{"id":87060,"date":"2020-02-06T14:12:19","date_gmt":"2020-02-06T13:12:19","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=87060"},"modified":"2020-02-06T21:04:19","modified_gmt":"2020-02-06T20:04:19","slug":"it-torri-qed-jiggarraf","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/02\/it-torri-qed-jiggarraf\/","title":{"rendered":"It-torri qed ji\u0121\u0121arraf"},"content":{"rendered":"<p>F&#8217;Novembru li g\u0127adda t-tmexxija tal-Partit Laburista kellha problema f&#8217;\u0127o\u0121orha. Il-mexxej tal-partit kien popolari \u0127afna mal-partitarji tag\u0127hom tant li min fis-sonda\u0121\u0121i kien jistqarr li kien ivvota Labour, kien jistqarr ukoll li jafda lil Joseph Muscat. I\u017cda min\u0127abba l-fatt li Muscat kien \u0121ie implikat f&#8217;<em>cover-up<\/em> dwar qtil li g\u0127al sentejn s\u0127a\u0127 \u0127akem l-a\u0121enda tal-gvern, kien je\u0127tie\u0121 li jwarrab. Il-mexxej tal-partit kien be\u017ca&#8217; li seta&#8217; jitlef il-kontroll fuq id-destin tieg\u0127u. U kellu g\u0127alxiex jirre\u017cisti kull attentat biex tiddabbarlu rasu.<\/p>\n<p>Numru ta&#8217; ministri fil-gvern tieg\u0127u ma \u010bedewlux u qalulu li kellu jwarrab. U meta baqg\u0127u jinsistu, Joseph Muscat spi\u010b\u010ba biex a\u010b\u010betta d-destin li kien innegozja g\u0127alih innifsu bla ma \u0121ie umiljat.<\/p>\n<p>Il-Partit Laburista irnexxielu jo\u0127ro\u0121 mill-ag\u0127ar kri\u017ci fl-istorja politika Maltija permezz ta&#8217; transizzjoni bla skossi li biha sa\u0127\u0127a\u0127 l-appo\u0121\u0121 popolari tieg\u0127u, \u017camm mag\u0127quda t-tmexxija u \u0127are\u0121 aktar b&#8217;sa\u0127\u0127tu mill-istat li kien fih qabel il-kri\u017ci.<\/p>\n<p>Jien m&#8217;g\u0127andi ebda ammirazzjoni g\u0127al tal-Labour. It-transizzjoni bla skossi minnha nnifisha li gidba u m&#8217;hi xejn \u0127lief kollaborazzjoni f&#8217;<em>cover-up<\/em> ta&#8217; korruzzjoni u qtil. L-effika\u010bja tal-<em>blitzkrieg<\/em> wie\u0127ed xorta wa\u0127da jista&#8217; jirrikonoxxiha ming\u0127ajr ma jammira lin-Na\u017cisti. Fl-2019, il-Partit Laburista kien je\u0127tie\u0121lu jdabbar ras il-mexxej tieg\u0127u u rnexxielu jag\u0127mel dan ming\u0127ajr skossi.<\/p>\n<p>Il-Partit Nazzjonalista wkoll jinsab fi kri\u017ci. Il-mexxej tal-PN m&#8217;huwiex imda\u0127\u0127al f&#8217;<em>cover-up<\/em> dwar qtil u erba&#8217; minn kull \u0127ames partitarji jistqarru li m&#8217;g\u0127andhomx fidu\u010bja fih. G\u0127aldaqstant g\u0127andha tkun aktar fa\u010bli g\u0127all-PN li j\u0121ieg\u0127lu jitlaq b&#8217;dinjit\u00e0 u b&#8217;mod li ma jikka\u0121unalux wisq \u0127sara.<\/p>\n<p>Adrian Delia jista&#8217; g\u0127andu \u0127afna affarijiet li dwarhom hu me\u0127tie\u0121 li jwie\u0121eb. I\u017cda m&#8217;g\u0127andux x&#8217;iwie\u0121eb dwar il-korruzzjoni istituzzjonalizzata, dwar l-infiltrazzjoni mafju\u017ca, dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u dwar l-assassinju ta&#8217; \u0121urnalista. G\u0127aldaqstant m&#8217;g\u0127andux ikun daqshekk diffi\u010bli g\u0127alih li jwarrab u li jin\u0127atar floku xi \u0127add ie\u0127or.<\/p>\n<p>U minkejja dan kollu, l-partit tieg\u0127u jinsab g\u0127addej minn maltempata s\u0127i\u0127a li ja\u0127ti g\u0127aliha hu biss. Jew inkella kwa\u017ci hu biss.<\/p>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn l-ittra tar-ri\u017cenja li Robert Arrigo bg\u0127at lill-kollegi tieg\u0127u fil-grupp parlamentari. Qed nirriprodu\u010biha hawn bl-i\u017cbalji tipografi\u010bi b&#8217;kollox, liema ittra hi riflessjoni tal-kalibru intellettwali ta&#8217; dak li sal-biera\u0127 kien wie\u0127ed mill-vi\u010bi kapijiet tal-PN.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-87036 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/robert_arrigo.jpg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"484\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/robert_arrigo-200x142.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/robert_arrigo-300x212.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/robert_arrigo-400x283.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/robert_arrigo-600x425.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/robert_arrigo.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p><em>Hi all<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0<\/em><em>I ride on the leaked letter of therese. Anybody can leak this email. But please state my name as i dont hide under anonymity.<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0<\/em><em>It is clear that the pg agenda was provoked by drip information to certain media.<\/em><\/p>\n<p><em>Headlines saying that claudio grech report has gained ground, without this being shown or discussed at ammiistrativ or ezekutiv, confirms.<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0<\/em><em>I heard pussyfooting of taking a step sideways, forward, or back. Its the language my 4 year granddaughter tells me after her ballet lessons.<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0<\/em><em>For 30 dismal months, the pg has made everybody&#8217;s life miserable. No creation but destruction. Ultimately its a destruction of our party.