{"id":88872,"date":"2020-04-05T09:41:21","date_gmt":"2020-04-05T07:41:21","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=88872"},"modified":"2020-04-05T17:22:04","modified_gmt":"2020-04-05T15:22:04","slug":"il-fake-news-ta-toni-zarb","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/04\/il-fake-news-ta-toni-zarb\/","title":{"rendered":"Il-fake news ta&#8217; Toni Zarb"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/media-organisations-to-receive-some-form-of-aid-government-pledges.783071\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">\u0120ie rappurtat li l-gvern qed iwieg\u0127ed xi forma ta&#8217; g\u0127ajnuna lis-sidien tal-mezzi tal-istampa u x-xandir sabiex dawn ikunu jistg\u0127u jibqg\u0127u fil-wi\u010b\u010b waqt il-kri\u017ci tal-<em>coronavirus<\/em>.<\/a> Madankollu jidher li l-gvern ma xandarx wisq dettalji dwar din l-g\u0127ajnuna, dwar min ser jikkwalifika g\u0127aliha, dwar liema huma l-kriterji li jikkwalifikaw g\u0127all-g\u0127ajnuna u dwar jekk hemmx xi kundizzjonijiet wara l-g\u0127oti tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Il-gvern jidher li mpenja ru\u0127u li jipprovdi l-g\u0127ajnuna wara li saru sej\u0127iet mit-<em>Times of Malta<\/em>, mill-<em>Malta Independent<\/em> u mill-<em>MaltaToday<\/em> li lkoll qed jaraw il-qamar fil-bir min\u0127abba tnaqqis kbir fi d\u0127ul mir-reklamar li qed isofru u li hu kaw\u017cat mill-kri\u017ci ekonomika li \u0121abet mag\u0127ha l-epidemija.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/03\/the-sunday-times-the-right-to-be-informed\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Jien appo\u0121\u0121jajt u bqajt nappo\u0121\u0121ja s-sej\u0127iet biex il-mezzi tal-istampa u x-xandir indipendenti jing\u0127ataw g\u0127ajnuna finanzjarja mill-istat.<\/a> Irrid nag\u0127mluha \u010bara li l-g\u0127ajnuna g\u0127andha ting\u0127ata mill-istat u mhux mill-gvern. G\u0127ax hemm distinzjoni bejn l-istat u l-gvern. Biex ma n\u0127awwadx l-im\u0127u\u0127, ser nissimplifika: de\u010bi\u017cjonijiet dwar kemm g\u0127andhom isiru \u0127lasijiet, kemm il-darba g\u0127andhom isiru dawn il-\u0127lasijiet, lil min g\u0127andhom isiru u meta g\u0127andhom isiru, m&#8217;g\u0127andhomx jittie\u0127du minn prim ministri jew minn ministri tal-gvern.<\/p>\n<p>Dan li qed nikteb m&#8217;huwiex xi \u0127a\u0121a ta&#8217; barra minn hawn. Il-prim ministru ma jistax jinda\u0127al dwar jekk im\u0127allef g\u0127andux jit\u0127allas il-paga tieg\u0127u g\u0127al dan ix-xahar jew le, anki jekk dan ikun qata&#8217; sentenza fil-qorti kontra l-gvern. L-istess jista&#8217; jing\u0127ad g\u0127all-ministru tas-sa\u0127\u0127a. Dan ma jistax jaqbad u j\u0127assar l-appuntamenti fl-isptar li jkollhom dawk li jkunu vvutaw lill-partit avversarju. Din hi appuntu r-ra\u0121uni l-g\u0127ala fil-pajji\u017c g\u0127andna li\u0121ijiet li jag\u0127mlu limitu fuq dak li jista&#8217; jag\u0127mel jew ma jag\u0127milx il-gvern bi flusna.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, mhux kul\u0127add jista&#8217; jserra\u0127 rasu b&#8217;dawn is-salvagwardji.