{"id":88838,"date":"2020-04-03T13:50:17","date_gmt":"2020-04-03T11:50:17","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=88838"},"modified":"2020-04-03T20:45:31","modified_gmt":"2020-04-03T18:45:31","slug":"id-deputat-mexxej-tal-labour-warrab-mill-arena-politika-minghajr-ma-rrizenja-mill-kariga-li-ghandu-fil-partit","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/04\/id-deputat-mexxej-tal-labour-warrab-mill-arena-politika-minghajr-ma-rrizenja-mill-kariga-li-ghandu-fil-partit\/","title":{"rendered":"Id-Deputat Mexxej tal-Labour warrab mill-arena politika ming\u0127ajr ma rri\u017cenja mill-kariga li g\u0127andu fil-partit"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-88834\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/43e4f663-4c85-420d-a4c2-8cfea8aeddb4.jpg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"473\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/43e4f663-4c85-420d-a4c2-8cfea8aeddb4-200x138.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/43e4f663-4c85-420d-a4c2-8cfea8aeddb4-300x207.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/43e4f663-4c85-420d-a4c2-8cfea8aeddb4-400x277.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/43e4f663-4c85-420d-a4c2-8cfea8aeddb4-600x415.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/43e4f663-4c85-420d-a4c2-8cfea8aeddb4.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>Id-deputat mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona ma rajnie\u0127x b&#8217;nemes kemm ilu li warrab Joseph Muscat u kemm ilu li n\u0127atar il-kabinett il-\u0121did ta&#8217; Robert Abela.<\/p>\n<p>Flimkien ma&#8217; Konrad Mizzi \u2013 wie\u0127ed mill-kollaboraturi ewlenin fil-kabinett ta&#8217; Joseph Muscat \u2013 u, m&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, Joseph Muscat innifsu, Chris Cardona baqa&#8217; ma ng\u0127atax kariga ministerjali mill-prim ministru l-\u0121did.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/99782\/chris_cardona_insists_it_was_his_decision_not_to_be_minister_in_robert_abelas_cabinet#.XocejtMzbb0\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">F&#8217;Jannar li g\u0127adda lill-\u0121urnal <em>MaltaToday<\/em> Chris Cardona kien qallu li Robert Abela kien offrielu kariga minsterjali i\u017cda kien hu stess li g\u0127a\u017cel li jibqa&#8217; barra mill-kabinett.<\/a> F&#8217;din l-intervista, Chris Cardona kien qal li \u201cmin\u0127abba \u010b-\u010birkostanzi je\u0127tie\u0121 li jiffoka fuq xog\u0127ol tal-partit aktar minn fuq xog\u0127ol ministerjali.\u201d Qal ukoll li kien bi \u0127siebu jibqa&#8217; fil-kariga ta&#8217; deputat mexxej g\u0127all-affarijiet tal-partit fi \u0127dan l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista u stqarr li Robert Abela talbu sabiex iqatta&#8217; aktar \u0127in fuq kwistjonijiet li g\u0127andhom x&#8217;jaqsmu mal-partit.<\/p>\n<p>\u201cIl-Prim Ministru, li hu wkoll il-mexxej tal-partit, qal li l-partit je\u0127tie\u0121 persuna bl-esperjenza li g\u0127andu hu biex ig\u0127inu jimxi &#8216;l quddiem u jien ninsab kuntent nag\u0127mel dan ix-xog\u0127ol,\u201d \u0121ie kkwotat li qal.<\/p>\n<p>I\u017cda Chris Cardona ilu ma jidher f&#8217;xi attivit\u00e0 tal-partit mill-bidu ta&#8217; Jannar u naqas li jattendi g\u0127al diversi laqg\u0127at tal-kumitat e\u017cekuttiv tal-Partit Laburista.<\/p>\n<p>Hawn jidher li g\u0127andna ka\u017c ta&#8217; politiku li jokkupa t-tieni kariga l-aktar importanti ta&#8217; partit li jinsab fil-gvern i\u017cda li hu distakkat mill-attivitajiet tal-istess partit.<\/p>\n<p>Chris Cardona kien ministru mill-aktar kontroversjali bi stil ta&#8217; \u0127ajja kemmxejn problematiku. Waqt li kien fil-kariga, kemm il-darba kien jidher xurban fil-pubbliku. F&#8217;Jannar 2017, Daphne Caruana Galizia kienet irrappurtat li, waqt li kien fuq \u017cjara uffi\u010bjali relatata mal-Unjoni Ewropea,\u00a0 kien kellu x&#8217;jaqsam sesswalment fl-istess \u0127in ma&#8217; uffi\u010bjal fil-Ministeru tieg\u0127u u ma&#8217; prostituta f&#8217;burdell fil-\u0120ermanja.