{"id":8754,"date":"2018-07-12T16:34:33","date_gmt":"2018-07-12T14:34:33","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=8754"},"modified":"2018-07-16T13:13:34","modified_gmt":"2018-07-16T11:13:34","slug":"min-qed-jaghmel-l-ghassa-fuq-tvm","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/07\/min-qed-jaghmel-l-ghassa-fuq-tvm\/","title":{"rendered":"Min qed jag\u0127mel l-g\u0127assa fuq TVM?"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"http:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2018-07-12\/local-news\/PBS-chooses-to-ignore-EBA-report-on-Pilatus-Bank-but-then-carries-FIAU-reply-6736193301\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><em>The Malta Independent<\/em> kellu ra\u0121un biex ibieg\u0127 meta lmenta<\/a> dwar il-fatt li TVM qabad u njora stqarrija tal-<em>European Banking Authority<\/em> fis-sens li tal-FIAU \u0127allew lis-sistema finanzjarja ta&#8217; Malta sservi ta&#8217; for\u010bina g\u0127all-kriminalit\u00e0. Stennejniha mbag\u0127ad li TVM, b&#8217;parti\u0121\u0121jani\u017cmu stupidu liema b\u0127alu, xandar biss it-twe\u0121iba puwerili tal-FIAU.<\/p>\n<p>I\u017cda g\u0127alkemm stennejna dan l-a\u0121ir, ma jfissirx li g\u0127andna noqg\u0127odu lura milli nikkummentaw dwaru.<\/p>\n<p>Kull jum li jg\u0127addi l-istazzjon televi\u017civ nazzjonali qieg\u0127ed jittradixxi medda kbira \u0127afna tal-popolazzjoni li tirrikorri lejh biex tkun tista&#8217; tikseb informazzjoni dwar dak li jkun qed ji\u0121ri madwarha.<\/p>\n<p>Hi \u0127a\u0121a verament tal-g\u0127ajb daqs kemm hi wkoll veritiera li g\u0127ad hemm numru kbir ta&#8217; persuni li jiddependu biss fuq it-TVM g\u0127all-a\u0127barijiet. G\u0127al dan ja\u0127tu l-limitazzjonijiet kulturali x&#8217;aktarx g\u0127aliex dawn jifhmu biss bil-Malti mitkellem akkumpanjat bl-istampi. Tiskanta kemm g\u0127ad hawn min m&#8217;huwiex kapa\u010bi jaqra&#8217; dak li int qieg\u0127ed taqra&#8217; b\u0127alissa, a\u0127seb u ara xi kitba miktuba bl-Ingli\u017c. U ma&#8217; dawn tkun trid i\u017c\u017cid lil dawk li ma jiddilettawx bil-qari u li qatt ma qraw xejn f&#8217;\u0127ajjithom.<\/p>\n<p>Il-problema hi li ma tantx hawn minn fejn wie\u0127ed jag\u0127\u017cel. Dawk li \u0121enwinament huma g\u0127atxana biex isiru jafu l-verit\u00e0 \u0127afna drabi jevitaw l-a\u0127barijiet li jxandru l-mezzi tax-xandir tal-partiti politi\u010bi. G\u0127al dawn in-nies, l-istat huwa awtorit\u00e0 li jmur lil hinn mill-parti\u0121\u0121jani\u017cmu u l-istazzjon nazzjonali televi\u017civ huwa newtrali u g\u0127aldaqstant kredibbli.<\/p>\n<p>Din hi r-ra\u0121uni g\u0127ala propagandisti b\u0127al Reno Bugeja ma j\u0127abblu rashom xejn dwar il-mod selettiv dwar kif tixxandar l-informazzjoni. G\u0127ax dawk li ji\u0121\u0121udikaw l-operat tag\u0127hom fl-isfond tax-xandir ta&#8217; a\u0127barijiet o\u0121\u0121ettivi ma jiddependux mit-TVM biex isiru jafu dwar dak li g\u0127addej madwarhom. Int sirt taf dwar ir-rapport tal-EBA g\u0127ax, jag\u0127mlu jew x&#8217;jonqsu li jag\u0127mlu tat-TVM, sirt taf dwaru minn bnadi o\u0127ra. U Reno Bugeja ma jista&#8217; jag\u0127mel xejn dwar dan.<\/p>\n<p>I\u017cda minn dawk li jiddependu fuq it-TVM biss, jista&#8217; jostor kull a\u0127bar dwar ir-rapport tal-EBA. U dawn lanqas isiru jafu dwar l-ilmenti li jsiru dwar dawn in-nuqqasijiet g\u0127aliex TVM ma jirrappurtahomx.<\/p>\n<p>Din hija r-ra\u0121uni g\u0127aliex TVM huwa regolat minn entit\u00e0 kostituzzjonali. U minkejja dan, jidher li issa anke l-Awtorit\u00e0 tax-Xandir \u0127adet nag\u0127sa \u0127elwa. Il-PN m&#8217;g\u0127adux jag\u0127mel protesti mal-Awtorit\u00e0 tax-Xandir dwar in-nuqqasijiet ta&#8217; TVM f&#8217;dak li hu d-dmir li jipprovdi informazzjoni u jxandar a\u0127barijiet li huma ta&#8217; importanza nazzjonali, sa\u0127ansitra anke dawk li jimbarazzaw lill-gvern.<\/p>\n<p>Ma nistax nifhem il-g\u0127ala l-PN waqa&#8217; fil-muta. Wie\u0127ed ikollu jittama li dan is-skiet m&#8217;g\u0127andu x&#8217;jaqsam xejn ma&#8217; l-interess li jista&#8217; g\u0127andu xi \u0127add li jipprova jidher \u0127elu mat-TVM &#8211;\u00a0 u meta ng\u0127id &#8220;interess&#8221; mhux qed infisser interess politiku.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8726\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/1200px-Piet\u00e0_Malta_Buildings_19.jpg\" alt=\"\" width=\"1200\" height=\"800\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/1200px-Piet\u00e0_Malta_Buildings_19-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/1200px-Piet\u00e0_Malta_Buildings_19-405x270.jpg 405w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/1200px-Piet\u00e0_Malta_Buildings_19-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/1200px-Piet\u00e0_Malta_Buildings_19.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1200px) 100vw, 1200px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>The Malta Independent kellu ra\u0121un biex ibieg\u0127 meta lmenta dwar il-fatt li TVM qabad u njora stqarrija tal-European Banking Authority fis-sens li tal-FIAU \u0127allew lis-sistema finanzjarja ta&#8217; Malta sservi ta&#8217; for\u010bina g\u0127all-kriminalit\u00e0. Stennejniha mbag\u0127ad li TVM, b&#8217;parti\u0121\u0121jani\u017cmu stupidu liema b\u0127alu, xandar biss it-twe\u0121iba puwerili tal-FIAU. I\u017cda g\u0127alkemm stennejna dan l-a\u0121ir, ma jfissirx li g\u0127andna noqg\u0127odu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8726,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8754\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=8754"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8754\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":8800,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8754\/revisions\/8800\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8726\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=8754"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=8754"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=8754"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}