{"id":8694,"date":"2018-07-09T18:05:46","date_gmt":"2018-07-09T16:05:46","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=8694"},"modified":"2018-07-12T07:39:27","modified_gmt":"2018-07-12T05:39:27","slug":"xandir-biex-ighatti-l-ixtur","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/07\/xandir-biex-ighatti-l-ixtur\/","title":{"rendered":"Xandir biex ig\u0127atti l-ixtur"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"http:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2018-07-09\/newspaper-leader\/TMID-Editorial-PN-media-Journalism-vs-propaganda-6736193162\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Dan huwa l-editorjal ta&#8217; <em>The Malta Independent<\/em> li jesprimi di\u017cappunt bir-rappurta\u0121\u0121 tal-mezzi tax-xandir tal-PN<\/a>.<\/p>\n<p>Il-\u0121urnali jipparaguna dan ir-rappurta\u0121\u0121 mal-propaganda ta&#8217; \u017cmien il-komuni\u017cmu fir-Russja u dan il-paragun \u010bertament ma sarx b&#8217;tif\u0127ir. Il-PN issa ilu g\u0127al bosta snin sid tal-mezzi tax-xandir tieg\u0127u. Il-\u0121urnali tieg\u0127u huma meqjusa b\u0127ala l-le\u0127en tal-partit u dejjem servew biex iwasslu l-fehma tal-partit lin-nies.<\/p>\n<p>Aktar tard il-partit feta\u0127 stazzjon tar-radju &#8211; issa b&#8217;isem \u0121did wara li g\u0127al tletin sena s\u0127a\u0127 kien mag\u0127ruf b\u0127ala Radio 101 &#8211; u eventwalment feta\u0127 ukoll stazzjon tat-televi\u017cjoni. Dawn il-mezzi tax-xandir, g\u0127alkemm parti\u0121\u0121jani u neqsin ta&#8217; o\u0121\u0121ettivit\u00e0, kien hemm okka\u017cjonijiet fejn kienu kreattivi, ori\u0121inali u perseveranti kemm setg\u0127u fil-kritika tag\u0127hom diretta lejn il-mexxejja tal-Partit Laburista.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8675\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/5257908_radio101logo_128109272640x360b-1-1.jpg\" alt=\"\" width=\"466\" height=\"118\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/5257908_radio101logo_128109272640x360b-1-1-300x76.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/5257908_radio101logo_128109272640x360b-1-1.jpg 466w\" sizes=\"(max-width: 466px) 100vw, 466px\" \/><\/p>\n<p>Allura, ng\u0127id jien, <em>The Malta Independent<\/em> g\u0127aliex proprju issa qieg\u0127ed i\u0127oss li l-\u0121urnali\u017cmu tal-PN &#8211; jekk wie\u0127ed jista&#8217; jsejja\u0127lu hekk &#8211; \u0127aqqu salt kritika? X&#8217;aktarx li wie\u0127ed jista&#8217; jg\u0127id li <em>The<\/em> <em>Malta Independent<\/em> jidhirlu li issa dawn qed jesa\u0121eraw. Nista&#8217; nsemmi l-kwalit\u00e0 baxxa ta&#8217; rappurta\u0121\u0121, l-istejjer imxandra ma ji\u0121ux mg\u0127arbla sew u l-adorazzjoni bla qies u tal-mist\u0127ija tal-kbir mexxej.<\/p>\n<p>Il-paragun mal-propaganda komunista huwa reali g\u0127aliex tul il-medda ta\u017c-\u017cmien in-nies kwa\u017ci bdiet tixba&#8217; twaqqa&#8217; g\u0127a\u017c-\u017cuffjett il-kontenut tal-a\u0127barijiet uffi\u010bjali tal-istat Sovjetiku. Il-qarrejja, injorati kif inhuma mill-\u0121urnalisti, \u0127afna drabi huma kapa\u010bi li jiflu l-fatti mill-propaganda.<\/p>\n<p>Ejjew nie\u0127du r-rappurta\u0121\u0121 dwar il-feriment b&#8217;sikkina ta&#8217; Hugo Chetcuti. Bla dubju l-\u0121urnalisti ta&#8217; <em>Net TV<\/em>, li rrappurtaw din l-istorja b\u0127allikieku kien attentat fuq xi isqof, jafu aktar mill-qarrejja tag\u0127hom dwar min hu Hugo Chetcuti. Jew g\u0127allinqas suppost g\u0127andhom jafu aktar. Hi \u0127a\u0121a minn ewl id-dinja li j\u0127ossuhom skomdi jit\u0127addtu dwar affarijiet li ma jkunux kapa\u010bi li jippruvaw. I\u017cda m&#8217;g\u0127andhomx i\u0127ossuhom skomdi li jit\u0127addtu dwar is-sewwa mag\u0127ruf dwar Hugo Chetcuti.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8676\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/27892315_1963160400565168_3510082148872749056_n.jpg\" alt=\"\" width=\"932\" height=\"1159\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/27892315_1963160400565168_3510082148872749056_n-217x270.jpg 217w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/27892315_1963160400565168_3510082148872749056_n-241x300.jpg 241w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/27892315_1963160400565168_3510082148872749056_n-768x955.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/27892315_1963160400565168_3510082148872749056_n.jpg 823w\" sizes=\"(max-width: 932px) 100vw, 932px\" \/><\/p>\n<p>L-ironija hi li meta partit ikun sid ta&#8217; mezzi tax-xandir, ikun qed jilg\u0127ab b&#8217;sikkina b&#8217;\u017cew\u0121t ixfafar. Partit li jkun sid tal-mezzi tax-xandir tieg\u0127u ikollu pi\u017c x&#8217;jerfa&#8217; u wie\u0127ed ikollu dejjem jassumi li l-linja editorjali ta&#8217; dawn il-mezzi hi identika mal-fehmiet tal-partit.<\/p>\n<p>Il-PN imissu jaf li Hugo Chetcuti huwa persuna li jkun ferm g\u0127aqli jekk wie\u0127ed i\u017comm kemmxejn &#8216;il bog\u0127od minnu. Diskorsi ta&#8217; tif\u0127ir u ta&#8217; adulazzjoni jibqg\u0127u \u017cejda u inopportuni.<\/p>\n<p>Il-punt ba\u017ciku hu li l-partiti politi\u010bi m&#8217;g\u0127andhomx ikunu sidien tal-mezzi tax-xandir tag\u0127hom. Xog\u0127ol il-politiku u dak tax-xandar huma differenti u m&#8217;g\u0127andhomx jit\u0127alltu b\u0127alma huma m\u0127alltin f&#8217;Malta. G\u0127ax inkella dawn il-mezzi jservu biss biex iqarrqu u jimmanipulaw.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dan huwa l-editorjal ta&#8217; The Malta Independent li jesprimi di\u017cappunt bir-rappurta\u0121\u0121 tal-mezzi tax-xandir tal-PN. Il-\u0121urnali jipparaguna dan ir-rappurta\u0121\u0121 mal-propaganda ta&#8217; \u017cmien il-komuni\u017cmu fir-Russja u dan il-paragun \u010bertament ma sarx b&#8217;tif\u0127ir. Il-PN issa ilu g\u0127al bosta snin sid tal-mezzi tax-xandir tieg\u0127u. Il-\u0121urnali tieg\u0127u huma meqjusa b\u0127ala l-le\u0127en tal-partit u dejjem servew biex iwasslu l-fehma tal-partit lin-nies. [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8676,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8694\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=8694"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8694\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":8708,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8694\/revisions\/8708\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8676\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=8694"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=8694"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=8694"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}