<\/p>\n<p>Hemm ukoll min ma jaqbilx mal-idea li g\u0127andha ting\u0127ata g\u0127ajnuna mill-istat lill-mezzi tax-xandir. Fost dawn, hemm min iqis lill-mezzi tax-xandir b\u0127al kwalukwe negozju ie\u0127or. F&#8217;\u010birkostanzi normali, negozju li ma jkollux il-\u0127ila li \u00a0 jla\u0127\u0127aq mal-\u0127ti\u0121ijiet tal-konsumaturi, jkollu jerfa&#8217; u jag\u0127laq il-bibien tieg\u0127u. Min fl-2002 kien imexxi \u0127anut li jikri d-DVDs, fl-2020 m&#8217;g\u0127andux jistenna&#8217; li jing\u0127ata s-sussidji biex jibqa&#8217; fl-istess negozju. Skont ir-ra\u0121unar ta&#8217; din it-tixbiha, jekk allura n-nies tag\u0127\u017cel li tag\u0127mel u\u017cu mill-<em>Facebook<\/em> biex tir\u010bievi l-informazzjoni li tkun te\u0127tie\u0121, il-\u0121urnali, r-radjijiet, il-<em>websites<\/em> u l-istazzjonijiet tal-televi\u017cjoni m&#8217;g\u0127andhomx jistennew li jing\u0127ataw is-sussidji.<\/p>\n<p>Madankollu je\u0127tie\u0121 li wie\u0127ed jiftakar li bis-sa\u0127\u0127a tal-popolarizzazzjoni tal-informazzjoni, partikolarment permezz tal-<em>Facebook<\/em>, il-valuri tal-verifika, tal-lealt\u00e0 lejn il-verit\u00e0 u tal-pluralit\u00e0 tal-fehmiet &#8211; ilkoll valuri li l-mezzi tal-istampa u x-xandir indipendenti huma dejjem mistennija li j\u0127arsu &#8211; m&#8217;g\u0127andhomx meqjusin b\u0127ala priorit\u00e0. B\u0127al kull attivit\u00e0 o\u0127ra tal-bniedem, il-\u0121udizzju dwar il-mezzi tax-xandir indipendenti huwa msejjes fuq in-numru ta&#8217; drabi li dawn iwarrbu dawn il-valuri. I\u017cda huwa dejjem a\u0127jar li jkollna mezzi tax-xandir indipendenti li xi drabi jwarrbu dawn il-valuri milli jkollna l-kaos li \u0121abu mag\u0127hom il-mezzi tal-media so\u010bjali.<\/p>\n<p>Il-kaos jaf iservi ta&#8217; sellum. U dawk li qed jg\u0127umu fil-flus g\u0127arfu jisfruttaw l-illu\u017cjoni li l-media so\u010bjali tinsab bejn \u0127alltejn dwar dak li xxandar permezz ta&#8217; nfieq flejjes fil-<em>Facebook<\/em> sabiex ir-realt\u00e0 ti\u0121i mg\u0127aww\u0121a favur tag\u0127hom. <a href=\"https:\/\/theshiftnews.com\/2019\/02\/22\/government-spent-over-e66000-on-promoting-the-2019-budget\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Bi\u017c\u017cejjed wie\u0127ed isemmi l-flejjes kbar li ntefqu mill-gvern ta&#8217; Joseph Muscat fil-<em>Facebook.<\/em><\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/konrad-mizzis-facebook-page-breached-of-code-of-ethics.754642\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Kien, wara kollox, Konrad Mizzi li ma kien idejjaq xejn li jdardar lil kul\u0127add meta xtara spazju fuq il-<em>Facebook<\/em> u deher bla waqfien fuq in-<em>newsfeeds<\/em> tan-nies<\/a> u dan minflok qag\u0127ad g\u0127all-mistoqsijiet tal-\u0121urnalisti li kienu qed jippruvaw i\u0121ieg\u0127luh ig\u0127id il-verit\u00e0.<\/p>\n<p>Hemm ukoll dawk li jib\u017cg\u0127u li l-g\u0127oti tas-sussidji mill-istat jista&#8217; jwassal biex il-gvern ikollu g\u0127odda f&#8217;idejh li biha jkun f&#8217;po\u017cizzjoni li jikkontrolla lill-mezzi tax-xandir indipendenti u li j\u0121ieg\u0127lhom isiru l-portavu\u010bi tieg\u0127u. <a href=\"https:\/\/theshiftnews.com\/2020\/04\/02\/state-funding-of-the-independent-media\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Ta&#8217; <em>The Shift News<\/em> tkellmu dwar dan 3 ijiem ilu u wissew lil dawk il-mezzi tal-istampa u x-xandir indipendenti li qed jitolbu s-sussidji ming\u0127and il-gvern biex joqg\u0127odu attenti li ma jispi\u010b\u010bawx jipprostitwixxu ru\u0127hom.