{"id":87228,"date":"2020-02-13T09:43:15","date_gmt":"2020-02-13T08:43:15","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=87228"},"modified":"2020-02-13T23:13:48","modified_gmt":"2020-02-13T22:13:48","slug":"l-uniformi-libbsuha-lill-kriminali","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/02\/l-uniformi-libbsuha-lill-kriminali\/","title":{"rendered":"L-uniformi libbsuha lill-kriminali"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"size-full wp-image-87217 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/Walter-Spiteri-eks-Spettur.jpg\" alt=\"\" width=\"600\" height=\"400\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/Walter-Spiteri-eks-Spettur-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/Walter-Spiteri-eks-Spettur-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/Walter-Spiteri-eks-Spettur-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/Walter-Spiteri-eks-Spettur.jpg 600w\" sizes=\"(max-width: 600px) 100vw, 600px\" \/><\/p>\n<p>Minn sonda\u0121\u0121 li kien tnieda fil-\u0127arifa tal-2018, lill-<em>Eurobarometer<\/em> irri\u017cultalu li 68% tal-Maltin g\u0127andhom fidu\u010bja fil-korp tal-pulizija. Il-korp tal-pulizija g\u0127alhekk kien it-tieni istituzzjoni l-aktar fdata (flimkien mal-amministrazzjoni pubblika), fdata sa\u0127ansitra aktar mill-kunsilli lokali (64%), mill-parlament (59%), mill-Unjoni Ewropea (56%) u ferm aktar mill-partiti politi\u010bi (36%), mill-\u0121urnali (32%) u mis-<em>social networks<\/em> elettroni\u010bi (24%). L-armata hi l-unika istituzzjoni li hi aktar fdata mill-pulizija mill-poplu Malti (77%).<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 niftakru li dan is-sonda\u0121\u0121 kien sar inqas minn sena wara l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Sar ukoll diversi snin wara li kien fe\u0121\u0121 l-iskandlu tal-Panama u sa dakinhar konna sirna nafu li kumpannija li \u0121\u0121ib l-isem ta&#8217; 17 Black (sidha kien g\u0127adu mhux mag\u0127ruf) kienet in\u0127olqot biex ixa\u0127\u0127am lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi bi \u0127lasijiet ta&#8217; $5,000 kuljum.<\/p>\n<p>Madankollu s-suddizzjoni fil-konfront tal-pulizija baqg\u0127et tippersisti. Jien ma nifhimx fl-antropolo\u0121ija u ma niddilettax bit-tbassir tax-xorti. Min jaf jekk, fil-kuntest tal-iskandlu li fe\u0121\u0121 f&#8217;dawn il-\u0121ranet fi \u0127dan il-korp tal-pulizija, il-poplu huwiex huwiex ser jibdel il-per\u010bezzjoni li g\u0127andu tal-pulizija.<\/p>\n<p>Dak li qed ji\u0121i rappurtat dwar l-investigazzjonijiet li jinsabu g\u0127addejjin huwa tat-tkexkix. <a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2020-02-13\/local-news\/Police-arrests-Whistleblower-says-officers-collected-protection-money-misappropriated-fuel-6736219564?fbclid=IwAR3DSRLFlklxbxnIqNaofBtGEvKVbq4gNotoFd58B9z3cuBVFsqkOiLv8RU\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Skont <em>The Malta<\/em> <em>Independent<\/em> uffi\u010bjali tal-pulizija nqabdu ji\u0121bru l-flus b&#8217;estorsjoni ming\u0127and operaturi tat-trasport u tal-kostruzzjoni biex imbag\u0127ad dawn ma je\u0127lux multi g\u0127all-attivitajiet illegali li jkunu wettqu.<\/a><\/p>\n<p>Dan l-iskandlu ta ra\u0121un lil dawk li dejjem sostnew li l-korruzzjoni f&#8217;Malta hi mifruxa sew. G\u0127al dawn l-a\u0127\u0127ar snin, din il-korruzzjoni issa jidher li nfirxet fil-qalba tal-korp tal-pulizija.<\/p>\n<p>Ir-ri\u017cenja tas-Supretendent Walter Spiteri turi li l-korruzzjoni ma kienitx qed titwettaq biss min dawk fis-saffi t&#8217;isfel: kollox kien qed jitmexxa&#8217; minn organizzazzjoni fi \u0127dan organizzazzjoni.<\/p>\n<p>Ta&#8217; min isemmi li Walter Spiteri kien re\u0121a&#8217; dda\u0127\u0127al fil-korp tal-pulizija fl-2017 f&#8217;\u010birkostanzi suspettu\u017ci. Snin qabel, dan kien warrab mill-korp tal-pulizija meta kellu l-kariga ta&#8217; spettur, i\u017cda fl-2017 kien re\u0121a&#8217; dda\u0127\u0127al fil-korp u ng\u0127ata promozzjoni g\u0127al supretendent minn hekk imsejja\u0127 bord tal-ilmenti. F&#8217;Mejju 2016, il-ministru tal-intern Carmelo Abela kien ikkonferma fil-Parlament li l-bord tal-ilmenti kien kien idde\u010bieda li jag\u0127ti promozzjoni lil Walter Spiteri qabel dan re\u0121a&#8217; dda\u0127\u0127al fil-korp g\u0127aliex kien \u0121ie allegat li fl-img\u0127oddi kien inqabe\u017c in\u0121ustament.<\/p>\n<p>Dak i\u017c-\u017cmien \u0127add ma kien jaf bl-e\u017cistenza ta&#8217; dan il-bord tal-ilmenti li \u0127adem b&#8217;mod simultaneju mal-Ombudsman u, mal-medda ta\u017c-\u017cmien, bosta bdew jinteb\u0127u li dan il-\u201cbord\u201d kien biss paraventu biex lill-ba\u017cu\u017cli tal-Labour jippremjahom bi promozzjonijiet mhux mist\u0127oqqa, liema promozzjonijiet l-Ombudsman \u010bertament ma kienx jirrakkomandahom.