{"id":8657,"date":"2018-07-09T09:31:13","date_gmt":"2018-07-09T07:31:13","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=8657"},"modified":"2018-07-09T17:55:56","modified_gmt":"2018-07-09T15:55:56","slug":"guest-post-dinja-tal-boloh","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/07\/guest-post-dinja-tal-boloh\/","title":{"rendered":"GUEST POST: Dinja tal-bolo\u0127"},"content":{"rendered":"<p><em>Din l-\u0121ejja ntbag\u0127titli ftit ilu minn persuna mag\u0127rufa minni:<\/em><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8654\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/beautiful-view-on-popeye-village-in-malta.jpg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"1065\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/beautiful-view-on-popeye-village-in-malta-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/beautiful-view-on-popeye-village-in-malta-406x270.jpg 406w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/beautiful-view-on-popeye-village-in-malta-768x511.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/beautiful-view-on-popeye-village-in-malta.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/><\/p>\n<p>Xi drabi jg\u0127addi dan il-\u0127sieb minn mo\u0127\u0127i: &#8220;x&#8217;kien ji\u0121ri li kieku s-<em>servers<\/em> ta&#8217; Mossack Fonseca ma \u0121ewx <em>hacked<\/em>?&#8221;<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Imma\u0121inaw ftit.<\/p>\n<p>L-ismijiet <em>17 Black, Hearnville, Tillgate<\/em> u <em>Egrant<\/em> ma kienu jfissru xejn. F&#8217;mo\u0127\u0127na l-Panama kien jibqa&#8217; biss dak il-pajji\u017c imbieg\u0127ed li xog\u0127lu hu li jaqdi mill-koxxa l-barunijiet tad-droga Messikani u lid-dittaturi mit-tielet dinja. Kien jibqa&#8217; biss pajji\u017c li ma jqanqal ebda kur\u017cit\u00e0 fid-dinja tat-<em>trolls<\/em> u tal-bolo\u0127.<\/p>\n<p>Imma\u0121inaw ftit kif il-klikka ta&#8217; Kastilja kienet tkompli ssib l-isku\u017ci g\u0127ad-di\u017castri finanzjarji ripetuti u kif kienet tistkenn ta\u0127t maskra ta&#8217; onest\u00e0 fa\u017culla bi twe\u0121iba b\u0127al <em>&#8220;u iva, l-affarijiet setg\u0127u saru a\u0127jar&#8221;<\/em>. G\u0127ax l-affarijiet se\u0127\u0127ew kif se\u0127\u0127ew, qed ikollhom iwie\u0121bu b&#8217;sensiela ta&#8217; sku\u017ci arroganti b\u0127al: &#8220;<em>tag\u0127mlulix aktar mistoqsijiet, hemm pendenti inkjesta ma\u0121isterjali<\/em>&#8220;, &#8220;<em>ma nistax ng\u0127id aktar min\u0127abba sensittivit\u00e0 kummer\u010bjali&#8221;, &#8220;sifirt wa\u0127di fuq \u017cjarat uffi\u010bjali g\u0127al ra\u0121unijiet li huma kunfidenzjali&#8221; <\/em>u litanija ta&#8217; sku\u017ci mimg\u0127udin o\u0127ra.<\/p>\n<p>Imma\u0121inaw ftit kif kienet tirrea\u0121ixxi b&#8217;mod fero\u010bi l-klikka ta&#8217; Kastilja fil-konfront ta&#8217; min kien ja\u017c\u017carda jg\u0127id li kien hemm skop mo\u0127bi wara:<\/p>\n<p>&#8211; l-iskandlu tal-\u0127las ma jmiss ma&#8217; xejn ta&#8217; 4,300,000 ewro lil tal-<em>Cafe Premier<\/em> personalment awtorizzat minn Muscat;<\/p>\n<p>&#8211; l-iskandlu tal-\u0127las ta&#8217; 3,600,000 ewro lil Gaffarena fuq il-post fi Strada Zekka li jaqa&#8217; direttament ta\u0127t il-ministeru ta&#8217; Muscat;<\/p>\n<p>&#8211; l-iskandlu tal-kuntratt tal-<em>Vitals<\/em> li sewa&#8217; mas-60,000,000 ewro lill pajji\u017c, iffirmat minn \u010bertu Konrad Mizzi;<\/p>\n<p>&#8211; l-iskandlu tal-bejg\u0127 b&#8217;ribass ta&#8217; 90% tal-art pubblika tal-ITS b&#8217;telf g\u0127all-poplu Malti ta&#8217; 180,000,000 ewro;<\/p>\n<p>&#8211; l-iskandlu tal-kuntratt ta\u017c-\u017cejt tal-Enemalta negozjat fl-2014 mill-istess Konrad Mizzi u l-korrotti tal-A\u017cerbaj\u0121an li \u0127alliet lill-poplu Malti b&#8217;telf ta&#8217; 14,000,000 ewro;<\/p>\n<p>&#8211; l-iskandlu tal-kuntratt dwar il-forniment tal-gass mill-Enemalta li \u0121ie negozjat mill-membri tal-klikka ta&#8217; Kastilja li wassal biex t\u0127allset kummissjoni ta&#8217; 40,000,000 dollaru Amerikan lis-Socar minn fuq dahar il-poplu Malti.