<\/a> Dan kliemhom, mhux kliemi.<\/p>\n<p>Din il-bi\u017ca&#8217; hi \u0121ustifikata u wie\u0127ed jista&#8217; tifhem g\u0127aliex. Il-gvern qed jag\u0127mel pressjoni biex jara li le\u0127nu jissemma&#8217; mill-mezzi tax-xandir indipendenti. U nafu kif u\u0127ud minn dawn il-mezzi fl-img\u0127oddi \u010bedew g\u0127al din il-pressjoni.<\/p>\n<p>Araw ftit il-mod kif l-editur tal-<em>MaltaToday<\/em> Saviour Balzan &#8211; kif kien ammetta huwa stess &#8211; kien tant imsa\u0127\u0127ar b&#8217;Joseph Muscat u b&#8217;Keith Schembri. G\u0127alkemm dan mhux ser jammettih, je\u017cisti suspett ra\u0121jonevoli li din l-infatwazzjoni ta&#8217; Saviour kienet wasslet lill-gvern biex jirreklama aktar permezz tal-\u0121urnal tieg\u0127u.<\/p>\n<p>U meta Keith Schembri kien g\u0127adu m&#8217;huwiex fil-gvern, lil Adrian Hillman &#8211; li kien il-kbir tal-kumpannija li tmexxi t-<em>Times of Malta<\/em> &#8211; spi\u010b\u010baw biex g\u0127amluh l-ilsir tal-Partit Laburista wara li dan \u0121ie mwieg\u0127ed mhux biss is-setg\u0127a i\u017cda wkoll mill-inqas \u20ac650,000 f&#8217;kontijiet bankarji barra minn Malta.<\/p>\n<p>U biex tkompli tg\u0127aqad, meta telg\u0127u fil-gvern tal-Labour nefqu flus tal-poplu\u00a0 f&#8217;riklami g\u0127all-benefi\u010b\u010bju ta&#8217; dawk il-mezzi tal-istampa u x-xandir li setg\u0127u ji\u0121u nfluwenzati biex jag\u0127mlu tif\u0127ir editorjali lill-gvern.<\/p>\n<p>Din ma kinitx xi politika fit-tul g\u0127all-gvern g\u0127aliex lejn tmiem l-2019 il-mezzi tax-xandir indipendenti kollha spi\u010b\u010baw biex daru kontra Joseph Muscat.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-88862\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/poster.jpg\" alt=\"\" width=\"960\" height=\"364\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/poster-200x76.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/poster-300x114.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/poster-400x152.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/poster-600x228.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/poster-768x291.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/poster-800x303.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/poster.jpg 960w\" sizes=\"(max-width: 960px) 100vw, 960px\" \/><\/p>\n<p>Vallapena li wie\u0127ed joqg\u0127od jie\u0127u riskju billi jer\u0121a&#8217; jaqbad din it-triq ta&#8217; dipendenza fuq il-gvern?<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, xi esponenti tal-Labour qed jaraw id-diffikultajiet li qed jiffa\u010b\u010bjaw il-mezzi tal-istampa u x-xandir indipendenti b\u0127ala opportunit\u00e0. Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dak li kiteb Tony Zarb.