{"id":85971,"date":"2020-01-10T07:41:28","date_gmt":"2020-01-10T06:41:28","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=85971"},"modified":"2020-01-10T12:11:43","modified_gmt":"2020-01-10T11:11:43","slug":"l-akbar-tama-spicca-biex-sar-l-akbar-misthija","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/01\/l-akbar-tama-spicca-biex-sar-l-akbar-misthija\/","title":{"rendered":"L-akbar tama spi\u010b\u010ba biex sar l-akbar mist\u0127ija"},"content":{"rendered":"<p>Chris Fearne staqsa x&#8217;le\u0127en jista&#8217; jkollu l-partit tieg\u0127u kemm il-darba jkollu jag\u0127laq l-istazzjon televi\u017civ tieg\u0127u. Mhux talli ma jridx inaqqas il-kontroll tal-partit tieg\u0127u, i\u017cda stqarr li jixtieq jara sehem aktar wiesa&#8217; tal-partit fil-qasam tax-xandir. Qal li l-istampa li xxandar bil-lingwa Ingli\u017ca g\u0127andha &#8220;a\u0121enda kontra l-Partit Laburista\u201d u stqarr li din hi r-ra\u0121uni l-g\u0127ala l-gvern tieg\u0127u huwa mpin\u0121i ikra\u0127 mill-\u0121urnalisti minn madwar id-dinja.<\/p>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dan il-<em>clip<\/em> mimli tif\u0127ir vojt li xxandar fuq l-istazzjon televi\u017civ tal-Labour f&#8217;attentat biex ji\u0121i glorifikat \u017cmien Joseph Muscat u s-\u201csu\u010b\u010bess\u201d tal-\u201cmoviment\u201d tieg\u0127u.<\/p>\n<div style=\"width: 848px;\" class=\"wp-video\"><!--[if lt IE 9]><script>document.createElement('video');<\/script><![endif]-->\n<video class=\"wp-video-shortcode\" id=\"video-85971-1\" width=\"848\" height=\"384\" preload=\"metadata\" controls=\"controls\"><source type=\"video\/mp4\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/WhatsApp-Video-2020-01-09-at-22.56.55.mp4?_=1\" \/><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/WhatsApp-Video-2020-01-09-at-22.56.55.mp4\">https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/WhatsApp-Video-2020-01-09-at-22.56.55.mp4<\/a><\/video><\/div>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Tul is-snin tal-governanza mnebb\u0127a ta&#8217; Joseph Muscat se\u0127\u0127et xi \u0127a\u0121a li jsejj\u0127ulha b\u0127ala &#8220;sfida li jsibu ma&#8217; wi\u010b\u010bhom diversi nazzjonijiet\u201d u dan huma u jxandru filmat tal-arrest ta&#8217; George u Alfred Degiorgio fil-Marsa.<\/p>\n<p>Hu proprju fl-isfond ta&#8217; dan il-filmat li ppruvaw ipin\u0121u l-\u0121rajja tal-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Filmat li fakkarni f&#8217;dokumentarju dwar il-presidenza ta&#8217; George Bush li wera&#8217; xena tat-traffiku fi Brooklyn biex jipprova jnaqqas mill-importanza tal-attakki fuq il-<em>World Trade Centre<\/em>. Id-differenza tinsab fil-fatt li \u010b-<em>chief of staff<\/em> ta&#8217; George Bush ma kienx sefsef f&#8217;widnejn Osama Bin Laden biex ig\u0127inu ja\u0127rab mill-arrest. Lanqas ma kien hu li tilef il-<em>mobile<\/em> nofs sieg\u0127a qabel l-arrest tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Fil-filmat li xxandar il-biera\u0127 fuq One TV, saret dik ir-riferenza g\u0127all-&#8220;isfida li jsibu ma&#8217; wi\u010b\u010bhom diversi nazzjonijiet&#8221; biex b\u0127al spe\u010bi jg\u0127idu li l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia ma kien rilevanti xejn g\u0127aliex, minkejja \u201cl-isfidi li jsibu ma&#8217; wi\u010b\u010bhom diversi nazzjonijiet, il-familji Maltin komplew&#8221; igawdu mill-\u0121id u l-flus.<\/p>\n<p>Huwa fatt li anki l-aktar partitarji fanati\u010bi tal-Partit Laburista privatament ikunu lesti li jammettu li l-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia ma kienx biss intervall ta&#8217; inkonvenjenza g\u0127al Joseph Muscat. Forsi m&#8217;g\u0127andhom ebda suspett li kien imda\u0127\u0127al fit-twettiq tad-delitt jew li pprova jg\u0127attih. Forsi jidhrilhom li ma kienx hu li ppermetta d-delitt li jse\u0127\u0127 u g\u0127andhom mnejn qed ja\u0127sbu li xi \u0127add wettaq id-delitt biex jo\u0127loq il-problemi g\u0127all-g\u0127a\u017ci\u017c Joseph tag\u0127hom li wassluh biex iwarrab qabel \u017cmienu. I\u017cda ebda wie\u0127ed minnhom m&#8217;hu ser ja\u0127seb li dawn i\u010b-\u010birkostanzi kollha m&#8217;humiex ta&#8217; pi\u017c.