{"id":87881,"date":"2020-02-27T16:13:19","date_gmt":"2020-02-27T15:13:19","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=87881"},"modified":"2020-02-27T21:17:21","modified_gmt":"2020-02-27T20:17:21","slug":"marthese-portelli-twarrab-deputati-tal-pn-ighidu-li-l-isforzi-taghhom-biex-itejbu-l-prospetti-tal-pn-qed-jixxejnu-minn-adrian-delia","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/02\/marthese-portelli-twarrab-deputati-tal-pn-ighidu-li-l-isforzi-taghhom-biex-itejbu-l-prospetti-tal-pn-qed-jixxejnu-minn-adrian-delia\/","title":{"rendered":"Marthese Portelli twarrab. Deputati tal-PN ig\u0127idu li l-isforzi tag\u0127hom biex itejbu l-prospetti tal-PN qed jixxejnu minn Adrian Delia"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-87872\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/profile_runza.jpg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"456\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/profile_runza-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/profile_runza-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/profile_runza-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/profile_runza-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/profile_runza.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>Id-deputata tal-PN fuq id-9 distrett Marthese Portelli g\u0127adha kemm \u0127abbret ir-ri\u017cenja tag\u0127ha mill-Parlament. Is-si\u0121\u0121u parlamentari tag\u0127ha issa je\u0127tie\u0121 li jimtela&#8217; minn kandidat li jitla&#8217; minn elezzjoni ka\u017cwali. Marthese Portelli ilha sservi b\u0127ala membru parlamentari mill-2013 u kienet \u0121iet eletta f&#8217;\u017cew\u0121 elezzjonijiet fuq xulxin.<\/p>\n<p>Fil-<em>Facebook<\/em> hi rringrazzjat lill-Kapijiet tal-Oppo\u017cizzjoni li serviet ta\u0127thom: Simon Busuttil u Adrian Delia.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fmarthese.portelli.5%2Fposts%2F3238030846226475&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"274\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Ir-ri\u017cenja tag\u0127ha kienet konsegwenza ta&#8217; \u0121img\u0127at s\u0127a\u0127 ta&#8217; demoralizzazzjoni u ta&#8217; pessimi\u017cmu dwar i\u010b-\u010bansijiet li l-PN jinqala&#8217; mill-qieg\u0127 li jinsab fih. Bosta huma dawk id-deputati tal-PN li esprimew in-niket tag\u0127hom ma&#8217; \u0127biebhom u mal-kollegi tag\u0127hom fil-grupp parlamentari g\u0127all-fatt li kull sforz li jag\u0127mlu li jista&#8217; jag\u0127ti ftit tan-nifs lill-PN qed jisfa&#8217; fix-xejn min\u0127abba d-de\u010bi\u017cjonjiiet li qed jittie\u0127du mill-kap tal-partit Adrian Delia u minn dawk ta&#8217; madwaru fl-amministrazzjoni tal-PN.<\/p>\n<p>Numru ta&#8217; deputati qaluli li fil-laqg\u0127a tal-grupp parlamentari tal-biera\u0127 bosta kienu dawk li esprimew in-niket tag\u0127hom g\u0127all-fatt li, minkejja l-pariri li qed jing\u0127ata, Adrian Delia baqa&#8217; jwebbes rasu li ma ji\u010b\u010baqlaqx mill-po\u017cizzjoni li jkun \u0127a dwar kwistjonijiet li fuqhom ikun hemm nuqqas ta&#8217; ftehim.<\/p>\n<p>Xi deputati qaluli li, f&#8217;diversi okka\u017cjonijiet, Adrian Delia kien isejja\u0127 laqg\u0127a tal-grupp parlamentari biss biex jinforma lill-membri dwar de\u010bi\u017cjonijiet li jkun di\u0121\u00e0 \u0127a. U kull min juri li ma jaqbilx, ji\u0121i injorat u bosta minnhom qed i\u0127ossu li ma fadlilhom ebda skop li jkomplu jservu fil-parlament.