{"id":88557,"date":"2020-03-24T08:47:06","date_gmt":"2020-03-24T07:47:06","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=88557"},"modified":"2020-03-24T11:33:06","modified_gmt":"2020-03-24T10:33:06","slug":"il-produtturi-lokali-tal-films-talbu-lill-ombudsman-biex-jinvestiga-l-imgieba-korrotta-tal-kummissarju-dwar-il-films","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/03\/il-produtturi-lokali-tal-films-talbu-lill-ombudsman-biex-jinvestiga-l-imgieba-korrotta-tal-kummissarju-dwar-il-films\/","title":{"rendered":"Il-produtturi lokali tal-films talbu lill-Ombudsman biex jinvestiga l-&#8220;im\u0121ieba korrotta&#8221; tal-Kummissarju dwar il-Films"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-88553\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/61039025_2433209963370129_944509492173733888_n.jpg\" alt=\"\" width=\"960\" height=\"720\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/61039025_2433209963370129_944509492173733888_n-200x150.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/61039025_2433209963370129_944509492173733888_n-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/61039025_2433209963370129_944509492173733888_n-400x300.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/61039025_2433209963370129_944509492173733888_n-600x450.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/61039025_2433209963370129_944509492173733888_n-768x576.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/61039025_2433209963370129_944509492173733888_n-800x600.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/61039025_2433209963370129_944509492173733888_n.jpg 960w\" sizes=\"(max-width: 960px) 100vw, 960px\" \/><\/p>\n<p>L-<em>Ombudsman<\/em> intalab mill-produtturi lokali tal-films sabiex jinvestiga lill-Kummissarju dwar il-Films Johann Grech u dan erba&#8217; \u0121img\u0127at wara li xxandru rapporti fl-istampa li huwa kien \u0127assar l-ismijiet tal-bi\u010b\u010ba &#8216;l kbira tag\u0127hom minn fuq lista uffi\u010bjali ta&#8217; produtturi lokali tal-films li l-Kummissjoni soltu tg\u0127addi lill-produtturi tal-films barranin meta dawn ji\u0121u Malta biex i\u0127addmu lin-nies.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/02\/corruption-in-the-local-film-industry-firing-the-commissioner-is-not-enough-though-its-a-start\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Minkejja l-provi li xxandru minn <em>The Shift News<\/em><\/a>, &#8220;Johann Grech baqa&#8217; fil-kariga u ma nbdiet ebda investigazzjoni. Dan ma jistax \u0127lief ifisser li l-impunit\u00e0 qieg\u0127da u baqg\u0127et tirrenja&#8221;.<\/p>\n<p>Il-produtturi lokali tal-films li huma msie\u0127ba fil-<em>Malta Producers Association <\/em>(MPA) iltaqg\u0127u mal-Ministru responsabbli Julia Farrugia li, skont huma, &#8220;qablet li l-affarijiet ma kienux saru kif suppost u li, in vista tal-kariga li g\u0127andu, Johann Grech ikun je\u0127tie\u0121 li ji\u0121i sospi\u017c sakemm tintemm investigazzjoni&#8221;. Madankollu &#8220;ma se\u0127\u0127 xejn partikolari&#8221;.<\/p>\n<p>L-Asso\u010bjazzjoni nnotat li kienet tqabbdet kumpannija tal-awdituri biex tniedi <em>operational review<\/em> tal-Kummissjoni dwar il-Films i\u017cda tal-MPA qalu li dan l-e\u017cer\u010bizzju &#8220;ma jammontax g\u0127al investigazzjoni dwar l-operat ta&#8217; bniedem li bidel il-Kummissjoni dwar il-Films f&#8217;imperu personali tieg\u0127u li ja\u0127dem b&#8217;ri\u017cq il-ftit u li j\u010ba\u0127\u0127ad l-opportunitajiet g\u0127all-bqija&#8221;.<\/p>\n<p>Johann Grech kien impjegat mal-Partit Laburista u g\u0127al xi \u017cmien \u0127adem fl-uffi\u010b\u010bju ta&#8217; Joseph Muscat. Huwa \u0127adem g\u0127al Robert Abela fl-elezzjoni li saret f&#8217;Jannar li g\u0127adda g\u0127al mexxej tal-partit.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-Ombudsman intalab mill-produtturi lokali tal-films sabiex jinvestiga lill-Kummissarju dwar il-Films Johann Grech u dan erba&#8217; \u0121img\u0127at wara li xxandru rapporti fl-istampa li huwa kien \u0127assar l-ismijiet tal-bi\u010b\u010ba &#8216;l kbira tag\u0127hom minn fuq lista uffi\u010bjali ta&#8217; produtturi lokali tal-films li l-Kummissjoni soltu tg\u0127addi lill-produtturi tal-films barranin meta dawn ji\u0121u Malta biex i\u0127addmu lin-nies. Minkejja l-provi li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":88554,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/88557\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=88557"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/88557\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":88558,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/88557\/revisions\/88558\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/88554\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=88557"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=88557"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=88557"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}