{"id":86689,"date":"2020-01-29T15:02:55","date_gmt":"2020-01-29T14:02:55","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=86689"},"modified":"2020-01-29T17:40:08","modified_gmt":"2020-01-29T16:40:08","slug":"mhemmx-lok-qalilna","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/01\/mhemmx-lok-qalilna\/","title":{"rendered":"M&#8217;hemmx lok, qalilna"},"content":{"rendered":"<p>M&#8217;huwiex xog\u0127ol il-<a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/wednesdays-protest-unnecessary-out-of-place-robert-abela.767002\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">prim ministru ta&#8217; gvern demokratiku li jg\u0127idilna protesta hemmx lokha jew le<\/a>. Din hi l-kwistjoni ewlenija ta&#8217; battalja importanti li f&#8217;dan il-pajji\u017c ilha ti\u0121i mi\u0121\u0121ielda g\u0127al xi \u017cmien twil u li g\u0127adha g\u0127addejja sal-lum. Din hi battalja f&#8217;gwerra favur il-libert\u00e0 tal-kelma.<\/p>\n<p>Jidher li g\u0127adna ma fhimniex sewwa fuq liema sisien tistrie\u0127 il-\u0127ajja demokratika.<\/p>\n<p>Il-prim ministru je\u0127tie\u0121 jifhem li l-uni\u010bi protesti li vallapena jsiru huma dawk li ma jkunu jog\u0127\u0121bu\u0127 xejn. Dawk il-protesti li huma approvati minn dawk li g\u0127andhom is-setg\u0127a f&#8217;idejhom ma jkunu protesti xejn, i\u017cda jkunu biss wirja tas-setg\u0127a u tal-influwenza tal-istat.<\/p>\n<p>Il-protesti fis-sens demokratiku tal-kelma huma wirja ta&#8217; di\u017capprovazzjoni fil-konfront tal-politika tal-gvern u jse\u0127\u0127u f&#8217;konfront dirett mal-gvern.<\/p>\n<p>G\u0127alhekk meta jse\u0127\u0127u l-protesti, dawn ise\u0127\u0127u meta l-prim ministri ma jkunux kuntenti bihom. Il-fehmiet tal-prim ministri j\u0121orru mag\u0127hom influwenza kbira. Is-setg\u0127at tag\u0127hom skont il-li\u0121i kif ukoll l-influwenza kbira li g\u0127andhom ji\u017cbqu dawk ta&#8217; \u0127addie\u0127or. Madankollu dawn is-setg\u0127at ma jinkludux dawk li jidde\u010biedu meta u fejn g\u0127andhom jissejj\u0127u l-protesti.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant mhux importanti x&#8217;jidhirlu Robert Abela dwar il-protesta li se ssir il-lejla u l-kritika tieg\u0127u ma kienx hemm lokha g\u0127aliex hi forma ta&#8217; ind\u0127il fuq l-e\u017cer\u010bizzju tad-drittijiet fundamentali tal-asso\u010bjazzjoni u tal-espressjoni. Il-prim ministru ma jkunx qed i\u0127ares il-libert\u00e0 tal-kelma bil-fatt li joqg\u0127od lura milli jibg\u0127at pulizija armati bil-gass tad-dmug\u0127 jew bil-pompi tal-ilma. Jew g\u0127ax jistqarr li se jippermetti l-protesti. M&#8217;hemmx lok li hu stess joqg\u0127od jitkellem dwar il-protesta nnifisha.<\/p>\n<p>Xog\u0127olu hu biss li jitkellem dwar is-su\u0121\u0121ett tal-protesta u mhux dwar dak li seta&#8217; qanqalha. Per e\u017cempju, dwar x&#8217;bi \u0127siebu jag\u0127mel dwar it-talbiet tad-dimostranti. U jekk m&#8217;hu bi \u0127siebu li jag\u0127mel xejn dwar it-talbiet tag\u0127hom, ig\u0127id g\u0127aliex.<\/p>\n<p>Li kieku ried, Robert Abela seta&#8217; wie\u0121eb lill-\u0121urnalist li talbuh jikkummenta dwar il-protesta tal-lejla billi spjega kif u g\u0127aliex kien \u0127atar lil Konrad Mizzi biex imexxi delegazzjoni g\u0127all-OSCE. Li kieku ried, seta&#8217; spjega x&#8217;ser ikunu l-konsegwenzi g\u0127al dawk tal-awtorit\u00e0 tat-turi\u017cmu li ffirmaw il-kuntratt oxxen ma&#8217; Konrad Mizzi. Li kieku ried, seta&#8217; tkellem dwar jekk Konrad Mizzi kienx \u010beda d-drittijiet tal-kumpens ta\u0127t il-kuntratt oxxen li ffirma wara li dan \u0121ie terminat qabel i\u017c-\u017cmien jew dwar jekk il-benefi\u010b\u010bji tat-terminazzjoni tal-impjieg ta&#8217; Konrad Mizzi kienux \u0121ew iritrati.<\/p>\n<p>Li kieku ried, seta&#8217; spjega jekk it-tne\u0127\u0127ija ta&#8217; Konrad Mizzi u ta&#8217; Joseph Muscat hix qed ti\u0121i diskussa mill-grupp parlamentari.