<\/p>\n<p>Kull telespettatur o\u0121\u0121ettiv g\u0127andu jinteba\u0127 li l-filmat li xxandar il-biera\u0127, li ma kien xejn \u0127lief attentat propagandistiku sabiex l-impatt politiku tal-\u0121rajjiet ri\u010benti ji\u0121u njorati u mg\u0127ottija, huwa ammissjoni li fil-fatt mhux kollox jinsab g\u0127addej \u0127arir. Dan il-filmat fil-fatt fakkarni fl-entu\u017cja\u017cmu xi ftit \u017cejjed li kienu wrew in-nies fil-pjazza ewlenija ta&#8217; Kiev f&#8217;Jum il-\u0126addiem tal-1986, \u0127amest ijiem biss wara li kien sploda r-Reattur numru 4 tal-impjant ta&#8217; Chernobyl ftit mijiet ta&#8217; kilometri &#8216;l bog\u0127od. G\u0127amlu sforz kbir biex ibellg\u0127uha li kollox kien ward u \u017cahar meta \u010bertament dan kien ferm il-bog\u0127od mir-realt\u00e0.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-85967 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/D8RtfyzXUAAYSiS.jpg\" alt=\"\" width=\"796\" height=\"454\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/D8RtfyzXUAAYSiS-200x114.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/D8RtfyzXUAAYSiS-300x171.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/D8RtfyzXUAAYSiS-400x228.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/D8RtfyzXUAAYSiS-600x342.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/D8RtfyzXUAAYSiS-768x438.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/D8RtfyzXUAAYSiS.jpg 796w\" sizes=\"(max-width: 796px) 100vw, 796px\" \/><\/p>\n<p>Dan huwa frott ix-xog\u0127ol tal-propagandisti li ja\u0127dmu fi \u0127dan il-partit politi\u010bi. Li kieku ma&#8217; kienux ja\u0127dmu fi \u0127dan il-partit tieg\u0127u, na\u0127seb li dawk li pprodu\u010bew il-filmat mimli tif\u0127ir g\u0127al Joseph kien ikollhom ukoll il-\u0127ila teknika li jipprodu\u010bu filmat o\u0121\u0121ettiv dwar l-istorja tieg\u0127u.<\/p>\n<p>L-istorja tieg\u0127u hi wa\u0127da tassew interessanti. Dan tpin\u0121a b\u0127ala t-tama l-kbira tal-Partit Laburista li kien g\u0127amel tletin sena mitluf fi sqaq ta\u0127t it-tmexxija ta&#8217; Dom Mintoff ta&#8217; wara l-1981, ta&#8217; Karmenu Mifsud Bonnici u ta&#8217; Alfred Sant. Il-partitarji tal-Partit Laburista kellhom fuqhom fer\u0127 ta&#8217; \u0121enn: fl-1996 kienu daqu xi ftit mis-setg\u0127a i\u017cda din in\u0127atfet minn ta\u0127t \u0127alqhom ftit \u017cmien wara.<\/p>\n<p>Joseph Muscat kien rebbie\u0127. Mexxa&#8217; &#8216;l quddiem programm ta&#8217; riforma f&#8217;dawk li huma drittijiet tal-omosesswali u ugwaljanza fi\u017c-\u017cwie\u0121. L-g\u0127aks ta&#8217; ta\u0127t il-gvernijiet Laburisti ta&#8217; qabel kien sar \u0127a\u0121a tal-img\u0127oddi. Deher b\u0127allikieku kollox kien qed ji\u0121ih \u017cew\u0121.<\/p>\n<p>I\u017cda minn wara l-qoxra tat-tbissim u tal-glorja, l-\u0127mie\u0121 kien di\u0121\u00e0 beda&#8217; jin\u0121abar u ji\u0121ma&#8217; mill-ewwel \u0121img\u0127a li g\u0127amel fis-setg\u0127a. Ftit \u0127afna kienu dawk li kienu jafu fil-patt Fawstjan li kien ftiehem dwaru qabel \u0127a f&#8217;idejh r-riedni tas-setg\u0127a. Ftit \u0127afna kienu jafu li minn wara l-kwinti kien qed i\u0127allas id-dejn li kien ftiehem dwaru permezz tal-iskema tal-bejg\u0127 tal-passaporti, tal-li\u010benzjar tal-Pilatus Bank u tal-ftehim dwar il-power station tal-Electrogas. \u0126add ma nteba\u0127 bil-mod kif l-&#8220;assistent&#8221; tieg\u0127u kien telg\u0127alu fuq rasu, kif kien ftiehem kuntratti f&#8217;ismu u kif kien stag\u0127na u mela bwietu waqt li \u017camm lil kul\u0127add b&#8217;osta\u0121\u0121.