<\/p>\n<p>Marthese Portelli ma qalitx x&#8217;kienet ir-ra\u0121uni wara r-ri\u017cenja tag\u0127ha. Osservaturi madankollu jsostnu li bosta mid-deputati fil-grupp parlamentari tal-PN qed i\u0127ossu li qeg\u0127din biss jokkupaw si\u0121\u0121u parlamentari bis-sa\u0127\u0127a tal-fatt li kienu \u0121ew eletti f&#8217;\u0120unju 2017 minn \u0127dan partit li kien totalment differenti minn dak li hu llum.<\/p>\n<p>X&#8217;aktarx li fil-\u0121ejjieni jkun hemm aktar ri\u017cenji mill-grupp parlamentari tal-PN.<\/p>\n<p>Marthese Portelli wasslet id-de\u010bi\u017cjoni tag\u0127ha direttament lill-i<em>Speaker<\/em> u \u0127abbritha fil-<em>Facebook<\/em> x&#8217;aktarx biex ma tag\u0127ti ebda \u010bans lil min ried jipperswadiha tre\u0121\u0121a&#8217; lura d-de\u010bi\u017cjoni tag\u0127ha li tabbanduna l-\u0127ajja politika.<\/p>\n<p>X&#8217;aktarx li s-si\u0121\u0121u parlamentari tag\u0127ha jirb\u0127u n-negozjant Ivan Bartolo li ma kienx \u0121ie elett fl-elezzjoni tal-2017. G\u0127alkemm m&#8217;hemm garanzija ta&#8217; xejn, jidher li bis-sa\u0127\u0127a tal-voti li kien \u0121ab fl-2017, huwa g\u0127andu l-akbar \u010bans li jirba\u0127 l-elezzjoni ka\u017cwali.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-87874\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/local_05_temp-1495343270-592120a6-620x348-1.jpg\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"348\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/local_05_temp-1495343270-592120a6-620x348-1-200x112.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/local_05_temp-1495343270-592120a6-620x348-1-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/local_05_temp-1495343270-592120a6-620x348-1-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/local_05_temp-1495343270-592120a6-620x348-1-600x337.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/local_05_temp-1495343270-592120a6-620x348-1.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><\/p>\n<p>Ivan Bartolo kien appo\u0121\u0121ja l-kandidatura ta&#8217; Adrian Delia g\u0127at-tmexxija tal-PN fis-sajf tal-2017. Madankollu, mal-medda ta\u017c-\u017cmien, spi\u010b\u010ba biex iddi\u017cappunta ru\u0127u bit-tmexxija ta&#8217; Adrian Delia l-aktar meta dan naqas li jag\u0127tih l-appo\u0121\u0121 me\u0127tie\u0121 biex jitwettqu r-riformi fil-partit.<\/p>\n<p>Fl-2019, Ivan Bartolo kien mexxa&#8217; petizzjoni lill-kunsill \u0121enerali tal-PN biex Adrian Delia jitwarrab mit-tmexxija tal-partit, i\u017cda l-mozzjoni tieg\u0127u kienet \u0121iet meg\u0127luba.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Id-deputata tal-PN fuq id-9 distrett Marthese Portelli g\u0127adha kemm \u0127abbret ir-ri\u017cenja tag\u0127ha mill-Parlament. Is-si\u0121\u0121u parlamentari tag\u0127ha issa je\u0127tie\u0121 li jimtela&#8217; minn kandidat li jitla&#8217; minn elezzjoni ka\u017cwali. Marthese Portelli ilha sservi b\u0127ala membru parlamentari mill-2013 u kienet \u0121iet eletta f&#8217;\u017cew\u0121 elezzjonijiet fuq xulxin. Fil-Facebook hi rringrazzjat lill-Kapijiet tal-Oppo\u017cizzjoni li serviet ta\u0127thom: Simon Busuttil u Adrian [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":87873,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/87881\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=87881"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/87881\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":87882,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/87881\/revisions\/87882\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/87873\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=87881"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=87881"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=87881"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}