{"id":8601,"date":"2018-06-20T23:33:46","date_gmt":"2018-06-20T21:33:46","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=8601"},"modified":"2018-06-20T23:33:46","modified_gmt":"2018-06-20T21:33:46","slug":"mintomx-kapaci-taghmlu-dak-li-hu-sewwa","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/06\/mintomx-kapaci-taghmlu-dak-li-hu-sewwa\/","title":{"rendered":"&#8220;M&#8217;intomx kapa\u010bi tag\u0127mlu dak li hu sewwa&#8221;"},"content":{"rendered":"<p>\u0126add m&#8217;g\u0127adu jiddubita li f&#8217;Malta l-investigazzjoni ta&#8217; reati kriminali b&#8217;laqta politika huma politikament ikkontrollati. Dwar l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia mhux biss hemm il-konsegwenzi politi\u010bi. Dan kien ukoll assassinju politiku: in\u0127asdet il-\u0127ajja ta&#8217; persuna bil-g\u0127an li jintla\u0127qu miri politi\u010bi u b&#8217;ri\u017cq il-qadi ta&#8217; interessi politi\u010bi permezz ta&#8217; qattiela imqabb<span style=\"float: none; background-color: transparent; color: #333333; font-family: Georgia,'Times New Roman','Bitstream Charter',Times,serif; font-size: 16px; font-style: normal; font-variant: normal; font-weight: 400; letter-spacing: normal; line-height: 24px; text-align: left; text-decoration: none; text-indent: 0px;\">da minn politi\u010bi.<\/span><\/p>\n<p>G\u0127alkemm il-Partit Laburista b\u0127ala entit\u00e0 mhuwiex involut fil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, l-istrutturi tal-partit kif ukoll it-tmexxija u s-sostenituri tieg\u0127u huma lkoll ikkundizzjonati mill-azzjonijiet &#8211; anke jekk mhux awtorizzati jew mhux mixtieqa &#8211; ta&#8217; dawk li kienu l-mo\u0127\u0127 wara d-delitt.<\/p>\n<p>Dan ifisser li dawk kollha li huma mid\u0127la tal-Partit Laburista li g\u0127andhom kull interess li jaraw li l-Partit jibqa&#8217; fis-setg\u0127a, jew g\u0127ax ikunu qed igawdu b&#8217;mod dirett minn din is-setg\u0127a jew g\u0127aliex huma segwa\u010bi li jkunu jridu jaraw lit-<em>team<\/em> tag\u0127hom jirba\u0127 dejjem, g\u0127andhom kull motivazzjoni li ji\u017cguraw li ebda responsabbilt\u00e0 g\u0127all-assassinju ma taqa&#8217; fuq xi persuna li g\u0127andha rabtiet mal-Partit.<\/p>\n<p>Mhix \u0127a\u0121a normali meta xi \u0127add jo\u0127ro\u0121 jixxabbat minn tieqa ta&#8217; karrozza biex jiddie\u0127ak b&#8217;iben u armel waqt li dawn ikunu qed i\u017curu l-post fejn omm u mara spi\u010b\u010bat saret trietaq bi splu\u017cjoni ta&#8217; bomba.<\/p>\n<p>I\u017cda hawn Malta n-normal mhuwiex ir-regola.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fmatthewcaruanagalizia%2Fposts%2F10160485110605035&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"319\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p>Daqs kemm ukoll m&#8217;huwiex normali meta Robert Abela, konsulent tal-prim ministru, jurina li jaf x&#8217;intqal jew x&#8217;ma ntqalx fuq telefon ittappjat mis-servizzi sigrieti minn dawk li jinsabu mixlija bil-qtil fuq ordni ta&#8217; \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>Dan mhux biss m&#8217;huwiex sewwa. Huwa wkoll a\u0121ir illegali f&#8217;kull sens tal-kelma. Hu di\u0121\u00e0 abbu\u017civ bi\u017c\u017cejjed meta jkollok persuni f&#8217;karigi pubbli\u010bi li jabbu\u017caw fl-interess tag\u0127hom is-setg\u0127a mog\u0127tija lilhom bil-li\u0121i. E\u017catt b\u0127alma jag\u0127mel il-prim ministru meta l-\u0127atra jew it-tke\u010b\u010bija tal-kummissarji tal-pulizija tkun tiddependi fuq kemm dawn ikunu jew ma jkunux lesti jinvestigaw lilu jew lil ta&#8217; ta\u0127tu.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8591\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/file-2.aspx_.jpeg\" alt=\"\" width=\"640\" height=\"360\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/file-2.aspx_-300x169.