{"id":88019,"date":"2020-03-03T13:16:56","date_gmt":"2020-03-03T12:16:56","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=88019"},"modified":"2020-03-04T07:33:25","modified_gmt":"2020-03-04T06:33:25","slug":"soqfa-politici-li-jiggarrfu-fradda-ta-salib","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/03\/soqfa-politici-li-jiggarrfu-fradda-ta-salib\/","title":{"rendered":"Soqfa politi\u010bi li ji\u0121\u0121arrfu f&#8217;radda ta&#8217; salib"},"content":{"rendered":"<p>Ian Borg re\u0127ielha g\u0127all-<em>Facebook<\/em> u, minn fuq il-pulptu g\u0127oli tieg\u0127u, xela&#8217; lil min qed ji\u0121bed \u010berti konklu\u017cjonijiet dwar il-qtil ta&#8217; Myriam Pace &#8211; persuna li b&#8217;kumbinazzjoni kienet tg\u0127ix f&#8217;dar biswit \u0127ofra kbira li t\u0127affret fl-art &#8211; bi\u00a0 sfruttament ta&#8217; din it-tra\u0121edja bil-g\u0127an li jikseb il-voti.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fianborgpage%2Fposts%2F2821812577911506&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"299\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>B\u0127ala persuna li ta&#8217; spiss insib lil min imerini fuq il-<em>Facebook<\/em>, impressjonajt ru\u0127i mhux ftit bil-fatt li, b&#8217;risposta g\u0127all-kitba ta&#8217; Ian Borg, kien hemm madwar 1,000 kumment li l-bi\u010b\u010ba l-kbira tag\u0127hom kienu kummenti ta&#8217; kritika.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm huwa minnu li mpressjonajt ru\u0127i, fil-fatt ma kelli g\u0127alfejn niskanta xejn.<\/p>\n<p>Milli jidher Ian Borg irid li\u010b-\u010bittadini ta&#8217; dan il-pajji\u017c ikunu eternament grati lejh g\u0127ad-di\u017castri li qed isibu ma&#8217; wi\u010b\u010bhom bis-sa\u0127\u0127a tal-korruzzjoni tal-gvern tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Nie\u0127du e\u017cempju. Fl-1986 kienet se\u0127\u0127et l-isplu\u017cjoni fl-impjant nukleari ta&#8217; Chernobyl fl-Ukrajna Sovjetika u kienu nqatlu mas-60 ru\u0127. Dak i\u017c-\u017cmien il-popolazzjoni tal-Unjoni Sovjetika kienet tla\u0127\u0127aq mal-291 miljun jew 0.00002% tal-popolazzjoni kollha.<\/p>\n<p>Fit-tra\u0121edja li se\u0127\u0127et il-biera\u0127, inqatlet persuna wa\u0127da minn popolazzjoni ta&#8217; madwar 470,000 ru\u0127 ji\u0121ifieri 0.0002% tal-popolazzjoni kollha. Jekk jittie\u0127ed proporzjon f&#8217;termini ta&#8217; mwiet, it-ti\u0121rif li se\u0127\u0127 f&#8217;Santa Venera kien 100 darba ag\u0127ar minn dak ta&#8217; Chernobyl.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 jing\u0127ad ukoll li bis-sa\u0127\u0127a tar-radjazzjoni li kienet \u0121iet ikka\u0121unata, kienu mietu qabel i\u017c-\u017cmien eluf o\u0127ra kemm fl-Ukrajna kif ukoll fil-Belarus. Hawn Malta, qieg\u0127din ng\u0127oddu l-imwiet ta&#8217; dawk li qed imutu qabel i\u017c-\u017cmien min\u0127abba mard respiratorju ka\u0121unat mill-industrija tal-konstruzzjoni? G\u0127andi suspett li, hekk kif nibdew ng\u0127oddu l-imwiet kollha ka\u0121unati mit-trab u t-tni\u0121\u0121i\u017c tal-arja li j\u0121ib mieg\u0127u it-tag\u0127mir li tu\u017ca l-industrija tal-kostruzzjoni, g\u0127andna nsibu li l-kostruzzjoni f&#8217;Malta tmarrad nies daqs kemm kienet marrdet nies it-teknolo\u0121ija nukleari Sovjetika.