<\/p>\n<p>Robert Abela g\u0127andu kull dritt li ma jaqbilx ma dak kollu li qed nitolbu. I\u017cda mhux xog\u0127lu li jg\u0127idilna kif u meta g\u0127andna ne\u017cer\u010bitaw id-drittijiet tag\u0127na li nipprotestaw.<\/p>\n<p>U\u0127ud li kienu pprotestaw mag\u0127na f&#8217;Di\u010bembru li g\u0127adda jidhrilhom li hi \u0127a\u0121a &#8220;stupida&#8221; li nipprotestaw illum. Dawn huma tal-fehma li g\u0127andna nistennew sakemm il-gvern ji\u017cbalja u li dan hu gvern \u0121did li je\u0127tie\u0121 li jing\u0127ata \u017c-\u017cmien biex isib saqajh. Skont dawn, g\u0127adu kmieni wisq biex ng\u0127addu \u0121udizzju fuq il-gvern. Qed jag\u0127mlu argument tattiku.<\/p>\n<p>Wara kollox, din kienet ir-ra\u0121uni l-g\u0127ala kien hemm bosta li kienu naqsu li jissie\u0127bu fil-protesti g\u0127al 25 xahar s\u0127a\u0127 wara li nqatlet Daphne. Dawn huma l-istess nies li kienu jsemmu l-fatt li l-a\u0127wa Degiorgio kienu \u0121ew arrestati, li kienu jirrepetu l-propaganda tal-gvern li &#8220;l-istituzzjonijiet qed ja\u0127dmu&#8221; u li \u017c-\u017cejt kien ser jitla&#8217; f&#8217;wi\u010b\u010b l-ilma mhux min\u0127abba l-isforzi ta&#8217; dawk li kienu qed jipprotestaw.<\/p>\n<p>U\u0127ud minna &#8211; jista&#8217; jkun &#8220;b&#8217;mod stupidu&#8221; &#8211;\u00a0 ma ridux li joqg\u0127odu jistennew. I\u017cda malajr beda&#8217; jidher li l-gvern ma kienx interessat fil-verit\u00e0. Il-verit\u00e0 kien aktar mo\u0127\u0127u biex jostorha.<\/p>\n<p>Robert Abela m&#8217;huwiex xi messija li waqa&#8217; mis-sema. Hu wkoll kien stenna g\u0127al 25 xahar ming\u0127ajr ma insista li to\u0127ro\u0121 il-verit\u00e0 u ssir il-\u0121ustizzja. Sa\u0127ansitra anki meta bdiet \u0127ier\u0121a l-verit\u00e0, huwa qatt ma kkundanna lil Joseph Muscat jew lil Konrad Mizzi. G\u0127amel bil-maqlub u sal-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet kien g\u0127adu qed jiltaqa&#8217; ma&#8217; Joseph Muscat u ja\u0127tar lil Konrad Mizzi biex imexxi delegazzjonijiet diplomati\u010bi.<\/p>\n<p>Din hi appuntu r-ra\u0121uni l-g\u0127ala g\u0127andna nipprotestaw illum. Tattikament tista&#8217; titqies b\u0127ala de\u010bi\u017cjoni &#8220;stupida&#8221; g\u0127aliex bosta huma dawk li g\u0127adha ma \u0127akmithomx ir-rabja li g\u0127andna a\u0127na b\u0127alissa.<\/p>\n<p>Il-protesti x&#8217;aktarx huma rappre\u017centattivi ta&#8217; fehmiet minoritarji. Li kieku kienu rappre\u017centattivi ta&#8217; fehmiet ma\u0121\u0121oritarji, kienu jkunu espressi f&#8217;kampanja elettorali u aktar tard implimentati b\u0127ala politika uffi\u010bjali. Il-protesti jkunu me\u0127tie\u0121a meta l-minoranza tkun trid twassal messa\u0121\u0121.<\/p>\n<p>Tabil\u0127aqq, xi drabi messa\u0121\u0121 jaf jitwassal a\u0127jar minn persuna wa\u0127da li tkun qed tipprotesta we\u0127idha milli mill-folol isteri\u010bi jxejru l-bnadar li l-partiti politi\u010bi xi drabi jafu ji\u0121bru fil-pjazez.<\/p>\n<p>Illum il-mafkar ta&#8217; quddiem il-bini tal-qorti \u0121ie vandalizzat g\u0127al darb&#8217;o\u0127ra. Il-protesta m&#8217;hix dwar min huma s-sidien tal-mafkar. I\u017cda hi espressjoni ta&#8217; minoranza li qed tipprotesta. Il-mafkar je\u017cisti appuntu g\u0127aliex il-gvern ma japprovax l-e\u017cistenza tieg\u0127u u g\u0127aliex il-ma\u0121\u0121oranza ma taqbilx mas-su\u0121\u0121ett tal-protesti.<\/p>\n<p>Il-libert\u00e0 tal-kelma m&#8217;hix qed tinftiehem mhux biss fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-protesti kontra l-korruzzjoni u favur il-\u0121ustizzja g\u0127al Daphne.<\/p>\n<p>Ikkunsidraw il-kwistjoni ri\u010benti dwar il-karru tal-karnival li bih kien hemm min ried li jiddie\u0127ak bl-Ar\u010bisqof dwar l-abbu\u017ci kontra t-tfal fl-istituzzjonijiet mmexxijin mill-Knisja. Jien, b\u0127al bosta o\u0127rajn, deherli li\u00a0 \u010b-&#8220;\u010bajta&#8221; kienet wa\u0127da vojta, in\u0121usta u &#8211; x&#8217;aktarx &#8211; libellu\u017ca.