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/file-2.aspx_-480x270.jpeg 480w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/file-2.aspx_.jpeg 640w\" sizes=\"(max-width: 640px) 100vw, 640px\" \/><\/p>\n<p>I\u017cda l-abbu\u017c ikompli jeskala meta xi \u0127add b\u0127al Robert Abela, li m&#8217;g\u0127andu ebda awtorit\u00e0 li jkun jaf id-dettalji ta&#8217; dak li s-servizzi sigrieti jkunu ssemmg\u0127u dwaru, mhux biss ikun jaf i\u017cda sa\u0127ansitra jifta\u0127ar mad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar kemm jaf.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 fil-Parlament Jason Azzopardi qal li jew dak li jaf Robert Abela sar jafu illegalment jew inkella qed jilg\u0127abha tal-\u0127elu u jibblaffja. Niddubita kemm qieg\u0127ed jibblaffja.<\/p>\n<p>Dawn qeg\u0127din g\u0127assa ta&#8217; xulxin. U jikkompromettu lil xulxin b&#8217;informazzjoni selettiva biex ji\u017cguraw li \u0127add minnhom ma jfettillu j\u0127alli l-kuxjenza tmexxih biex b&#8217;hekk dejjem jibqg\u0127u jikkonservaw il-poter.<\/p>\n<p>Araw naqra kif il-biera\u0127 Joseph Muscat ta l-appo\u0121\u0121 kollu tieg\u0127u lil Chris Cardona dwar is-safriet lussu\u017ci b&#8217;vaganza li dan g\u0127amel wa\u0127du a spejje\u017c pubbli\u010bi. Il-prim ministru qalilna li dawn is-safriet kienu &#8220;kunfidenzjali&#8217;. Li jfisser li matul il-vaganzi tal-G\u0127id u dawk tas-sajf, Chris Cardona jew kien qed jinnegozja l-pa\u010bi fid-dinja minn Monako, Abu Dhabi u Monza u, f&#8217;festi tal-Milied su\u010b\u010bessivi, mill-pajji\u017c ta&#8217; dik li kienet martu jew inkella g\u0127amel xi wa\u0127da mill-iskappaturi li huwa mag\u0127ruf g\u0127alihom.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8592\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/WhatsApp-Image-2018-02-04-at-11.20.28.jpeg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"1066\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/WhatsApp-Image-2018-02-04-at-11.20.28-300x200.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/WhatsApp-Image-2018-02-04-at-11.20.28-405x270.jpeg 405w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/WhatsApp-Image-2018-02-04-at-11.20.28-768x512.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/WhatsApp-Image-2018-02-04-at-11.20.28.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/><\/p>\n<p>Dan kollu x&#8217;g\u0127andu x&#8217;jaqsam ma&#8217; Robert Abela u l-ittappjar?<\/p>\n<p>Dawn jg\u0127ammru f&#8217;bejta ta&#8217; gideb u jigdbulek f&#8217;wi\u010b\u010bek qishom m&#8217;humiex huma. U int ma tiddejjaq xejn meta jigdbulek f&#8217;wi\u010b\u010bek g\u0127ax, kif kien qal il-Kurunell Nathan Jessup, \u201cm&#8217;intomx kapa\u010bi tag\u0127mlu dak li hu sewwa\u201d.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u0126add m&#8217;g\u0127adu jiddubita li f&#8217;Malta l-investigazzjoni ta&#8217; reati kriminali b&#8217;laqta politika huma politikament ikkontrollati. Dwar l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia mhux biss hemm il-konsegwenzi politi\u010bi. Dan kien ukoll assassinju politiku: in\u0127asdet il-\u0127ajja ta&#8217; persuna bil-g\u0127an li jintla\u0127qu miri politi\u010bi u b&#8217;ri\u017cq il-qadi ta&#8217; interessi politi\u010bi permezz ta&#8217; qattiela imqabbda minn politi\u010bi. G\u0127alkemm il-Partit Laburista b\u0127ala [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8591,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8601\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=8601"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8601\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":8610,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8601\/revisions\/8610\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8591\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=8601"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=8601"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=8601"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}