{"id":8919,"date":"2018-07-18T09:49:08","date_gmt":"2018-07-18T07:49:08","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=8919"},"modified":"2018-07-23T09:11:07","modified_gmt":"2018-07-23T07:11:07","slug":"immansa-u-mmuta","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/07\/immansa-u-mmuta\/","title":{"rendered":"Immansa u mmuta"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8897\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/esm_am_2017_091_mt_bog_and_bod.jpg\" alt=\"\" width=\"664\" height=\"443\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/esm_am_2017_091_mt_bog_and_bod-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/esm_am_2017_091_mt_bog_and_bod-405x270.jpg 405w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/esm_am_2017_091_mt_bog_and_bod.jpg 664w\" sizes=\"(max-width: 664px) 100vw, 664px\" \/><\/p>\n<p>Meta fl-2013 tal-Labour telg\u0127u fil-gvern, inbeda&#8217; pro\u010bess ta&#8217; qtug\u0127 tal-irjus tal-bi\u010b\u010ba l-kbira &#8211; \u0127lief g\u0127al tnejn &#8211; tal-kapijiet tas-servizz \u010bivili. F&#8217;wirja ta&#8217; disprezz totali lejn l-istituzzjonijiet kostituzzjonali, il-gvern dabbar l-irjus tal-kap tas-servizz \u010bivili kif ukoll ta&#8217; kwa\u017ci s-segretarji &#8220;permanenti&#8221; kollha.<\/p>\n<p>Fost il-ftit li skansawha kien hemm Alfred Camilleri, li kienu u g\u0127adu Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi.<\/p>\n<p>Il-po\u017cizzjoni li jokkupa Alfred Camilleri hi wa\u0127da mill-aktar importanti fis-servizz \u010bivili kollu. Hi po\u017cizzjoni importanti daqs dik tal-Avukat \u0120enerali u tal-kap tas-servizz \u010bivili nnifsu. Fl-antik kienu jirreferu g\u0127alih b\u0127ala s-Segretarju Finanzjarju tal-gvern u kien ja\u0127dem id f&#8217;id mas-Segretarju Amministrattiv li issa huwa mag\u0127ruf b\u0127ala s-Segretarju Permanenti Prin\u010bipali.<\/p>\n<p>Qabel l-2013, Alfred Camilleri kien ferm rispettat u kellu wkoll \u010berta sa\u0127\u0127a fis-servizz \u010bivili. Kull de\u010bi\u017cjoni finanzjarja kienet tg\u0127addi mill-g\u0127arbiel tieg\u0127u u kull inizjattiva ministerjali kienet te\u0127el jekk ma kienx ikollha l-approvazzjoni tieg\u0127u. Kien impona dixxiplina stretta fuq l-infieq tal-gvern bil-g\u0127an li jpatti g\u0127all-i\u017cbilan\u010b. Nistg\u0127u ng\u0127idu li ta\u0127tu, l-inga\u0121\u0121 ta&#8217; \u0127addiema mal-gvern kien waqaf.<\/p>\n<p>Sa\u0127ansitra kien oppona lil Lawrence Gonzi meta l-prim ministru xtaq ira\u0127\u0127as il-kontijiet tad-dawl u l-ilma min\u0127abba l-iffrankar ta&#8217; spejje\u017c ta&#8217; ener\u0121ija li kien ser i\u0121ib mieg\u0127u il-<em>power station<\/em> il-\u0121did kif ukoll l-<em>interconnector<\/em> ma&#8217; Sqallija. Alfred Camilleri baqa&#8217; jinsisti li l-kontijiet setg\u0127u jitra\u0127\u0127su biss wara li jse\u0127\u0127 l-iffrankar tal-ispejje\u017c u mhux qabel. Din ma kienet xejn \u0127lief de\u010bi\u017cjoni ba\u017cata fuq il-prudenza u g\u0127aqal finanzjarju.<\/p>\n<p>Il-\u0127ila li kellu Alfred Camilleri li jieqaf lill-Ministri kienet \u0121ibdet l-ammirazzjoni ta&#8217; politi\u010bi anzjani li hu kien tant \u0127abbat. Lawrence Gonzi kien jipparagunah ma&#8217; Peter Grech li b\u0127ala Avukat \u0120enerali kien qisu bi\u010b\u010ba xa\u0127am f&#8217;karta. Peter Grech kien jin\u017cel rasu &#8216;l isfel saqaj\u0127 il-fuq jekk kien ja\u0127seb li l-prim ministru hekk riedu li jag\u0127mel. Lawrence Gonzi kien instema&#8217; mill-konsulenti tieg\u0127u jg\u0127id lil Peter Grech \u2018g\u0127idli int x&#8217;inhi l-fehma tieg\u0127ek, u mhux tg\u0127idli dak li ta\u0127seb li nixtieq nisma&#8217;. Diskors b\u0127al dan lil Alfred Camilleri ma kellux g\u0127alfejn ig\u0127idulu.<\/p>\n<p>\u0126add ma skanta meta imbag\u0127ad Peter Grech \u0127adem \u0127arir mal-gvern Laburista. Kull ma kellu jag\u0127mel kien li jkompli ji\u017cfen g\u0127ad-daqq tal-mu\u017ci\u010bist il-\u0121did.