{"id":86924,"date":"2020-01-31T13:29:20","date_gmt":"2020-01-31T12:29:20","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=86924"},"modified":"2020-01-31T23:59:08","modified_gmt":"2020-01-31T22:59:08","slug":"owen-bonnici-kif-ghadu-ma-xebghax-jigdeb","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/01\/owen-bonnici-kif-ghadu-ma-xebghax-jigdeb\/","title":{"rendered":"Owen Bonnici kif g\u0127adu ma xebg\u0127ax jigdeb?"},"content":{"rendered":"<p><i>Xandart din l-istqarrija wara li segwejt il-kummenti li ta Owen Bonnici lill-\u0121urnalisti. Dan il-link iwassalkom g\u0127ar-rapport tat-Times of Malta.<\/i><\/p>\n<p><i><\/i><img class=\"size-full wp-image-86905 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/OyKbp9Gb_400x400.jpg\" alt=\"\" width=\"400\" height=\"400\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/OyKbp9Gb_400x400-66x66.jpg 66w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/OyKbp9Gb_400x400-150x150.jpg 150w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/OyKbp9Gb_400x400-200x200.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/OyKbp9Gb_400x400-300x300.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/01\/OyKbp9Gb_400x400.jpg 400w\" sizes=\"(max-width: 400px) 100vw, 400px\" \/><\/p>\n<p>Illum Owen Bonnici kellem lill-\u0121urnalisti u qalilhom li l-im\u0121ieba tieg\u0127u &#8220;kienet wa\u0127da li hi skont il-li\u0121i&#8221; fejn g\u0127andu x&#8217;jaqsam is-sit tal-protesta quddiem il-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta. Hu qal dan fil-kuntest tal-fatt li l-Qorti rrakkomandat li dawk li qed jipprotestaw g\u0127andhom joqg\u0127odu attenti li ma jag\u0127mlux \u0127sara lill-mafkar u li, meta kienet inbdiet il-kaw\u017ca g\u0127all-ewwel darba, l-Qorti ma kienitx a\u010b\u010bettat it-talba tieg\u0127i g\u0127all-\u0127ru\u0121 ta&#8217; mandat ta&#8217; inibizzjoni sabiex il-gvern jin\u017camm milli jkompli jne\u0127\u0127i l-fjuri u x-xemg\u0127at sakemm tinqata&#8217; l-kaw\u017ca dwar jekk l-im\u0121ieba ta&#8217; Owen Bonnici kienitx wa\u0127da illegali jew le.<\/p>\n<p>Owen Bonnici naqas li jsemmi l-qofol tas-sentenza tal-Qorti. Il-Qorti qalet li Owen Bonnici personalment kiser id-dritt fundamentali tal-libert\u00e0 tal-kelma. Kemm id-drittijiet tieg\u0127i kif ukoll dawk ta&#8217; kull persuna li g\u0127a\u017clet li tipprotesta, inklu\u017ci l-membri tal-familja ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>L-im\u0121ieba tieg\u0127u \u010bertament ma kienitx skont il-li\u0121i. Fil-fatt il-li\u0121i kisirha. Seta&#8217; \u0127aseb li l-im\u0121ieba tieg\u0127u kienet wa\u0127da &#8220;g\u0127all-\u0121id&#8221;, kif stqarr mal-\u0121urnalisti llum. I\u017cda l-Qorti l-biera\u0127 qaltlu li l-a\u0121ir tieg\u0127u kien illegali u li kien qed ji\u017cra l-firda fost il-poplu.<\/p>\n<p>Meta Owen Bonnici llum stqarr li kien ordna li jitne\u0127\u0127ew il-fjuri u x-xemg\u0127at kuljum minn mal-mafkar biex &#8220;i\u0121ib l-g\u0127aqda fil-pajji\u017c&#8221;, wera&#8217; d-disprezz s\u0127i\u0127 tieg\u0127u lejn il-li\u0121ijiet u lejn id-drittijiet tal-bniedem. U wera&#8217; wkoll id-disprezz tieg\u0127u lejn is-sentenza tal-Qorti li ng\u0127atat il-biera\u0127 li tg\u0127id e\u017catt bil-kontra ta&#8217; dak li stqarr hu.