{"id":86588,"date":"2020-01-27T09:45:27","date_gmt":"2020-01-27T08:45:27","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=86588"},"modified":"2020-01-27T11:30:57","modified_gmt":"2020-01-27T10:30:57","slug":"sandro-lest-li-jidhlilha","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/01\/sandro-lest-li-jidhlilha\/","title":{"rendered":"Sandro lest li jid\u0127lilha?"},"content":{"rendered":"<p>&nbsp;<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/developers-victims-of-flawed-political-system-sandro-chetcuti.765651\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-kummenti li g\u0127adda Sandro Chetcuti tal-g\u0127aqda tal-i\u017cviluppaturi xi \u0121ranet ilu<\/a> m&#8217;g\u0127andhomx jibqg\u0127u bla twe\u0121iba. Waqt \u017cjara li g\u0127amel Robert Abela, dan tkellem formalment dwar l-appo\u0121\u0121 li l-g\u0127aqda tieg\u0127u qed tag\u0127ti lill-kampanja li tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili qed jag\u0127mlu biex ma ji\u0121ix permess il-finanzjament privat tal-partiti politi\u010bi.<\/p>\n<p>Tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili isibu ru\u0127\u0127om kwa\u017ci dejjem f&#8217;konfront mal-i\u017cviluppaturi f&#8217;kull dibattitu li jsir. Il-komunit\u00e0 demokratika ta&#8217; sikwit turi t-t\u0127assib tag\u0127ha dwar in-nuqqas ta&#8217; governanza tajba f&#8217;dawk li huma ppjanar, \u017coni ta&#8217; \u017cvilupp u regolamentazzjoni tal-bini. Il-\u0127sara kbira li tag\u0127mel il-korruzzjoni f&#8217;dan il-qasam huwa ta&#8217; natura permanenti.<\/p>\n<p>L-hekk imsejj\u0127a \u201c<em>business friendliness<\/em>\u201d ta&#8217; Joseph Muscat fet\u0127et il-bibien bera\u0127 g\u0127all-mafja fil-qasam tal-industrija tal-<em>gaming,<\/em> g\u0127all-\u0127assiela tal-flus u g\u0127all-eva\u017curi tat-taxxa fl-industrija bankarja u g\u0127all-eva\u017curi tat-taxxa u g\u0127all-frodisti fl-industrija tal-bejg\u0127 tal-passaporti. I\u017cda hi l-industrija tal-kostruzzjoni li tag\u0127mel l-akbar \u0127sara bil-konkos li tferra&#8217; u bis-si\u0121ar li teqred.<\/p>\n<p>Je\u017cistu ka\u017cijiet li huma tassew xokkanti u fost dawn hemm l-g\u0127oti ta&#8217; bi\u010b\u010biet ta&#8217; art f&#8217;San \u0120or\u0121 lil tad-DB Group u lil tal-Corinthia, il-bini fuq l-irdumijiet ta&#8217; G\u0127awdex u l-i\u017cvilupp ta&#8217; Joseph Portelli fil-Qala li jidher li g\u0127adu merfug\u0127 f&#8217;kommtu.<\/p>\n<p>Min\u0127abba l-kobor tag\u0127hom, dawn il-ka\u017cijiet m&#8217;humiex biss stampa parzjali tal-\u0127sara li qed titwettaq i\u017cda huma wkoll ri\u017cultat ta&#8217; di\u0121enerazzjoni sistematika li qed tit\u0127alla ssir bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; kompli\u010bit\u00e0 burokratika. Bi\u017c\u017cejjed li wie\u0127ed isemmi l-mod kif qed jing\u0127ataw il-permessi g\u0127all-bini ta&#8217; pompi tal-petrol u dan fin-nuqqas ta&#8217; tfassil min-na\u0127a tal-awtorit\u00e0 ta&#8217; politika li tirregolahom, it-twarrib ta&#8217; pjan ta&#8217; struttura dixxiplinat u l-abbandun totali tal-ippjanar lokali.