<\/em><\/p>\n<p><em>Nobody yesterday stood up , raised his\/her hand, and state<\/em><\/p>\n<p><em>I want you out, being 1\/2\/3\/4 persons. We could have repeat the famous , well attended pg confidence meetings.<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0<\/em><em>Therese is now clear. Tmexxija means all of us 4.<\/em><\/p>\n<p><em>Therfore , i am announcing that i will step down from vici kap on the last planned event. The kunsill generali or the maratona, which is the latest.<\/em><\/p>\n<p><em>I do not wish to shadow any subject.<\/em><\/p>\n<p><em>Do continue your boycott of events, as this will acelerate the impossibility of the party to survive.<\/em><\/p>\n<p><em>The foul mouthing of new candidates has already started too . Who else can the party attract?<\/em><\/p>\n<p><em>This , my stopping,is in stark contract to others, who, in the past ran out, escaped ,leaving the party in shambles.<\/em><\/p>\n<p><em>The gurus can move in, as they are talented and not mediocre as was told by claudio .<\/em><\/p>\n<p><em>The aim to oust has now turned to destruction of the party.<\/em><\/p>\n<p><em>I did not vote for adrian. The truth must be said. He is a humane, bright, intelligent person who had a tsunami against him. No wonder other leaders asked\u00a0 him to contest . kunsilli, meps and general.certainly he is slow in deciding on difficult internal issues.<\/em><\/p>\n<p><em>Clyde, so much hours put in .<\/em><\/p>\n<p><em>David has his own way too.<\/em><\/p>\n<p><em>Me, full of defects , ably aided by a crowdfunding mirage.<\/em><\/p>\n<p><em>When you realize we paid up il palazz marbles for madum ordered by j saliba, when broadcasting licences were unpaid for 5 years{177k} . When prs payments never done , when 2008 election bills ignored, u will realize this is the tip of huge uncared of problems.<\/em><\/p>\n<p><em>Hatred is now ingrained. All strata of the party are contaminated.<\/em><\/p>\n<p><em>This pg has never asked the question, hey we are all here, what\u00a0 are we going to do together to better results?<\/em><\/p>\n<p><em>As a creator of ideas, succesful in every sphere of my life, what is see , is totally opposite.<\/em><\/p>\n<p><em>Go ahead, take the party over, and make it work. It is so easy.<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0<\/em><em>So much to say , but wish to restrain myself<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0<\/em><em>Kindly do not call, or answer as my statement here is clear, blunt and readable.<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0<\/em><em>Proud to be pn, and served 26 years from mayor to all sorts of jobs within. Proud to have withstood hatred from gonzi and austin,<\/em><\/p>\n<p><em>Put in the freezer, and kept fresh &#8230;<\/em><em>?<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0<\/em><em>Wish the pretender , good luck<\/em><\/p>\n<p>Robert Arrigo kiteb b&#8217;reazzjoni g\u0127al\u00a0<a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/comodini-cachia-blasts-delias-fake-parallel-reality-unsupported-by.768826\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">ittra li kitbet Therese Comodini Cachia u li xxandret mit-<em>Times of Malta<\/em><\/a>.<\/p>\n<p>L-ittra tieg\u0127u turi li huwa wie\u0127ed minn dawk il-ftit li fehmu d-diffikultajiet finanzjarji kbar li jinsab fihom il-PN i\u017cda hu wie\u0127ed minn bosta li g\u0127adu ma nteba\u0127x li l-partit ma jistax jie\u0127u r-ru\u0127 jekk bilkemm jiftakar l-iskop li g\u0127alih je\u017cisti.<\/p>\n<p>Mhux bi\u017c\u017cejjed li \u201cta\u0127dem kemm tifla\u0127\u201d. Trid tkun taf x&#8217;qed tag\u0127mel u kif bi \u0127siebek tasal g\u0127ad-destinazzjoni tieg\u0127ek.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 ukoll li jkollok il-\u0127ila li tmexxi.<\/p>\n<p>Kristy Debono rri\u017cenjat mill-presidenza tal-kunsill \u0121enerali. Kienet irrifjutat li twarrab meta kienet inqabdet tigdeb dwar id-donazzjoni li talbet ming\u0127and Yorgen Fenech. I\u017cda issa warrbet.<\/p>\n<p>L-alleati ta&#8217; Adrian Delia qed jonqsu bil-minuti.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>F&#8217;Novembru li g\u0127adda t-tmexxija tal-Partit Laburista kellha problema f&#8217;\u0127o\u0121orha. Il-mexxej tal-partit kien popolari \u0127afna mal-partitarji tag\u0127hom tant li min fis-sonda\u0121\u0121i kien jistqarr li kien ivvota Labour, kien jistqarr ukoll li jafda lil Joseph Muscat. I\u017cda min\u0127abba l-fatt li Muscat kien \u0121ie implikat f&#8217;cover-up dwar qtil li g\u0127al sentejn s\u0127a\u0127 \u0127akem l-a\u0121enda tal-gvern, kien je\u0127tie\u0121 li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":87037,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/87060\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=87060"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/87060\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":87062,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/87060\/revisions\/87062\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/87037\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=87060"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=87060"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=87060"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}