{"id":88066,"date":"2020-03-05T18:36:34","date_gmt":"2020-03-05T17:36:34","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=88066"},"modified":"2020-03-06T06:35:00","modified_gmt":"2020-03-06T05:35:00","slug":"min-qed-jaghti-l-kenn-lill-qattiela-fmalta-tim-sebastian-jistaqsi-lil-evarist-bartolo","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/03\/min-qed-jaghti-l-kenn-lill-qattiela-fmalta-tim-sebastian-jistaqsi-lil-evarist-bartolo\/","title":{"rendered":"&#8220;Min qed jag\u0127ti l-kenn lill-qattiela f&#8217;Malta?&#8221; Tim Sebastian jistaqsi lil Evarist Bartolo"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2017\/12\/wise-man-warned-theyll-make-ashamed-call-maltese\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Sentejn ilu Tim Sebastian kien intervista lil Chris Fearne li matulha kien g\u0127amel minn kollox biex ji\u010b\u0127ad li l-gvern tieg\u0127u kien mg\u0127arraq fil-korruzzjoni<\/a> u li kien naqas fid-dmir tieg\u0127u li jara li l-kriti\u010bi tieg\u0127u ma jispi\u010b\u010bawx trietaq permezz ta&#8217; xi karrozza-bomba.<\/p>\n<p>Minn dakinhar tal-intervista &#8216;l hawn, se\u0127\u0127ew \u0127afna \u017cviluppi. Joseph Muscat m&#8217;g\u0127adux prim ministru wara li warrab skreditat. I\u017cda l-fatt li huwa politiku skreditat m&#8217;huwiex rikonoxxut f&#8217;pajji\u017cu. Fil-fatt, Joseph Muscat g\u0127adu kemm ing\u0127ata \u0127atra mill-gvern ta&#8217; Robert Abela biex jinnegozja ftehim ma&#8217; negozjant Svizzeru tal-opri tal-arti li m&#8217;huwiex \u0121did g\u0127all-iskandli u dan biex jo\u0127loq struttura hawn Malta li f&#8217;g\u0127ajnejn id-dinja g\u0127andha fuqha d-dell ta&#8217; suspetti ta&#8217; \u0127asil ta&#8217; flus. \u0126addiema li kien ja\u0127dmu fl-uffi\u010b\u010bju tal-prim ministru fi \u017cmien Joseph Muscat, issa qed ja\u0127dmu ta\u0127t Robert Abela u dawn xehdu wie\u0127ed wara l-ie\u0127or fl-inkjesta pubblika li, kemm ilha li \u0121iet assassinata Daphne, dawn qatt ma kienu tkellmu dwarha. Tkellmu biss dwar il-futbol.<\/p>\n<p>I\u017cda g\u0127all-udjenzi li jg\u0127ixu barra minn Malta, permezz tal-u\u017cu ta&#8217; lsien li l-partitarji tag\u0127hom jidhru li qajla jifhmuh &#8211; ji\u0121ifieri l-Ingli\u017c &#8211; il-gvern ta&#8217; Robert Abela qed jimbotta &#8216;l quddiem il-wi\u010b\u010b penitenti, sog\u0127bien u kwa\u017ci mbikkem ta&#8217; \u00a0 Evarist Bartolo.<\/p>\n<p>Lil Varist bg\u0127atuh biex iwie\u0121eb sensiela ta&#8217; mistoqsijiet ta&#8217; Tim Sebastian dwar id-dehra ta&#8217; Malta llum, issa li \u0121\u0121arrfu l-isku\u017ci kollha li kien \u0121ab Chris Fearne sentejn ilu u li kienet minnha l-konklu\u017cjoni li kien \u0121ibed li l-gvern ta&#8217; Malta m&#8217;huwa xejn \u0127lief bejta ta&#8217; \u0127allelin u ta&#8217; qattiela.<\/p>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn l-intervista g\u0127aliex bis-sa\u0127\u0127a tag\u0127ha tkunu tistg\u0127u ssegwu \u0121urnalist espert jistaqsi l-mistoqsijiet li ministri tal-gvern ilhom sentejn ja\u0127arbu minnhom, sakemm xi \u0127add qata&#8217; qalbu u minflok xe\u0127et bajda fuq Owen Bonnici.