jpg\" alt=\"\" width=\"480\" height=\"360\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/hqdefault-200x150.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/hqdefault-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/hqdefault-400x300.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/hqdefault.jpg 480w\" sizes=\"(max-width: 480px) 100vw, 480px\" \/><\/p>\n<p>Il-partit ta&#8217; Adrian Delia jidhirlu li din in-nuqqas ta&#8217; g\u0127a\u017cla hi \u0127a\u0121a tajba. Min qed imexxi lill-PN qed jirra\u0121una li, \u0121aladarba ma te\u017cistix alternattiva, l-votanti tradizzjonali tal-PN ser jibqg\u0127u jivvutaw PN minkejja d-dubji kbar li jista&#8217; g\u0127andhom. Il-partit ta&#8217; Adrian Delia di\u0121\u00e0 rrassenja ru\u0127u li mhux ser ikollu l-\u0127ila li jakkwista bi\u017c\u017cejjed voti biex jirba\u0127 elezzjoni. I\u017cda jkun bi\u017c\u017cejjed g\u0127al Adrian Delia li jitlef b&#8217;inqas voti mill-elezzjoni tal-2017 biex b&#8217;hekk ikun jista&#8217; j\u017comm postu.<\/p>\n<p>Niddubita ferm g\u0127andhomx ra\u0121un. Jien nista&#8217; biss inkejjel b&#8217;xibri. F&#8217;kull elezzjoni \u0121enerali li g\u0127addiet, dejjem ivvutajt PN. M&#8217;hemmx dubju li mhux bi \u0127siebni nivvota Labour meta naf li l-gvern huwa mmexxi minn \u010borma ministri li taw l-appo\u0121\u0121 kollu tag\u0127hom lill-korruzzjoni ta&#8217; Joseph Muscat. Dan lanqas ma jfisser li bi \u0127siebni nivvota PN.<\/p>\n<p>Adrian Delia kien be\u017cg\u0127an li se jkun hemm min ji\u0121bor lil dawk li kienu jivvutaw PN &#8211; ji\u0121ifieri lill-&#8220;orfni&#8221; &#8211;\u00a0 f&#8217;partit politiku \u0121did. Li kieku w\u0127ud minn dawk li fl-2017 vvutaw PN \u0127assew li kellhom alternattiva fl-elezzjoni li jmiss, x&#8217;aktarx li \u010b-\u010bans li jivvutaw g\u0127al alternattiva kienu jie\u0127duh u l-\u0127olma li tidjieq id-distanza minn ma&#8217; tal-Labour tispi\u010b\u010ba ttir mar-ri\u0127. U li kieku l-PN jitlef b&#8217;mar\u0121ni akbar minn tal-2017, Adrian Delia jkollu jiffa\u010b\u010bja d-destin politiku tieg\u0127u aktar kmieni milli qatt seta&#8217; ja\u0127seb.<\/p>\n<p>Na\u0127seb li smajtuhom ix-xnieg\u0127at li xxandru dan l-a\u0127\u0127ar fis-sens li Repubblika g\u0127andha xi pjan sigriet biex tifforma partit politiku. Il-verit\u00e0 hi li ma kien hemm xejn \u0121did dwar din ix-xnieg\u0127a. Qabel l- elezzjonijiet ri\u010benti g\u0127all-Parlament Ewropew, il-PN kien mexxa&#8217; xnieg\u0127at fis-sens li dawk tal-&#8220;klikka ta&#8217; Daphne&#8221; kienu ser jippre\u017centaw kandidati g\u0127all-Parlament Ewropew.<\/p>\n<p>X&#8217;kien l-iskop wara dawn ix-xnieg\u0127at? L-iskop kien li jippruvaw inaqqru mill-appo\u0121\u0121 tal-votanti tradizzjonali tal-partit g\u0127all-attivisti tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili li \u0127adu l-inizjattiva minn ta\u0127t idejn it-tmexxija tal-PN fuq kwistjonijiet li g\u0127andhom x&#8217;jaqsmu mad-drittijiet \u010bivili u mad-demokrazija. It-tmexxija tal-PN b\u0127al donnha titme\u017cme\u017c meta tara li hawn nies li ja\u0127sbu b&#8217;mo\u0127\u0127hom u li jafu jie\u0127du azzjoni ming\u0127ajr ma joqg\u0127odu jistennew li ji\u010b\u010baqlaq il-partit.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 niftakru li kien hemm \u017cmien li fih tal-PN kienu \u0127aduha qatta&#8217; bla \u0127abel kontra l-attivisti tal-<em>Occupy Justice<\/em> u sa\u0127ansitra kienu xlewhom bit-tfassil ta&#8217; pjan sigriet mal-gvern g\u0127all-introduzzjoni tal-abort. Qed insemmi dan l-episodju biss minn fost episodji o\u0127ra g\u0127aliex huwa wie\u0127ed li mhux diffi\u010bli li wie\u0127ed jinsie\u0127.<\/p>\n<p>Ix-xnieg\u0127at komplew jintensifikaw matul tmiem il-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet fis-sens li Repubblika kien bi \u0127siebha t\u0127abbar il-formazzjoni ta&#8217; partit \u0121did. Il-PN uffi\u010bjalment \u017camm lura milli jie\u0127u sehem fl-a\u0127\u0127ar protesta u dan wara li kien \u0127a sehem fil-protesti li se\u0127\u0127ew is-sena li g\u0127addiet f&#8217;Novembru u Di\u010bembru.<\/p>\n<p>Ninsabu llum f&#8217;sitwazzjoni li fiha l-moviment kontra l-korruzzjoni tal-partit u l-gvern ta&#8217; Joseph Muscat jinkludi wkoll g\u0127aqdiet xellugin b\u0127al Moviment Graffitti i\u017cda li ma jinkludix lill-PN li hu l-akbar partit fl-oppo\u017cizzjoni parlamentari.<\/p>\n<p>Ma \u0127adux sehem. I\u017cda g\u0127ajnejhom fuqna kienu, tafux!