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Ftony.zarb.5%2Fposts%2F2730188627093669&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"479\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Dan kiteb dwar \u2018<em>Fake News<\/em>\u2019 mhux b&#8217;kumbinazzjoni. Kemm Tony Zarb kif ukoll il-partit u l-gvern tieg\u0127u, kemm il-darba g\u0127amlu u\u017cu minn dan il-kliem biex jippruvaw igiddbu l-kxif tal-iskandli tal-gvern Laburista. G\u0127alihom, l-iskandlu tal-Panama, is-serqa tal-<em>Electrogas,<\/em> it-ta\u0127wida tal-isptarijiet huma lkoll <i>fake news.\u00a0<\/i><\/p>\n<p><i><\/i>U dawn kienu l-istess nies li kienu g\u0127amlu l-almu kollu tag\u0127hom biex jivvintaw stejjer b\u0127al meta \u0127ar\u0121u bil-\u0127rafa li kienu l-a\u0127wa Caruana Galizia stess li kienu qatlu lil ommhom.<\/p>\n<p>G\u0127alihom l-istejjer kollha li ma n\u0127ar\u0121ux mill-Partit huma f<em>ake news. <\/em>Dik hi l-fehma ta&#8217; g\u0127orrief b\u0127al Tony Zarb, hu u jitkellem f&#8217;isem Joseph Muscat jew Robert Abela.<\/p>\n<p>B&#8217;xorti tajba g\u0127all-pajji\u017cna, Joseph Muscat kien le\u0127aq twarrab mis-setg\u0127a qabel waslet fi xtutna l-epidemija tal-<em>coronavirus.<\/em> Qed ng\u0127id dan g\u0127aliex, li kieku Joseph Muscat ftit xhur o\u0127ra fis-setg\u0127a, ibqg\u0127u \u010berti li kien jipprova ju\u017ca l-kri\u017ci biex isewwi r-reputazzjoni tieg\u0127u u fl-istess \u0127in kien jaljena l-attenzjoni tan-nies minn fuq l-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127u u fuq l-involviment tieg\u0127u fil-<em>cover-up<\/em> ta&#8217; assassinju.<\/p>\n<p>B&#8217;daqshekk m&#8217;jinix ng\u0127id li ninsabu xxurtjati li g\u0127andna lil Robert Abela. Li qed ng\u0127id hu li Joseph Muscat x&#8217;aktarx li kien ida\u0127\u0127al fil-pajji\u017c <a href=\"https:\/\/www.theguardian.com\/world\/2020\/mar\/31\/hungary-emergency-law-incompatible-with-being-in-eu-say-meps-group-viktor-orban\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">li\u0121ijiet li jixb\u0127u dawk li da\u0127\u0127al Victor Orban fl-Ungerija dwar il-\u201cfake news\u201d<\/a>.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-large wp-image-88864\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/tony-zarb-1024x575.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"575\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/tony-zarb-200x112.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/tony-zarb-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/tony-zarb-400x224.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/tony-zarb-600x337.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/tony-zarb-768x431.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/tony-zarb-800x449.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/tony-zarb.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p>Il-fehmiet ta&#8217; Tony Zarb minn kienu dejjem riflessjoni tal-mod kif jifhimha l-gvern ta&#8217; Joseph Muscat. Dik il-kitba tieg\u0127u fil-<em>Facebook<\/em> kienet wa\u0127da tabil\u0127aqq insidju\u017ca. Indirettament huwa jirrikonoxxi li l-istampa u x-xandir indipendenti ma jkunux jistg\u0127u jkampaw ming\u0127ajr g\u0127ajnuna finanzjarja mill-istat. I\u017cda huwa jorbot din l-g\u0127ajnuna mal-kundizzjoni li g\u0127andu jkun hemm lejalt\u00e0 assoluta fil-konfront tal-linja uffi\u010bjali tal-gvern. Dan ma jistax \u0127lief ifisser li Tony Zarb jaqbel li dawn il-mezzi tax-xandir indipendenti g\u0127andhom jerfg\u0127u i jag\u0127lqu jekk dawn ma jappo\u0121\u0121jawx il-ver\u017cjoni Laburista tar-realt\u00e0.