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fdw.deutschewelle%2Fvideos%2F220696722316542%2F&amp;show_text=0&amp;width=560\" width=\"560\" height=\"315\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Tista&#8217; tg\u0127id li l-qofol intla\u0127aq mat-twe\u0121iba g\u0127al wa\u0127da mill-ewwel mistoqsijiet li saru minn Tim Sebastian.<\/p>\n<p>Lill-gvern ta&#8217; Joseph Muscat, Tim Sebastian sejja\u0127lu b\u0127ala &#8220;gvern korrott sa ru\u0127 ommu&#8221; u wie\u0127ed li kien &#8220;mg\u0127arraq fil-korruzzjoni&#8221;. Evarist Bartolo segwih ilissen dawn il-kelmiet u b\u0127al donnu kien bejn \u0127alltejn dwar x&#8217;kellu jwie\u0121eb. B&#8217;kuntrast ma&#8217; Chris Fearne sentejn ilu, Evarist Bartolo m&#8217;g\u0127amel ebda attentat biex imeri lill-intervistatur tieg\u0127u u fil-fatt ammetta indirettament li &#8211; iva &#8211; huwa kien parti minn gvern korrott sa ru\u0127 ommu u mg\u0127arraq fil-korruzzjoni.<\/p>\n<p>Evarist Bartolo irrikonoxxa li kien messu warrab minn ministru fl-2016 meta kienu nkixfu l-<em>Panama Papers<\/em> u dakinhar li Joseph Muscat naqas li jke\u010b\u010bi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri. Kien qisu ra\u0121el anzjan fuq is-sodda tal-mewt hu u juri l-indiema tieg\u0127u talli, meta kien g\u0127adu \u017cag\u0127\u017cug\u0127, kien naqas li ji\u017c\u017cewwe\u0121 lit-tfajla tieg\u0127u qabel mar ji\u0121\u0121ieled fil-gwerra u li, meta rritorna lura mill-front tal-gwerra, sab li kienet i\u017c\u017cew\u0121et lill-\u0127abib tieg\u0127u.<\/p>\n<p>G\u0127addew 4 snin mill-2016. Evarist Bartolo meta kien beda&#8217; j\u0127oss l-indiema li ma kienx warrab dakinhar li kienu nkixfu l-<em>Panama Papers<\/em>? U din l-indiema meta kienet intemmet? Ta&#8217; bilfors kienet intemmet g\u0127aliex sal-lum g\u0127adu fil-kariga ministerjali tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Meta Tim Sebastian staqsa lil Evarist Bartolo jekk jidhirlux kiex mist\u0127oqq il-&#8220;premju&#8221; OCCRP g\u0127all-2019 li ng\u0127ata Joseph Muscat b\u0127ala l-aktar bniedem korrott &#8211; &#8220;premju&#8221; li fl-img\u0127oddi ing\u0127ata lil Duterte tal-Filippini u lil Aliyev tal-A\u017cerbaj\u0121an &#8211; huwa ma we\u0121ibx li Joseph Muscat ma kienx jist\u0127oqqlu dan il-&#8220;premju&#8221;, li jfisser li hu jaqbel li kien mist\u0127oqq.<\/p>\n<p>X&#8217;inhu jag\u0127mel hemm jitkellem f&#8217;isem gvern li qed ikompli jag\u0127ti l-\u0127atriet lil Joseph Muscat?<\/p>\n<p>Meta Tim Sebastian staqsa lil Evarist Bartolo biex jispjega kif jippretendi li huwa bniedem ta&#8217; prin\u010bipju meta huwa kien wie\u0127ed minn dawk li kompla jag\u0127mel parti minn gvern tant korrott, huwa wie\u0121eb bi spjegazzjoni so\u010bjolo\u0121ika li tenkapsula l-marda li qed tifni lil Malta. \u2018A\u0127na \u017cg\u0127ar\u2019, wie\u0121bu Varist.<\/p>\n<p>\u201cIs-saltna tal-familja u s-saltna tal-\u0127bieb huma aktar qawwijin mis-saltna tad-dritt,\u201d wie\u0121eb Evarist Bartolo. Tim Sebastian deher ixxukkjat u qallu &#8220;b\u0127ala bniedem fil-gvern, sitwazzjoni b\u0127al din kif qatt tista&#8217; ta\u010b\u010bettaha?