<\/p>\n<p>L-Ar\u010bisqof kellu kull dritt li jg\u0127id li ma kienx kuntent b&#8217;dak li kien qed jin\u0127ema&#8217; u l-kelliem tieg\u0127u kellu kull dritt ig\u0127id li l-Ar\u010biqof kien qed jikkunsidra li j\u0127arrek fil-qorti li min g\u0127amel il-karru. Kull min g\u0127andu ftit tas-sens mo\u0127\u0127u kien jistenna&#8217; reazzjoni b\u0127al din u g\u0127andu jifhimha wkoll.<\/p>\n<p>I\u017cda ma kienx xog\u0127ol il-ministru \u2013 f&#8217;dan il-ka\u017c, Jos\u00e8 Herrera \u2013 li jinda\u0127al biex jitwarrab il-karru tal-karnival. L-istat m&#8217;g\u0127andu qatt jag\u0127milha tal-\u0121udikant dwar fehmiet anki meta jkun hemm qbil \u0121enerali dwar kemm huma fqar dawk il-fehmiet. L-istat g\u0127andu jinda\u0127al biss biex jit\u0127arsu l-fehmiet li hu stess jista&#8217; ma jaqbilx mag\u0127hom.<\/p>\n<p>Forsi wie\u0127ed jista&#8217; jargumenta li l-ministru g\u0127amel sewwa li nda\u0127al u dan peress li l-karnival qed ji\u0121i organizzat minn entit\u00e0 tal-istat. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, \u0127a\u0121a b\u0127al din taf tnibbet diversi mistoqsijiet. I\u017cda anki jekk huwa me\u0127tie\u0121 li l-istat jorganizza attivitajiet kulturali, m&#8217;g\u0127andu qatt jinda\u0127al dwar il-kontenut tal-attivitajiet. .<\/p>\n<p>X&#8217;g\u0127andu x&#8217;jaqsam dan kollu ma&#8217; dak li stqarr Robert Abela dwar il-protesta tal-lejla?<\/p>\n<p>Xi kultant ninsew li d-drittijiet fundamentali tag\u0127na je\u0127tie\u0121 li n\u0127arsuhom kuljum. Meta nag\u0127tu l-appo\u0121\u0121 tag\u0127na lil ministru tal-gvern li jkun ordna t-twarrib ta&#8217; karru tal-karnival li ma nkunux qbilna mas-su\u0121\u0121ett tieg\u0127u, nkunu qed nag\u0127tu s-setg\u0127a lill-ministru li ji\u010b\u010bensura dak kollu li ma jdoqqilniex.<\/p>\n<p>Dan kien appuntu l-i\u017cball demokratiku ta&#8217; dawk il-partitarji kollha ta&#8217; Owen Bonnici li kienu \u0127e\u0121\u0121ewh ji\u010b\u010bensura l-protesta dwar Daphne. Dawn ma jafux li d-dritt ewlieni huwa dak tal-libert\u00e0 tal-kelma u li jekk titne\u0127\u0127a din il-libert\u00e0, tkun qed titne\u0127\u0127a g\u0127alihom ukoll.<\/p>\n<p>U l-libert\u00e0 tal-kelma &#8211; e\u017catt b\u0127al-libert\u00e0 tal-asso\u010bjazzjoni &#8211; ikun fiha skop jekk iddejjaq lil \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>G\u0127alhekk, Sur Robert Abela, m&#8217;hix affarik biex tg\u0127idilna kif u meta g\u0127andna nipprotestaw.<\/p>\n<p>Jog\u0127\u0121bok jew ma jog\u0127\u0121bokx, bi \u0127siebna nipprotestaw xorta wa\u0127da.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>M&#8217;huwiex xog\u0127ol il-prim ministru ta&#8217; gvern demokratiku li jg\u0127idilna protesta hemmx lokha jew le. Din hi l-kwistjoni ewlenija ta&#8217; battalja importanti li f&#8217;dan il-pajji\u017c ilha ti\u0121i mi\u0121\u0121ielda g\u0127al xi \u017cmien twil u li g\u0127adha g\u0127addejja sal-lum. Din hi battalja f&#8217;gwerra favur il-libert\u00e0 tal-kelma. Jidher li g\u0127adna ma fhimniex sewwa fuq liema sisien tistrie\u0127 il-\u0127ajja demokratika. [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":86686,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/86689\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=86689"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/86689\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":86693,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/86689\/revisions\/86693\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/86686\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=86689"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=86689"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=86689"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}