<\/p>\n<p>Ir-relazzjoni ta&#8217; Alfred Camilleri mal-gvern il-\u0121did hi misteru. Ma kien hemm ebda kolle\u0121jalit\u00e0 meta l-gvern beda&#8217; jaqta&#8217; l-irjus tal-kollegi tieg\u0127u kollha \u0127lief g\u0127al wie\u0127ed biss. U d-dixxiplina li kien impona fuq l-inga\u0121\u0121 tal-\u0127addiema mal-gvern taret mar-ri\u0127 hekk kif il-gvern beda&#8217; jinga\u0121\u0121ja il-<em>persons of trust<\/em> bl-addo\u010b\u010b.<\/p>\n<p>Barra minn hekk, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma tra\u0127\u0127su bit-tama li l-<em>power station<\/em> ta&#8217; Konrad Mizzi eventwalment tinbena&#8217; u tiffrankalna l-flus.<\/p>\n<p>Is-sussidji f&#8217;\u010berti oqsma baqg\u0127u ji\u017cdiedu u ttripplaw.<\/p>\n<p>Id-<em>direct orders<\/em> lill-ba\u017cu\u017cli saru r-regola u mhux l-e\u010b\u010bezzjoni.<\/p>\n<p>L-offerti pubbli\u010bi saru qishom mejda tal-qubbajd li minnha titqassam i\u010b-\u010bej\u010ba lill-favoriti tas-soltu.<\/p>\n<p>Regolaturi internazzjonali u a\u0121enziji tal-infurzar g\u0127andhom f&#8217;idejhom provi dwar l-inkompetenza grassa li hemm fi \u0127dan ir-regolaturi tag\u0127na stess.<\/p>\n<p>Fejn jid\u0127ol Alfred Camilleri f&#8217;dan kollu? X&#8217;sar minnu dak li qabel l-2013 kien jissielet b&#8217;tant qawwa mal-Ministri? Jaqaw intelaq mal-kurrent u ddakkar minn min jidhirlu li m&#8217;hemmx g\u0127alfejn dixxiplina fl-amministrazzjoni pubblika? Jew forsi issa l-priorit\u00e0 tieg\u0127u hi li j\u017comm fil-wi\u010b\u010b u li a\u0127jar ji\u0121bed lejn xawwatu? Ta&#8217; min jistaqsi jekk dan kollu kienx parti minn xi pjan imfassal qabel l-2013? B&#8217;dak li Alfred Camilleri kien jippriedka b&#8217;sa\u0127\u0127a qabel l-2013 kien qed jaqdi l-interessi tal-Oppo\u017cizzjoni Laburista li kellha l-voti x&#8217;tirba\u0127 frott id-dixxiplina fis-servizz \u010bivili?<\/p>\n<p>Nafu li hemm eluf ta&#8217; karti bil-firma tieg\u0127u fil-<em>files<\/em> tal-Ministeru tal-Finanzi li permezz tag\u0127hom kien jipprotesta kontra ruxxmata de\u010bi\u017cjonijiet me\u0127uda minn politi\u010bi. I\u017cda x&#8217;aktarx ikun hemm punt meta t-taqtig\u0127at interni ma jibqg\u0127ux fl-interess tal-pubbliku u jsiru forma ta&#8217; kompli\u010bit\u00e0 b&#8217;ri\u017cq tmexxija \u0127a\u017cina.<\/p>\n<p>Alfred Camilleri ma jistax jittama f&#8217;xi ma\u0127fra eventwali g\u0127ax forsi jin\u0127eba wara sku\u017ca li kien ta l-pariri tieg\u0127u kontra l-korruzzjoni u l-governanza \u0127a\u017cina ta&#8217; dan il-gvern. Sku\u017ca b\u0127al din kien Albert Speer li \u0127are\u0121 biha: li hu qatt ma spara lejn \u0127add. U dan minkejja l-fatt li l-armi kien qed jipprodu\u010bihom hu.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm fuq il-karta r-rwol tas-Segretarju Finanzjarju ma nbidilx mill-2013 &#8216;l hawn, dak li qed jokkupa din il-kariga jidher li g\u0127amel metamorfosi. Minn persuna stretta immens fuq id-dixxiplina, issa jidher li mmansa u immuta.<\/p>\n<p>Ta\u0127t Joseph Muscat, kull minn irid i\u017comm fil-wi\u010b\u010b ikollu j\u0127allas billi jarmi l-ba\u0127ar ir-responabbilt\u00e0, id-dinjt\u00e0 u r-rispett.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Meta fl-2013 tal-Labour telg\u0127u fil-gvern, inbeda&#8217; pro\u010bess ta&#8217; qtug\u0127 tal-irjus tal-bi\u010b\u010ba l-kbira &#8211; \u0127lief g\u0127al tnejn &#8211; tal-kapijiet tas-servizz \u010bivili. F&#8217;wirja ta&#8217; disprezz totali lejn l-istituzzjonijiet kostituzzjonali, il-gvern dabbar l-irjus tal-kap tas-servizz \u010bivili kif ukoll ta&#8217; kwa\u017ci s-segretarji &#8220;permanenti&#8221; kollha. Fost il-ftit li skansawha kien hemm Alfred Camilleri, li kienu u g\u0127adu Segretarju Permanenti fil-Ministeru [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8897,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8919\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=8919"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8919\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":8988,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8919\/revisions\/8988\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8897\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=8919"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=8919"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=8919"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}