&#8221; Evarist Bartolo jitbissem f&#8217;attentat biex ig\u0127atti l-mist\u0127ija tieg\u0127u. Huwa jirrikonoxxi li, b\u0127ala politiku, kien fid-dmir li j\u0127ares lis-saltna tad-dritt u jammetti li naqas li jag\u0127mel dan.<\/p>\n<p>Varist ja\u0127dem fi \u0127dan gvern li jkompli j\u0127addem persuni b\u0127al Robert Musumeci li kien g\u0127ajjarna m\u0121ienen talli konna g\u0127idna li s-saltna tad-dritt tfisser li Joseph Muscat ma jistax jag\u0127mel dak li jfettillu.<\/p>\n<p>Biex jiddefendi ru\u0127u, Evarist Bartolo stqarr li &#8220;internament&#8221; kien g\u0127amel pressjoni biex tittie\u0127ed azzjoni kontra Konrad Mizzi \u201cu kontra o\u0127rajn\u201d. I\u017cda lil Tim Sebastian, sku\u017ca b\u0127al din xejn ma mpressjonatu u kien pront ifakkar lil Varist li hu kien ivvota fil-Parlament favur Konrad Mizzi meta kienet \u0121iet diskussa mozzjoni ta&#8217; sfidu\u010bja. I\u017cda b&#8217;nofs qalb, Evarist Bartolo wie\u0121eb li \u201cl-vot tieg\u0127u ma&#8217; kienx ser jag\u0127mel differenza.\u201d Tim Sebastian, minn na\u0127a tieg\u0127u, insista mieg\u0127u li \u201cjekk ikollok il-prin\u010bipji, jkun je\u0127tie\u0121 li twettaqhom bil-fatti. U int mhux hekk g\u0127amilt.\u201d<\/p>\n<p>Kien hawn li Evarist Bartolo \u010beda l-armi u wie\u0121eb hekk: \u201cNaqbel mieg\u0127ek\u201d.<\/p>\n<p>L-intervista kompliet dwar il-\u0121rajjiet li se\u0127\u0127ew f&#8217;Novembru 2019 meta kien \u0121ie arrestat Yorgen Fenech u meta bdew il-protesti ta&#8217; eluf ta&#8217; nies fit-toroq. Evarist Bartolo taptap taptipa fuq dahru stess u jg\u0127id li &#8220;internament&#8221; lil Joseph Muscat kien wissie\u0127 li kien bi \u0127siebu jwarrab dment li l-prim ministru jibqa&#8217; ma jwarrabx.<\/p>\n<p>Dan il-kliem lil Tim Sebastian ma jimpressjonah xejn. \u201cIl-fatti juru li s-skiet tieg\u0127ek ta&#8217; dak i\u017c-\u017cmien g\u0127amlek kompli\u010bi.\u201d U g\u0127al darb&#8217;o\u0127ra, Evarist Bartolo j\u010bedi l-armi. \u201cIppruvajt nag\u0127ti s-sehem tieg\u0127i. Nammetti li m&#8217;g\u0127amiltx sforzi bi\u017c\u017cejjed.\u201d<\/p>\n<p>U g\u0127adu sal-lum nieqes mill-isforzi. Dan \u0127are\u0121 min-natura tal-mistoqsijiet li g\u0127amel Tim Sebastian dwar il-gvern pre\u017centi li f&#8217;ismu Evarist Bartolo tkellem b\u0127ala ministru tal-affarijiet barranin. Il-\u0121urnalist jibqa&#8217; jag\u0127fas u jistaqsi lill-ministru g\u0127aliex il-Prim Ministru Malti baqa&#8217; jag\u0127\u017cel lill-im\u0127allfin u l-ma\u0121istrati \u0121aladarba l-Kummissjoni ta&#8217; Venezja ilha minn Di\u010bembru 2018 li stqarret li din is-sistema je\u0127tie\u0121 li tinbidel.<\/p>\n<p>Varist ifakkar f&#8217;xi \u0127a\u0121a li kien stqarr sie\u0127bu Owen Bonnici madwar sena ilu u jispjega li \u201cbdejna nag\u0127mlu t-tibdiliet\u201d. \u201cEh, mela bdejtu bit-tibdiliet, hux hekk?\u201d fil-pront wie\u0121bu l-\u0121urnalist.