<\/p>\n<p>Din is-sitwazzjoni hi frott ta&#8217; skema korrotta. Huma l-i\u017cviluppaturi li jiffinanzjaw lis-sistema politika tag\u0127na u huma l-partiti politi\u010bi li jiddependu fuq il-\u0121enero\u017cit\u00e0 finanzjarja tag\u0127hom. G\u0127aldaqstant min jista&#8217; jemmen li l-politi\u010bi g\u0127andhom is-sa\u0127\u0127a li jwaqqfu r-reg\u0127ba tal-i\u017cviluppaturi dment li dawn jibqg\u0127u jimir\u0127u fil-bwiet tal-i\u017cviluppaturi?<\/p>\n<p>F&#8217;diskors li g\u0127amel Sandro Chetcuti tal-G\u0127aqda tal-I\u017cviluppaturi Maltin huwa qal li jaqbel ma&#8217; dak li kienu qed isostnu tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili fis-sens li l-partiti politi\u010bi m&#8217;g\u0127andhomx ji\u0121u finanzjati minn interessi privati i\u017cda mill-istat u dan biex ti\u0121i mwarrba l-impressjoni li te\u017cisti xi rabta korrotta bejn il-politika u n-negozju.<\/p>\n<p>B&#8217;mod mill-aktar stramb, huwa qal ukoll li l-industrija tal-konstruzzjoni hi l-&#8220;vittma&#8221; tal-korruzzjoni fil-politika. Kien hemm min fil-pront wie\u0121bu li bosta kienu dawk il-membri tal-g\u0127aqda tieg\u0127u li kienu gawdew minn din ir-rabta u li g\u0127adhom qed igawdu sal-lum.<\/p>\n<p>I\u017cda hi ta&#8217; sinjifikat is-sej\u0127a li g\u0127amlet l-MDA biex ikun hemm sistema politika &#8220;professjonali&#8221; b&#8217;parlament li jiffunzjona u b&#8217;partiti politi\u010bi armati b&#8217;mod li jkunu f&#8217;po\u017cizzjoni li jag\u0127mlu xog\u0127olhom indipendentement mill-&#8220;\u0121enero\u017cit\u00e0&#8221; tan-negozjanti l-kbar. Hi ta&#8217; sinjifikat g\u0127aliex il-korruzzjoni hi sikkina li taqta&#8217; minn \u017cew\u0121 na\u0127at. It-tix\u0127im mhux biss ji\u0121u offrut i\u017cda jintalab ukoll. U wie\u0127ed jista&#8217; jimma\u0121ina minn fejn beda&#8217; triqtu Sandro Chetcuti qabel l-2013 mir-raba&#8217; sular ta\u010b-\u010aentru Nazzjonali tal-Labour u li llum wasal f&#8217;destinazzjoni differenti wara li politikament inqala&#8217; &#8216;l barra Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Meta Joseph Muscat kien \u0127a r-riedni f&#8217;idejh, il-partit tieg\u0127u ma kienx fdat, kien i\u017colat u ma kellux sold fuqhiex ja\u0127lef. In-negozjanti, anki dawk li tradizzjonalment kienu jappo\u0121\u0121jaw lil tal-Labour, kienu ilhom jilmentaw is-snin dwar il-politika anti-Ewropea tal-partit. Dak i\u017c-\u017cmien, dawk li kienu kontra l-Unjoni Ewropea kien meqjusa b\u0127ala li huma kontra n-negozjanti, kontra t-tkabbir ekonomiku u sa\u0127ansitra kontra l-futur.<\/p>\n<p>Fl-2008 bosta kienu dawk li ma setg\u0127ux jifhmu kif il-Partit Laburista ma kellux il-\u0127ila joffri alternattiva vijabbli g\u0127all-PN li kien ilu fil-gvern &#8211; \u0127lief g\u0127al 22 xahar &#8211; mill-1987.<\/p>\n<p>Kien Joseph Muscat li pprovda l-alternattiva u, talli g\u0127amel dan, mela l-karus tal-partit bil-flus bis-sa\u0127\u0127a tal-weg\u0127diet li kien g\u0127amel. Il-Partit Laburista litterlment beda&#8217; jg\u0127um fil-liri bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; dawn il-weg\u0127diet.