<\/p>\n<p>Hawn min forsi jistaqsi: kif qatt jista&#8217; jg\u0127odd dan il-paragun? Ig\u0127odd g\u0127aliex wara li se\u0127\u0127et it-tra\u0121edja ta&#8217; Chernobyl, l-istat Sovjetiku kien infexx fl-istess log\u0127ob propagandistiku li qed jinfexxu fih Ian Borg u Robert Abela. Wara l-ka\u017c ta&#8217; Chernobyl, kienu saru arresti fil-pront ta&#8217; nies li kienu direttament responsabbli g\u0127al dak li kien se\u0127\u0127. I\u017cda fl-istess waqt, l-istat Sovjetiku beda&#8217; jixli lil kull min xe\u0127et it-tort tal-isplu\u017cjoni fuq fallimenti istituzzjonali, bi skopijiet ulterjuri kontro-rivoluzzjonarji u b&#8217;qadi tal-interessi Amerikani.<\/p>\n<p>Hawn Malta, ma&#8217; ras Ian Borg we\u0127lu n-Nazzjonalisti li &#8211; skont hu &#8211; bdew jisfruttaw &#8220;il-mewta tra\u0121ika&#8221; tas-Sinjura Pace &#8220;bil-g\u0127an li jirb\u0127u l-voti&#8221;. Ara ma jkunx hemm xi \u0127add li jipponta subg\u0127ajh lejn il-fallimenti tal-Ministru Ian Borg, g\u0127ax b&#8217;rasu jdur! Ara ma jkunx hemm xi \u0127add li jistaqsi mistoqsijiet rilevanti u jit\u0127ajjar li jivvota g\u0127all-dawk il-ming\u0127ulin ta&#8217; Nazzjonalisti!<\/p>\n<p>Fil-ktieb \u010belebri <em>Animal Farm<\/em> ta&#8217; George Orwell, il-kelliem tal-\u0127nie\u017cer jirrepeti l-istess twe\u0121iba kull darba li xi wie\u0127ed mill-annimali fir-razzett juri t-t\u0127assib tieg\u0127u dwar il-mod kif kien qed jitmexxa r-razzett. Il-\u0127nie\u017cer jistaqsu b&#8217;ton ta&#8217; theddid jekk l-annimali l-o\u0127rajn iridux lura lill-gabillott xurban li kellhom biex imexxi r-razzett. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, \u0127add mill-annimali ma jrid jer\u0121a&#8217; jara lill-gabillott lura fir-razzett u d-diskussjoni g\u0127aldaqstant tieqaf hemm.<\/p>\n<p>L-isplu\u017cjoni ta&#8217; Chernobyl kienet se\u0127\u0127et g\u0127aliex dawk li kienu qed imexxu l-impjant ma kellhomx it-ta\u0127ri\u0121 me\u0127tie\u0121, kienu ambizzju\u017ci \u017c\u017cejjed u kienu wkoll traskurati f&#8217;xog\u0127olhom. Kienet se\u0127\u0127et ukoll g\u0127aliex il-gvern Sovjetiku kien g\u0127amel u\u017cu minn teknolo\u0121ija r\u0127isa bil-g\u0127an li jipprova jikseb ri\u017cultati mg\u0127a\u0121\u0121lin u fl-istess waqt \u0127eba kull informazzjoni li setg\u0127et tevita l-in\u010bident g\u0127aliex kienet informazzjoni politikament imbarazzanti.<\/p>\n<p>Nistg\u0127u nag\u0127mlu paragun mal-mod kif il-gvern Malti feta\u0127 il-bibien bera\u0127 g\u0127al \u017cvilupp mhux regolat u, \u0127elu \u0127elu, warrab it-tnedija ta&#8217; rapporti \u0121eolo\u0121i\u010bi li fl-img\u0127oddi kienu me\u0127tie\u0121a g\u0127al ka\u017cijiet b\u0127al dawn biex setg\u0127u ji\u0121u evitati d-di\u017cgrazzji.<\/p>\n<p>Chernobyl kien il-bidu tat-tmiem tar-re\u0121im Sovjetiku. In-nies ma kienux lesti li jkomplu jibqg\u0127u kwieti u bdew jag\u0127mlu l-mistoqsijiet pertinenti. Bdew ukoll jo\u0127olqu g\u0127aqdiet favur l-ambjent minkejja l-fatt li, dak i\u017c-\u017cmien, dawn kienu llegali u mal-mog\u0127dija ta\u017c-\u017cmien dawn ittrasformaw ru\u0127\u0127om f&#8217;partiti politi\u010bi li ma kienux i\u0127addnu l-ideolo\u0121ija komunista.<\/p>\n<p>Fl-Unjoni Sovjetika fl-1986, kien hemm bosta li kienu \u0121abu ru\u0127\u0127om b\u0127al Ian Borg. Dawn kienu nies arroganti li \u0127asbu li ma jista&#8217; g\u0127alihom \u0127add u li \u0127add ma jista&#8217; jmisshom. Kienu \u0127asbu li kellhom is-setg\u0127a li jsikktu lil kul\u0127add bit-theddid dwar l-Amerikani. F&#8217;temp ta&#8217; ftit snin, spi\u010b\u010baw barra mill-gvern.