<\/p>\n<p>\u0126add ma kien basar li kien ser ikun hemm \u0121urnalista kura\u0121\u0121ju\u017ca, determinata u kapa\u010bi li ma setg\u0127et qatt tinxtara&#8217;. Il-vjolenza biss setg\u0127et issikkitha u meta nqatlet, l-istejjer tag\u0127ha spi\u010b\u010baw xterdu dejjem aktar mal-erbat irjie\u0127 tad-dinja.<\/p>\n<p>Fil-pro\u010bess, Joseph Muscat ma baqax ji\u0121i meqjus b\u0127ala s-so\u010bjalista li jag\u0127mel deheb kulma jmiss. Kollegi Ewropej tieg\u0127u taw\u0127 daharhom. Il-ministri tieg\u0127u bdew juru sinjali ta&#8217; disprament. Minn wara l-qoxra tat-tbissim u ta&#8217; wirjiet ta&#8217; g\u0127aqda, l-\u0127mie\u0121 li kien in\u0121ema&#8217; inbidel f&#8217;kallu iebes. Id-demm ma baqax ji\u0121ri fil-vini tal-istruttura korrotta li kienu \u0127olqu.<\/p>\n<p>Dak li kien it-tama tal-Partit Laburista spi\u010b\u010ba biex sar l-akbar mist\u0127ija tag\u0127hom. Id-determinazzjoni bla tarf ta&#8217; Daphne Caruana Galizia baqg\u0127et \u0127ajja wara mewtha. L-ener\u0121ija u l-kura\u0121\u0121 li wriet f&#8217;xog\u0127olha ser jibqg\u0127u jidwu g\u0127as-snin li \u0121ejjin.<\/p>\n<p>Fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar is-sewwa tat damdima lill-akbar g\u0127adu tag\u0127ha. G\u0127al Fawst kien wasal i\u017c-\u017cmien tal-kontijiet. Mefistofile wasal biex ji\u0121bor dak li hu dovut lilu u Joseph Muscat fl-a\u0127\u0127ar jispi\u010b\u010ba trietaq.<\/p>\n<p>Storja b\u0127al din g\u0127andha tkun su\u0121\u0121ett tajjeb g\u0127at-tfassil ta&#8217; dokumentarju. I\u017cda tistg\u0127u tibqg\u0127u \u010berti li l-Partit Laburista dokumentarju b\u0127al ma jxandrux. Mhux g\u0127ax ma jkunx qed iwassal il-verit\u00e0 i\u017cda g\u0127aliex il-verit\u00e0 sservi biex tikxef numru ta&#8217; mistoqsijiet li s&#8217;issa g\u0127adhom bla twe\u0121iba.<\/p>\n<p>Il-Partit Komunista tg\u0127id g\u0127aliex ma kienx ikkan\u010bella \u010b-\u010belebrazzjonijiet ta&#8217; Jum il-\u0126addiem \u0127amest ijiem wara d-di\u017castru tal-impjant ta&#8217; Chernobyl? G\u0127aliex ma kellux il-\u0127ila jwie\u0121eb g\u0127al mistoqsijiet marbuta mad-di\u017castru. G\u0127aliex se\u0127\u0127 id-di\u017castru? Kemm hu perikolu\u017c? G\u0127ad jer\u0121a&#8217; jse\u0127\u0127 di\u017castru ie\u0127or b\u0127alu? Min kien approva di\u017cinji tal-impjant?<\/p>\n<p>Li kieku l-Partit Laburista kellu jg\u0127id il-verit\u00e0 kollha dwar Joseph Muscat ikollu jdabbar ras lil dawk kollha tawh l-appo\u0121\u0121 waqt li kien fit-tmexxija tal-gvern u li kienu jafu bil-\u0127mie\u0121 li kien qed jin\u0121ema&#8217;.<\/p>\n<p>U biex ikun jista&#8217; jg\u0127atti dan il-\u0127mie\u0121 kollu, Chris Fearne je\u0127tie\u0121 li jkollu kontroll assolut fuq il-mezzi tax-xandir. Inkella politikament jispi\u010b\u010ba biex ji\u017cvinta.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Chris Fearne staqsa x&#8217;le\u0127en jista&#8217; jkollu l-partit tieg\u0127u kemm il-darba jkollu jag\u0127laq l-istazzjon televi\u017civ tieg\u0127u. Mhux talli ma jridx inaqqas il-kontroll tal-partit tieg\u0127u, i\u017cda stqarr li jixtieq jara sehem aktar wiesa&#8217; tal-partit fil-qasam tax-xandir. Qal li l-istampa li xxandar bil-lingwa Ingli\u017ca g\u0127andha &#8220;a\u0121enda kontra l-Partit Laburista\u201d u stqarr li din hi r-ra\u0121uni l-g\u0127ala l-gvern tieg\u0127u [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":85968,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85971\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=85971"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85971\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":85973,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/85971\/revisions\/85973\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/85968\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=85971"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=85971"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=85971"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}