<\/p>\n<p>Tim Sebastian fakkar lil Evarist Bartolo li ma kienetx l-ewwel darba li hu \u0127are\u0121 bi sku\u017ca b\u0127al din: f&#8217;Mejju 2016, Evarist Bartolo kien \u0127abbar il-bidu ta&#8217; &#8220;riformi&#8221; fil-\u0121lieda kontra l-korruzzjoni. U araw ftit fejn ninsabu issa.<\/p>\n<p>Il-\u0121urnalist jistaqsi lill-ministru x&#8217;kienet ir-ra\u0121uni li baqa&#8217; fil-kariga fl-2016 u li, \u0121aladarba tant jistmerr il-korruzzjoni, baqa&#8217; ma \u0127adhiex kontra s\u0127abu. \u201c\u0126adtha kontra s\u0127abi internament,\u201d wie\u0121eb Evarist Bartolo. \u201cB&#8217;din l-istrate\u0121ija biss stajt nibqa&#8217; fil-wi\u010b\u010b politikament.\u201d<\/p>\n<p>&#8220;Strate\u0121ija&#8221; sejj\u0127ilha. Jien insejj\u0127ila \u0121jufija. Min jaf x&#8217;kien ji\u0121ri f&#8217;dan il-pajji\u017c li kieku l-istrate\u0121ija li g\u0127a\u017clet Daphne Caruana Galizia kellha tkun dik li \u017c\u017comm fil-wi\u010b\u010b akkost ta&#8217; kollox?<\/p>\n<p>Tim Sebastian imbag\u0127ad jikxef id-dg\u0127jufija tal-argumenti ta&#8217; Varist. Skont Evarist Bartolo, huwa kien ikkundanna &#8220;internament&#8221; u b&#8217;mod sigriet il-korruzzjoni u l-ksur tas-saltna tad-dritt. I\u017cda fil-bera\u0127 kien stqarr li l-gvern jinsab miexi fuq it-triq it-tajba tant li kkontesta l-elezzjoni ta&#8217; \u0120unju 2017 ta\u0127t it-tmexxija ta&#8217; Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Dan ifisser li, qisu mhux hu, Evarist Bartolo g\u0127andu l-\u0127abta li jilbes aktar minn maskra wa\u0127da. Ma jsibhiex bi tqila li ji\u010b\u0127ad u jg\u0127atti l-korruzzjoni fil-partit tieg\u0127u b\u0127allikieku kollox kien ward u \u017cahar. Kif nistg\u0127u nserr\u0127u mo\u0127\u0127na li m&#8217;g\u0127adux qed ji\u017cfen din i\u017c-\u017cifna? Fil-fatt, b&#8217;mod ra\u0121unat nistg\u0127u ni\u0121bdu l-konklu\u017cjoni li tabil\u0127aqq qed jigdeb dwar dak li tassew jaf.<\/p>\n<p>Tim Sebastian ig\u0127idlu \u201cint taf aktar milli qed tammetti li taf. Taf bil-\u0127mie\u0121 kollu. Jaqaw qed tib\u017ca&#8217; g\u0127al \u0121ildek?\u201d<\/p>\n<p>U Evarist Bartolo jwie\u0121eb: \u201cLe. Jien tkellimt u esprimejt il-po\u017cizzjoni tieg\u0127i.\u201d<\/p>\n<p>U l-\u0121urnalist ig\u0127idlu: \u201cMhux minnu li tkellimt. Dort dawra mal-lew\u017ca. G\u0127alaqt g\u0127ajnejk u tajt il-kenn lill-qattiela. Dan hu li proprju qed ji\u0121ri. Min qed jag\u0127ti l-kenn lill-qattiela f&#8217;Malta?\u201d<\/p>\n<p>Evarist Bartolo: \u201cIl-qattiela ta&#8217; Daphne Caruana Galizia jinsabu g\u0127addejjin pro\u010bess fil-qorti.\u201d<\/p>\n<p>Tim Sebastian: \u201cInt taf ferm aktar minn hekk. Kont int stess li stqarrejt li l-qattiela qed jing\u0127ataw il-kenn.Min qed jag\u0127tihom il-kenn?\u201d<\/p>\n<p>Evarist Bartolo: \u201cMa nistax inwie\u0121bek g\u0127al din il-mistoqsija.\u201d<\/p>\n<p>Tim Sebastian: \u201cG\u0127ala? Lill-Pulizija kellimthom dwar dak li taf?\u201d<\/p>\n<p>Evarist Bartolo: \u201cQed nag\u0127mel id-dmir tieg\u0127i.\u201d<\/p>\n<p>Tim Sebastian: \u201cMa nafx xi trid tfisser b&#8217;dan. Int kont wie\u0127ed minn dawk li tajt l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127ek lil bniedem korrott u \u017cammejtu fis-setg\u0127a.