<\/p>\n<p>L-isku\u017ca ta&#8217; Owen Bonnici (li tlissnet il-biera\u0127 minn Robert Abela) li s-sentenza tal-Qorti hi prova li &#8220;l-istituzzjonijiet qieg\u0127din ja\u0127dmu kif suppost&#8221;, m&#8217;hix a\u010b\u010bettabbli. G\u0127amel b\u0127al dak il-\u0127alliel li jg\u0127idlek li ma jkun \u0121ara&#8217; xejn jekk jisirqek g\u0127ax dejjem hemm il-qrati li jistg\u0127u jsibuh \u0127ati.<\/p>\n<p>Hawn m&#8217;a\u0127niex nittrattaw dwar gvern li jsegwi l-li\u0121ijiet i\u017cda dwar qorti li ddikjarat li Owen Bonnici kien kisirhom. Hawn qed nittrattaw dwar il-fatt li Owen Bonnici ma messux kiser id-drittijiet fundamentali tag\u0127na meta kien jaf x&#8217;tipprovdi l-li\u0121i dwar il-libert\u00e0 tal-kelma u wara li kien ing\u0127ata pariri fuq pariri mill-ewroparlamentari, mill-Kunsill tal-Ewropa, mill-\u0121urnalisti, mill-g\u0127aqdiet tal-libert\u00e0 tal-kelma u minn dawk li kienu qed jipprotestaw li kien qed jikser il-li\u0121i.<\/p>\n<p>Madankollu, huwa xorta wa\u0127da baqa&#8217; jippersisti li, bil-barka tal-kabinett, jibqa&#8217; jo\u0127noq id-drittijiet tag\u0127na.<\/p>\n<p>Hemm xi \u0127a\u0121a pjuttost stramba f&#8217;dak li stqarr il-biera\u0127 Robert Abela dwar id-de\u010bi\u017cjoni tieg\u0127u li jara li l-protesti tag\u0127na ma jibqg\u0127ux ji\u0121u ma\u0127nuqa. Huwa qal li \u201ckien xamm bil-quddiem kif kienet ser tinqata&#8217; l-kaw\u017ca\u201d. Kif seta&#8217; kien jaf kien kienet ser tinqata&#8217; s-sentenza mill-im\u0127allef? Tg\u0127id kien hemm xi \u0127add mill-uffi\u010b\u010bju tal-im\u0127allef li kien g\u0127adda informazzjoni lill-prim ministru? Jew inkella Robert Abela kien jaf mill-bidu nett li l-gvern ma kellux tama li jirba\u0127 il-kaw\u017ca g\u0127aliex kien jaf li, bl-im\u0121ieba tieg\u0127u, Owen Bonnici kien qed jikser il-li\u0121i? Allura jekk dan kien il-\u0127sieb tieg\u0127u u li kien basar li a\u0127na konna ser nirb\u0127u l-kaw\u017ca, x&#8217;inhi r-ra\u0121uni li lil Owen Bonnici baqa&#8217; ma ke\u010b\u010bie\u0127x?<\/p>\n<p>Is-sentenza tal-qorti tal-biera\u0127 dwar id-drittijiet tal-bniedem ma kienitx wa\u0127da minn tas-soltu li fiha individwu jirnexxielu jipperswadi lill-qorti li xi li\u0121i tal-pajji\u017c tkun qed tikser id-drittijiet tal-bniedem jew g\u0127aliex xi uffi\u010bjal tal-gvern ikun \u0127addem il-li\u0121ijiet b&#8217;mod in\u0121ust u bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem.<\/p>\n<p>F&#8217;dan il-ka\u017c, il-qorti g\u0127arblet id-de\u010bi\u017cjoni ta&#8217; Owen Bonnici li permezz tag\u0127ha applika d-diskrezzjoni tieg\u0127u u ordna lill-\u0127addiema li jaqg\u0127u ta\u0127tu biex kuljum ine\u0127\u0127u u jarmu fjuri u xemg\u0127at imqieg\u0127din mal-mafkar minn dawk li kienu qed jipprotestaw.<\/p>\n<p>Owen Bonnici kien qal li din id-de\u010bi\u017cjoni kienet wa\u0127da &#8220;kolle\u0121\u0121jali&#8221; tal-kabinett. Madankollu, dan ma jfissirx li d-de\u010bi\u017cjoni kienet wa\u0127da legali jew sku\u017cabbli. Kif tg\u0127allimna mill-\u0121urijiet ta&#8217; Nuremberg, ordnijiet ma\u0127ru\u0121in mis-superjuri mhumiex sku\u017cabbli jekk dawn jiksru l-li\u0121i. Fi kwalunkwe ka\u017c, fil-qorti Owen Bonnici assuma r-responsabbilt\u00e0 g\u0127al dawn id-de\u010bi\u017cjonijiet u sa\u0127ansitra kien hemm xhieda li xehdu li dawn l-ordnijiet kienu \u0121ew direttament ming\u0127andu.