<\/p>\n<p>Imma\u0121inaw ftit kif kien ikun ix-xenarju. Ferris g\u0127adu sal-lum fl-uffi\u010b\u010bju tal-FIAU ji\u0121ri wara l-\u0127assiela tal-flus ma\u0127mu\u0121in. Galdes ma kienx jirri\u017cenja. Cassar ma kienx jirri\u017cenja b\u0127ala Kummissarju tal-Pulizija. Il-klikka ta&#8217; Kastilja g\u0127adha tinnegozja bil-mo\u0127bi mal-\u0127allelin tal-<em>Pilatus Bank<\/em>, f&#8217;Dubai u fil-British Virgin Islands.<\/p>\n<p>Imma\u0121inaw ftit kemm kienet tkun totalment insinjifikanti l-e-mail mikxufa ta&#8217; Karl Cini li fiha rrefera g\u0127all-\u0127las ta&#8217; \u017cew\u0121 miljun dollaru fis-sena minn <em>17 Black<\/em> lil xi \u0127add mhux mag\u0127ruf. Ma kienx jinkixef il-fatt li j\u0127awwdu f&#8217;din il-borma kien hemm <em>Chief of Staff<\/em> u Ministru fil-kabinett tal-Prim Ministru. Ma konna qatt insiru nafu li dawn kellhom jir\u010bievu 150,000 dollaru Amerikan fix-xahar minn g\u0127ejjun fl-A\u017cerbaj\u0121an u mis-sidien Asjati\u010bi ta&#8217; tanker LNG. Hearnville u Tillgate kienu jitpin\u0121ew b\u0127ala kumpanniji marbutin ma&#8217; negozjanti Russi tal-armi jew ma&#8217; xi sinjurun Asjatiku u mhux ma&#8217; uffi\u010bjali g\u0127oljin tal-gvern ta&#8217; Malta.<\/p>\n<p>Imma\u0121inaw ftit. NexiaBT ma kinitx twettaq tindifa s\u0127i\u0127a fl-uffi\u010b\u010bji tag\u0127ha g\u0127all-g\u0127arrieda fis-satra tal-lejl u kieku sal-lum g\u0127adha l-a\u0121ent tal-Mossack Fonseca. Ali Sadr ma kienx ikollu g\u0127alfejn jo\u0127ro\u0121 bil-mo\u0127bi mill-bieb ta&#8217; wara tal-Bank tieg\u0127u b&#8217;bagalji mimlija bi <em>\u0127wejje\u0121 ma\u0127mu\u0121in<\/em>. Dik it-titjira lejn Baku ma kinitx ise\u0127\u0127. Il-\u0127las immedjat mill-gvern ta&#8217; 1,000,000 ewro bil-quddiem lill-istess linja tal-ajru fuq kuntratt ta&#8217; <em>riklamar<\/em> ma kienx i\u0127abbel ras anke dawk li huma mill-aktar \u010bini\u010bi. <em>Egrant, Buttardi<\/em> u l-\u0127lasijiet ta&#8217; &#8220;self&#8221; bejn kumpanniji mill-BritishVirgin Islands kienu jibqg\u0127u g\u0127addejjin bil-mo\u0127bi. Vaganza fid-Dubaj kienet tkun sempli\u010bement vaganza fid-Dubaj.<\/p>\n<p>U fid-dinja tat-<em>trolls<\/em> u tal-bolo\u0127 \u0127add ma kien isir jaf, jew i\u0127alli lil min isir jaf, minn fejn kienet \u0121ejja r-ri\u0127a tinten.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>U Daphne Caruana Galizia kienet tkun g\u0127adha mimlija bil-g\u0127omor.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Din l-\u0121ejja ntbag\u0127titli ftit ilu minn persuna mag\u0127rufa minni: Xi drabi jg\u0127addi dan il-\u0127sieb minn mo\u0127\u0127i: &#8220;x&#8217;kien ji\u0121ri li kieku s-servers ta&#8217; Mossack Fonseca ma \u0121ewx hacked?&#8221;\u00a0 Imma\u0121inaw ftit. L-ismijiet 17 Black, Hearnville, Tillgate u Egrant ma kienu jfissru xejn. F&#8217;mo\u0127\u0127na l-Panama kien jibqa&#8217; biss dak il-pajji\u017c imbieg\u0127ed li xog\u0127lu hu li jaqdi mill-koxxa l-barunijiet [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8654,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8657\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=8657"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8657\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":8672,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8657\/revisions\/8672\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8654\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=8657"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=8657"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=8657"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}