<\/p>\n<p>Ian Borg imissu jifli sewwa &#8216;l fuq minn 1,000 kumment li s&#8217;issa attirat il-kitba tieg\u0127u fil-<em>Facebook<\/em>. Id-destin politiku tieg\u0127u jinsab jimra\u0127 fost dawk it-twe\u0121ibiet.<\/p>\n<p>Is-saqaf li g\u0127andu fuq rasu fil-Ministeru tieg\u0127u huwa sod u mhux ser ji\u0121\u0121arraf.<\/p>\n<p>Madankollu g\u0127andu jifhem li s-soqfa politi\u010bi g\u0127andhom il-\u0127abta li ji\u0121\u0121arrfu f&#8217;radda ta&#8217; salib b\u0127as-saqaf li \u0121\u0121arraf fuq ras l-imsejkna Sinjura Pace.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-large wp-image-87978\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/aeef3db47cfa6dba5592df95d72e379313e22a1e-1575637472-5dea51e0-1920x1280-1-1024x682.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"682\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/aeef3db47cfa6dba5592df95d72e379313e22a1e-1575637472-5dea51e0-1920x1280-1-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/aeef3db47cfa6dba5592df95d72e379313e22a1e-1575637472-5dea51e0-1920x1280-1-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/aeef3db47cfa6dba5592df95d72e379313e22a1e-1575637472-5dea51e0-1920x1280-1-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/aeef3db47cfa6dba5592df95d72e379313e22a1e-1575637472-5dea51e0-1920x1280-1-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/aeef3db47cfa6dba5592df95d72e379313e22a1e-1575637472-5dea51e0-1920x1280-1-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/aeef3db47cfa6dba5592df95d72e379313e22a1e-1575637472-5dea51e0-1920x1280-1-800x533.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/aeef3db47cfa6dba5592df95d72e379313e22a1e-1575637472-5dea51e0-1920x1280-1.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/aeef3db47cfa6dba5592df95d72e379313e22a1e-1575637472-5dea51e0-1920x1280-1-1200x800.jpg 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/aeef3db47cfa6dba5592df95d72e379313e22a1e-1575637472-5dea51e0-1920x1280-1-1536x1024.jpg 1536w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ian Borg re\u0127ielha g\u0127all-Facebook u, minn fuq il-pulptu g\u0127oli tieg\u0127u, xela&#8217; lil min qed ji\u0121bed \u010berti konklu\u017cjonijiet dwar il-qtil ta&#8217; Myriam Pace &#8211; persuna li b&#8217;kumbinazzjoni kienet tg\u0127ix f&#8217;dar biswit \u0127ofra kbira li t\u0127affret fl-art &#8211; bi\u00a0 sfruttament ta&#8217; din it-tra\u0121edja bil-g\u0127an li jikseb il-voti. B\u0127ala persuna li ta&#8217; spiss insib lil min imerini fuq [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":87979,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/88019\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=88019"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/88019\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":88025,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/88019\/revisions\/88025\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/87979\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=88019"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=88019"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=88019"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}