\u201d<\/p>\n<p>Evarist Bartolo: \u201cJien se nkun \u0121udikat fuq dak li ser ise\u0127\u0127. L-istorja g\u0127adha ma ntemmitx u g\u0127ad fadal x&#8217;jinkixef\u201d.<\/p>\n<p>Tim Sebastian: \u201cHawn int qed tammetti li l-kon\u0121ura li ppjanat l-assassinju tag\u0127ha s&#8217;issa g\u0127adha ma nkixfitx.\u201d<\/p>\n<p>Evarist Bartolo:\u00a0 \u201cDak hu li ser ji\u0121ri.\u201d<\/p>\n<p>F&#8217;din il-konversazzjoni Evarist Bartolo ma ji\u010b\u0127adx li g\u0127adna ma nafux il-verit\u00e0 kollha dwar l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>F&#8217;stadju minnhom tal-intervista, Tim Sebastian qara&#8217; bran minn dak li kienet kitbet Daphne dwar Evarist Bartolo b\u0127allikieku kien qed jaqra&#8217; l-kummenti ta&#8217; Daphne dwar l-intervista li kien qed jag\u0127mel.<\/p>\n<p>\u201cLi kieku Evarist Bartolo kien onest u g\u0127andu xi ftit tad-di\u010benza, ta\u0127sbu li kien jissaporti jibqa&#8217; fil-Partit Laburista sa mis-snin sebg\u0127in? U \u017cgur li le. Kienu bosta dawk li huma onesti u li g\u0127andhom xi ftit tad-di\u010benza li telqu mill-partit meta raw dak li kien qed ise\u0127\u0127\u2019. Ma jidhrilekx li hawn kellha ra\u0121un?,\u201d Tim Sebastian jistaqsi lil Varist b&#8217;ton retoriku.<\/p>\n<p>Ikompli jikkwota dak li kienet kitbet Daphne u jg\u0127id li Evarist Bartolo &#8211; bil-prin\u010bipju kollha li jg\u0127id li g\u0127andu &#8211; hu u jirkeb &#8220;il-karru g\u0127atxan g\u0127all-poter ta&#8217; Joseph Muscat&#8221;, g\u0127amel il-kompromessi mal-kuxjenza dwar il-korruzzjoni.<\/p>\n<p>U Varist, bil-frosta f&#8217;idu jag\u0127ti fuq dahru, wie\u0121eb li \u201cbil-mod \u010bkejken tieg\u0127i, g\u0127amilt dak li stajt biex nipprova nbiddel l-affarijiet.\u201d<\/p>\n<p>Araw ftit kemm kien \u010bkejken l-e\u017cempju ta&#8217; Varist paragunat mal-kura\u0121\u0121 u mas-sagrifi\u010b\u010bju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Sentejn ilu Tim Sebastian kien intervista lil Chris Fearne li matulha kien g\u0127amel minn kollox biex ji\u010b\u0127ad li l-gvern tieg\u0127u kien mg\u0127arraq fil-korruzzjoni u li kien naqas fid-dmir tieg\u0127u li jara li l-kriti\u010bi tieg\u0127u ma jispi\u010b\u010bawx trietaq permezz ta&#8217; xi karrozza-bomba. Minn dakinhar tal-intervista &#8216;l hawn, se\u0127\u0127ew \u0127afna \u017cviluppi. Joseph Muscat m&#8217;g\u0127adux prim ministru wara [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":88061,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/88066\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=88066"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/88066\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":88076,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/88066\/revisions\/88076\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/88061\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=88066"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=88066"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=88066"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}