<\/p>\n<p>Huwa kien \u010ba\u0127ad din l-istorja u kien g\u0127amel numru ta&#8217; kaw\u017ci ta&#8217; libell u qabad triq li ma kellha ebda pre\u010bedent meta g\u0127amel mandati ta&#8217; sekwestru fuq il-kont bankarju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Lill-Qorti ma kienx irnexxielu jipperswadiha twarrab provi mi\u0121burin mil-<em>location data<\/em> tal-<em>mobile<\/em> tieg\u0127u, liema provi setg\u0127u jikkonfermaw il-lokalit\u00e0 li kien fiha f&#8217;dak il-famu\u017c lejl.<\/p>\n<p>Wara li kienet \u0121iet assassinata Daphne Caruana Galizia, l-ka\u017c tieg\u0127u kien \u0121ie kan\u010bellat mill-Qorti wara li naqas li jitla&#8217; jixhed. G\u0127aldaqstant l-akku\u017ca li hu kien mar f&#8217;burdell waqt li kien fuq xog\u0127ol uffi\u010bjali g\u0127adha hemm.<\/p>\n<p>Ismu baqa&#8217; jissemma&#8217; f&#8217;kontroversji meta, f&#8217;ittra allegatament miktuba minn dak li kien i\u010b-<em>chief of staff<\/em> ta&#8217; Joseph Muscat, Keith Schembri lil Yorgen Fenech &#8211; persuna akku\u017cata bil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia &#8211; liema ittra twasslet mit-tabib tag\u0127hom stess, ing\u0127ataw struzzjonijiet lil Yorgen Fenech dwar kif dan g\u0127andu jitfa&#8217; t-tort tad-delitt fuq Chris Cardona.<\/p>\n<p>Din l-istorja forsi g\u0127ad tista&#8217; titwemmen g\u0127aliex Chris Cardona kien inqabad jigdeb diversi drabi dwar laqg\u0127at li kellu ma&#8217; wie\u0127ed mit-tliet assassini li hu mixli li kien wie\u0127ed minn dawk li wettqu d-delitt. Chris Cardona kien ukoll so\u010bju f&#8217;uffi\u010b\u010bju legali ma&#8217; David Gatt, persuna li kienet \u0121iet mixlija &#8211; u aktar tard kienet \u0121iet liberata \u2013 li kienet il-mo\u0127\u0127 wara serqa minn bank li fiha kien imda\u0127\u0127al wie\u0127ed mill-mixlija bil-qtil ta&#8217; Daphne.<\/p>\n<p>F&#8217;Novembru l-pulizija kienu nterrogaw lil Chris Cardona i\u017cda dan ma n\u017cammx arrestat. Lejn tmiem l-2019, fl-eqqel tal-kri\u017ci, Chris Cardona kien \u201cissospenda lilu nnifsu\u201d mid-dmirijiet ministerjali tieg\u0127u \u201cbiex ikun jista&#8217; jnaddaf ismu\u201d. Il-li\u0121ijiet tag\u0127na ma jipprovdux g\u0127all-awto-sospensjonijiet u Chris Cardona f&#8217;dak i\u017c-\u017cmien xorta wa\u0127da kien hemm min ra\u0127 kemm il-darba fl-uffi\u010b\u010bju ministerjali tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Aktar tard u, fi \u017cmien li g\u0127a\u017cel hu stess, Chris Cardona iddikjara li l-awto-sospensjoni tieg\u0127u kienet \u0121iet fi tmiemha.<\/p>\n<p>Madankollu, wara xi ftit \u0121img\u0127at, huwa\u00a0 ma kompliex jattendi g\u0127al laqg\u0127at u attivitajiet tal-gvern u tal-partit.<\/p>\n<p>G\u0127ejjun tal-Partit Laburista jg\u0127idu li l-mexxej tal-partit u prim ministru Robert Abela issa qed jikkonsidra l-pass li jmiss sabiex i\u0121ieg\u0127el lil Chris Cardona jwarrab mill-kariga li g\u0127andu fil-partit. Sal-lum Chris Cardona g\u0127adu membru parlamentari.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Id-deputat mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona ma rajnie\u0127x b&#8217;nemes kemm ilu li warrab Joseph Muscat u kemm ilu li n\u0127atar il-kabinett il-\u0121did ta&#8217; Robert Abela. Flimkien ma&#8217; Konrad Mizzi \u2013 wie\u0127ed mill-kollaboraturi ewlenin fil-kabinett ta&#8217; Joseph Muscat \u2013 u, m&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, Joseph Muscat innifsu, Chris Cardona baqa&#8217; ma ng\u0127atax kariga ministerjali mill-prim ministru l-\u0121did. [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":88835,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/88838\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=88838"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/88838\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":88851,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/88838\/revisions\/88851\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/88835\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=88838"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=88838"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=88838"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}