<\/p>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn din il-kitba ta&#8217; Dione Borg fil-Facebook li permezz tag\u0127ha kkritika d-diskors tieg\u0127i li fih ma \u0127abbart ebda formazzjoni politika \u0121dida. Lill-partitarji tal-PN xorta deherlu li kellu jg\u0127idilhom li m&#8217;g\u0127andhomx jag\u0127tu widen lil tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili. Huwa stqarr li jien wa\u0127\u0127alt fil-gvern ta&#8217; Lawrence Gonzi (gvern li jien \u0127dimt fi \u0127danu) g\u0127all-korruzzjoni tal-Labour.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fdione.borg%2Fposts%2F10157351374362182&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"559\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Dawk li kienu taw l-appo\u0121\u0121 tag\u0127hom lill-gvern ta&#8217; Lawrence Gonzi ma kellhomx g\u0127alfejn jie\u0127du g\u0127alihom g\u0127aliex jien m&#8217;g\u0127amilt ebda kritika f&#8217;dan ir-rigward. Smajt li fil-fatt Lawrence Gonzi kien fost il-folla u ma kellux ilmenti x&#8217;jag\u0127mel.<\/p>\n<p>I\u017cda Dione Borg xorta wa\u0127da \u0127a g\u0127alih. Tg\u0127id \u0127a g\u0127alih g\u0127aliex kont jien li g\u0127amilt id-diskors minn fuq il-palk u mhux Adrian Delia?<\/p>\n<p>Dione Borg imissu jaf li dak li qed jo\u0127lom bih qatt m&#8217;hu ser ise\u0127\u0127. Id-diskors ta&#8217; Adrian Delia dwar il-bi\u010b\u010ba blogger mhux bi \u0127siebna ninsewh. Lanqas m&#8217;a\u0127na ser ninsew il-karti dwar il-kont bankarju f&#8217;Jersey li hu baqa&#8217; ji\u010b\u0127ad l-e\u017cistenza tag\u0127hom. Daqs kemm mhux bi \u0127siebna ninsew il-mod kif \u0121\u0121ieg\u0127elna niskantaw meta kien ke\u010b\u010ba lil Simon Busuttil dwar ir-rapport Egrant li kien g\u0127adu ma qarax.<\/p>\n<p>M&#8217;hu tort ta&#8217; \u0127add li, wara reba\u0127 il-kaw\u017ca dwar il-pubblikazzjoni tar-rapport Egrant, il-kredibilit\u00e0 tieg\u0127u baqg\u0127et dik li kienet.<\/p>\n<p>M&#8217;hu tort ta&#8217; \u0127add li \u017c-\u017carbun li libes, baqa&#8217; sal-lum jitfixkel fih g\u0127ax ma ji\u0121ie\u0127x.<\/p>\n<p>I\u017cda huwa tort tieg\u0127u &#8211; u tort ta&#8217; Dione Borg u ta&#8217; dawk li j\u0127obbu jirrepetu li \u201ckien elett demokratikament \u0127i\u201d &#8211; li Adrian Delia baqa&#8217; mka\u0127\u0127al f&#8217;postu. Ni\u0121i naqa&#8217; u nqum jekk dan li qed nikteb jag\u0127mel \u0127sara lill-PN. Xi \u0127add b\u0127al Dione Borg jonqosni biex ikompli jg\u0127axxaqhieli!<\/p>\n<p>Ninsab imnikket g\u0127al pajji\u017ci. G\u0127ax pajji\u017ci m&#8217;g\u0127adx g\u0127andu l-g\u0127a\u017cla li jis\u0127oqqlu.<\/p>\n<p>Te\u017cisti xi xrara ta&#8217; tama li tinbidel din is-sitwazzjoni? Tg\u0127id ser ikollna niffa\u010b\u010bjaw elezzjoni ming\u0127ajr g\u0127a\u017cla, parlament ming\u0127ajr partiti, gvern mag\u0127mul minn qabda korrotti li \u0127add ma jista&#8217; g\u0127alihom b&#8217;oppo\u017cizzjoni masokista bil-qieg\u0127da fa\u010b\u010bata tag\u0127hom?<\/p>\n<p>Hemm de\u010bi\u017cjonijiet li je\u0127tie\u0121 li jittie\u0127du. Fil-politika ma tkampax meta jkollok lil xi \u0127add fil-kariga b\u0127alma hu l-kap tal-PN.<\/p>\n<p>Min jaf x&#8217;hemm lest g\u0127alina g\u0127all-\u0121ejjieni.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Parlament Ewropew g\u0127adu kemm xandar rapport li \u0121ie mniedi mid-delegazzjoni li kienet \u017caret lil Malta f&#8217;nofs il-kri\u017ci li matulha dawk li kienu qed jipprotestaw iltaqg\u0127u kwa\u017ci kuljum fil-Belt Valletta biex jitolbu g\u0127ar-ri\u017cenja immedjata ta&#8217; Joseph Muscat. Ir-rapport jag\u0127ti r-ra\u0121unijiet il-g\u0127ala d-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew effettivament qablet ma&#8217; din it-talba g\u0127ar-ri\u017cenja immedjata tal-prim ministru u jsemmi l-laqg\u0127at [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":85941,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85946\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=85946"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85946\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":85962,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85946\/revisions\/85962\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/85941\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=85946"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=85946"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=85946"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}