<\/p>\n<p>Ma jistax ig\u0127id li kien deherlu li d-de\u010bi\u017cjoni li \u0127a kienet wa\u0127da g\u0127all-\u0121id u fl-istess nifs ifarfar ir-responsabbilt\u00e0 bl-isku\u017ca li kien qed ja\u0121ixxi fuq ordnijiet tal-kabinett.<\/p>\n<p>Din hi ra\u0121uni o\u0127ra il-g\u0127ala Owen Bonnici g\u0127andu jwarrab. Waqt li g\u0127adu fil-kariga jista&#8217; jibqa&#8217; jag\u0127mel tabirru\u0127u li \u0121ab ru\u0127u sewwa u li g\u0127alhekk m&#8217;g\u0127andux ibati konsegwenzi. Hu u jlissen diskors b\u0127al dan, x&#8217;aktarx g\u0127ad jirrepetu ru\u0127\u0127om l-illegalitajiet li kien ordna hu. Jekk il-gvern jidhirlu li Owen Bonnici ma kien g\u0127amel xejn \u0127a\u017cin meta \u010b\u010bensura b&#8217;mod goff il-protesti tag\u0127na, hu minn ewl id-dinja li l-gvern jemmen li jista&#8217; jaqbad u ji\u010b\u010bensura b&#8217;mod goff kull protesta li ma jkunx jaqbel mag\u0127ha.<\/p>\n<p>Matul l-ewwel \u0121img\u0127a tieg\u0127u b\u0127ala prim ministru, Robert Abela qal li l-governanza tajba kien bi \u0127siebu jag\u0127tiha prijorit\u00e0 u re\u0121\u0121a&#8217; lura de\u010bi\u017cjonijiet li kien \u0127a malli &#8220;nteba\u0127&#8221; li ma kienx le\u0127aq il-livelli mixtieqa ta&#8217; governanza. Jew g\u0127allinqas b&#8217;dan il-mod espriema ru\u0127u. Fil-fatt, huwa g\u0127amel gabirjola dwar il-\u0127atra ta&#8217; Konrad Mizzi meta sa\u0127ansitra s\u0127abu stess spi\u010b\u010baw biex g\u0127amlulu plejtu s\u0127i\u0127.<\/p>\n<p>Robert Abela dde\u010bieda li j\u017comm f&#8217;postu ministru li \u0121ie umiljat mill-Qorti Kostituzzjonali. L-im\u0121ieba ta&#8217; dan il-ministru ssej\u0127et mill-qorti b\u0127ala wa\u0127da \u201csurreali\u201d, \u201cdivisiva\u201d, \u201cpiku\u017ca\u201d u \u201cassurda\u201d u wa\u0127da li kienet tikser id-dritt fundamentali tal-libert\u00e0 tal-kelma.<\/p>\n<p>Owen Bonnici issa qed ig\u0127idilna li m&#8217;g\u0127andniex g\u0127alfejn noqg\u0127odu ninkwietaw g\u0127aliex l-istituzzjonijiet indipendenti g\u0127andhom id-dritt li juruh fejn ikun \u017cbalja. U madankollu, meta dawn l-istituzzjonijiet juruh bl-i\u017cbalji li jkun wettaq, huwa jibqa&#8217; jinsisti li ma kienx \u017cbalja.<\/p>\n<p>Owen Bonnici g\u0127andu jwarrab.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Xandart din l-istqarrija wara li segwejt il-kummenti li ta Owen Bonnici lill-\u0121urnalisti. Dan il-link iwassalkom g\u0127ar-rapport tat-Times of Malta. Illum Owen Bonnici kellem lill-\u0121urnalisti u qalilhom li l-im\u0121ieba tieg\u0127u &#8220;kienet wa\u0127da li hi skont il-li\u0121i&#8221; fejn g\u0127andu x&#8217;jaqsam is-sit tal-protesta quddiem il-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta. Hu qal dan fil-kuntest tal-fatt li l-Qorti rrakkomandat li dawk [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":86906,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/86924\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=86924"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/86924\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":86930,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/86924\/revisions\/86930\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/86906\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=86924"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=86924"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=86924"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}