<\/p>\n<p>Ir-ri\u017cenji ri\u010benti ta&#8217; Lawrence Cutajar u ta&#8217; Silvio Valletta mill-og\u0127la karigi fil-korp tal-pulizija issa qed jassumu xe\u0127ta differenti. Mill-inkompetenza u x-xaqlib parti\u0121\u0121jan issa qed ng\u0127addu g\u0127as-suspett ta&#8217; kollu\u017cjoni u ta&#8217; involviment f&#8217;kon\u0121ura kriminali.<\/p>\n<p>Ix-xhieda li ng\u0127atat dan l-a\u0127\u0127ar fis-sens li l-Assistent Kummissarju Ian Abdilla \u017camm misturin provi dwar reati kriminali mwettqin minn politi\u010bi issa qed titfa&#8217; dell dejjem aktar serju.<\/p>\n<p>Post Lawrence Cutajar ittie\u0127ed minn Carmelo Magri. B\u0127ala Assistent Kummissarju, Magri kien intervjena mal-uffi\u010bjal investigatur l-Ispettur Edel Camilleri biex jassigura r-rilaxx qabel i\u017c-\u017cmien tal-<em>footballer<\/em> Daniel Bogdonavic li kien \u0121ie arrestat wara li kien hebb g\u0127al martu. L-Ispettur riedet tressaq lil Bogdanovic il-qorti t-Tnejn filg\u0127odu, i\u017cda peress li l-\u0126add wara nofsinhar kellu jilg\u0127ab max-Xewkija Tigers, uffi\u010bjali anzjani nda\u0127lu biex jassiguraw li l-log\u0127ba ma jitlifhiex.<\/p>\n<p>Din l-istorja tassumi sinjifikat akbar fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-laxkezza amministrattiva fejn jid\u0127lu ka\u017cijiet ta&#8217; vjolenza domestika. Carmelo Magri mhux talli ma \u0121ie dixxiplinat qatt. Kien ing\u0127ata promozzjoni.<\/p>\n<p>Il-fidu\u010bja li l-poplu g\u0127andu b\u0127alissa fil-korp tal-pulizija tidher li mhix wa\u0127da mist\u0127oqqa. M&#8217;hemmx dubju li fil-korp tal-pulizija hemm membri li jitmexxew mill-kuxjenza, li ja\u0127dmu b&#8217;sens ta&#8217; servizz\u00a0 u li jqieg\u0127du ru\u0127\u0127om fil-periklu biex i\u0127arsuna. I\u017cda m&#8217;humiex dawn li qed imexxu lill-korp.<\/p>\n<p>Nistg\u0127u forsi nikkunslaw mill-fatt li dawk li huma mmexxijin mis-sewwa qed jag\u0127mluha ta&#8217; <em>whistleblowers<\/em> biex jikxfu lill-\u0127allelin u jix\u0127tuhom il-\u0127abs. I\u017cda din is-sitwazzjoni tfakkarni fl-oppo\u017cizzjoni parlamentari li qed titlef i\u017c-\u017cmien f&#8217;dibattiti dwar min g\u0127andu jkun dak li jmexxiha. U filwaqt li l-pulizija qed tinvestiga lilha nnifisha, Joseph Muscat, Keith Schembri, Chris Cardona, Konrad Mizzi baqg\u0127u sal-lum igawdu l-impunit\u00e0.<\/p>\n<p>Forsi issa jkun hemm dejjem aktar minn dawk li jinteb\u0127u x&#8217;ridna nfissru meta g\u0127idna li kienu farrku lill-istituzzjonijiet biex il-kriminali tal-politika jkunu jistg\u0127u jg\u0127adduha lixxa. L-istat miskin li jinsab fih il-korp tal-pulizija huwa r-ri\u017cultat ta&#8217; sensiela ta&#8217; de\u010bi\u017cjonijiet e\u017cekuttivi li kienu ttie\u0127du minn Joseph Muscat u mill-gvern tieg\u0127u. L-iskandlu tal-pulizija tat-traffiku li fe\u0121\u0121 f&#8217;dawn il-\u0121ranet g\u0127andu l-g\u0127eruq tieg\u0127u fid-de\u010bi\u017cjoni li libbset l-uniformi lill-kriminali.<\/p>\n<p>Il-promozzjonijiet rapidi li kienu ng\u0127ataw lil Valletta, lil Abdilla, lil Cutajar u lill-bqija kellhom konsegwenzi li huma \u0127afna ag\u0127ar minn hekk.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Minn sonda\u0121\u0121 li kien tnieda fil-\u0127arifa tal-2018, lill-Eurobarometer irri\u017cultalu li 68% tal-Maltin g\u0127andhom fidu\u010bja fil-korp tal-pulizija. Il-korp tal-pulizija g\u0127alhekk kien it-tieni istituzzjoni l-aktar fdata (flimkien mal-amministrazzjoni pubblika), fdata sa\u0127ansitra aktar mill-kunsilli lokali (64%), mill-parlament (59%), mill-Unjoni Ewropea (56%) u ferm aktar mill-partiti politi\u010bi (36%), mill-\u0121urnali (32%) u mis-social networks elettroni\u010bi (24%). L-armata hi l-unika istituzzjoni [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":87218,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/87228\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=87228"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/87228\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":87235,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/87228\/revisions\/87235\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/87218\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=87228"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=87228"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=87228"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}