<\/p>\n<p>Sitwazzjoni b\u0127al din ma tista&#8217; qatt tkun a\u010b\u010bettabbli. U m&#8217;g\u0127andix dubju li dak li kiteb dan l-a\u0127\u0127ar Tony Zarb jirrifletti wkoll il-\u0127siibijiet ta&#8217; Robert Abela.<\/p>\n<p>Dan g\u0127andu jfisser li l-mezzi tal-istampa u x-xandir indipendenti m&#8217;g\u0127andhomx ja\u010b\u010bettaw l-g\u0127ajnuna finanzjarja mill-istat? G\u0127andu jfisser li kemm il-darba ja\u010b\u010bettaw din l-g\u0127ajnuna, jkunu qed jikkompromettu l-indipendenza tag\u0127hom?<\/p>\n<p>Ma na\u0127sibx li dan huwa l-ka\u017c. Mezzi tal-istampa u x-xandir li huma finanzjanti minn flus pubbli\u010bi xorta wa\u0127da jistg\u0127u i\u0127arsu l-indipanedenza tag\u0127hom jekk ikollhom bi\u017c\u017cejjed \u0127e\u0121\u0121a li j\u0127arsu l-awtonomija tag\u0127hom. G\u0127amlu paragun bejn it-TVM u l-BBC, g\u0127alkemm il-paragun mal-mezzi tax-xandir indipendenti jista&#8217; forsi ma jre\u0121ix daqshekk.<\/p>\n<p>I\u017cda jekk jien nag\u0127\u017cel li nag\u0127mel u\u017cu mis-servizzi medi\u010bi b&#8217;xejn tal-isptarijiet tal-gvern jew nibg\u0127at lil uliedi fl-iskejjel tal-gvern, b&#8217;daqshekk inkun qed nikkomprometti l-indipendenza tal-\u0121urnali\u017cmu tieg\u0127i? Tony Zarb m&#8217;g\u0127andux il-\u0127ila li jiddistingwi bejn l-istat u l-gvern li jappo\u0121\u0121ja. G\u0127andna nag\u0127mlu b\u0127alu? \u010aertament li le.<\/p>\n<p>Tony Zarb jkun jixtieqna nag\u0127mlu b\u0127alu g\u0127aliex tg\u0127idx kemm jog\u0127rok idejh lil kieku t-<em>Times of Malta, The Malta Independent <\/em>u<em> MaltaToday<\/em> kellhom jag\u0127lqu l-bibien tag\u0127hom u l-pajji\u017c jispi\u010b\u010ba jsir dipendenti mill-kitbiet tieg\u0127u ta&#8217; fuq il-<em>Facebook. <\/em><\/p>\n<p>M&#8217;a\u0127niex daqshekk boloh.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u0120ie rappurtat li l-gvern qed iwieg\u0127ed xi forma ta&#8217; g\u0127ajnuna lis-sidien tal-mezzi tal-istampa u x-xandir sabiex dawn ikunu jistg\u0127u jibqg\u0127u fil-wi\u010b\u010b waqt il-kri\u017ci tal-coronavirus. Madankollu jidher li l-gvern ma xandarx wisq dettalji dwar din l-g\u0127ajnuna, dwar min ser jikkwalifika g\u0127aliha, dwar liema huma l-kriterji li jikkwalifikaw g\u0127all-g\u0127ajnuna u dwar jekk hemmx xi kundizzjonijiet wara l-g\u0127oti [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":88865,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/88872\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=88872"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/88872\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":88887,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/88872\/revisions\/88887\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/88865\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=88872"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=88872"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=88872"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}