<\/p>\n<p>Weg\u0127diet li spi\u010b\u010baw li g\u0127amlu \u0127sara kbira lill-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Joseph Muscat kien wiret pajji\u017c normali li kien rispettat mad-dinja kollha u li kien qed ji\u0121bed l-investiment. Lil Robert Abela, Sandro Chetcuti qallu li l-pajji\u017c tant g\u0127andu reputazzjoni \u0127a\u017cina li qed inaffar l-investiment sa\u0127ansitra anki dak fl-industrija tal-bini.<\/p>\n<p>Grazzi g\u0127all-\u0127sara li saret lill-pajji\u017c, dawk li issa qed jisg\u0127obbihom li taw l-appo\u0121\u0121 tag\u0127hom lil Joseph Muscat qed jinteb\u0127u li mhux lakemm jin\u0127allu minn mar-rabtiet Fawstjani li kienu \u0127olqu fl-2013 mal-Partit Laburista.<\/p>\n<p>Tal-Labour qed jg\u0127umu fil-liri. Tal-PN jinsabu f&#8217;xifer il-falliment. U n-negozjanti jafu li l-iffinanzjar ta&#8217; partit fallut ma jag\u0127milx sens.<\/p>\n<p>Issa ninsabu fi stadju li fih qed tibqa&#8217; tirrenja oligarkija ta&#8217; rg\u0127iba korrotti li tinsab f&#8217;po\u017cizzjoni li tiggarantixxi s-setg\u0127a perpetwa tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Dan m&#8217;huwiex sewwa. Fil-Parlament, tal-Labour qed ig\u0127idu li l-problemi finanzjarji tal-PN m&#8217;g\u0127andhomx isiru problema tal-PL jew tal-gvern. Din m&#8217;hi xejn \u0127lief sku\u017ca. In-nies bil-mod il-mod qieg\u0127da tifhem li s-sitwazzjoni tal-korruzzjoni u tar-rabtiet bejn il-politika u n-negozju ma tistax tibqa&#8217; dik li hi. I\u017cda tal-Labour mid-dehra jridu jibqg\u0127u i\u0127arsu l-interessi tal-korrotti li m&#8217;humiex interessati fir-riformi g\u0127ax ma jkunx jaqblilhom.<\/p>\n<p>Kull rivoluzzjoni taf i\u0121\u0121ib flimkien lil dawk li mhux dejjem jaraw g\u0127ajn m&#8217;g\u0127ajn. U Sandro Chetcuti qed ig\u0127id li huwa lest li jid\u0127lilha.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>&nbsp; Il-kummenti li g\u0127adda Sandro Chetcuti tal-g\u0127aqda tal-i\u017cviluppaturi xi \u0121ranet ilu m&#8217;g\u0127andhomx jibqg\u0127u bla twe\u0121iba. Waqt \u017cjara li g\u0127amel Robert Abela, dan tkellem formalment dwar l-appo\u0121\u0121 li l-g\u0127aqda tieg\u0127u qed tag\u0127ti lill-kampanja li tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili qed jag\u0127mlu biex ma ji\u0121ix permess il-finanzjament privat tal-partiti politi\u010bi. Tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili isibu ru\u0127\u0127om kwa\u017ci dejjem f&#8217;konfront mal-i\u017cviluppaturi f&#8217;kull dibattitu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":86585,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/86588\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=86588"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/86588\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":86594,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/86588\/revisions\/86594\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/86585\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=86588"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=86588"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=86588"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}