{"id":8937,"date":"2018-07-19T16:38:58","date_gmt":"2018-07-19T14:38:58","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=8937"},"modified":"2018-07-23T09:09:50","modified_gmt":"2018-07-23T07:09:50","slug":"aghar-minn-buzullieqa","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/07\/aghar-minn-buzullieqa\/","title":{"rendered":"Ag\u0127ar minn bu\u017cullieqa"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180719\/local\/minister-fails-to-condemn-police-inaction-over-fiau-reports.684815?utm_source=tom&amp;utm_campaign=top5&amp;utm_medium=widget\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Araw lil Edward Scicluna jin\u0127all quddiem il-<em>microphones<\/em><\/a> tal-\u0121urnalisti u quddiem is-suppost \u0121urnalista li ta\u0127dem g\u0127all-Partit Laburista.<\/p>\n<p>It-twe\u0121ibiet tieg\u0127u huma kompletament neqsin mil-lo\u0121ika.<\/p>\n<p>Il-mistoqsijiet li sarulu ma sarux b&#8217;xi akku\u017ca kontra l-<em>FIAU<\/em> i\u017cda b&#8217;wa\u0127da kontra l-Pulizija talli din naqset li ta\u0121ixxi fuq dak li kienet skopriet l-istess <em>FIAU<\/em>. Din il-mistoqsija injoraha g\u0127al kollox. Naqas li jikkritika lill-Pulizija u minflok infexx jattakka lill-Ma\u0121istrati inkwirenti talli qed jie\u0127du \u017cmien twil biex jistabilixxu l-fatti.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, konvenjentement injora l-fatt li l-Ma\u0121istrati ma&#8217; jistg\u0127ux jie\u0127du post il-Pulizija kemm il-darba l-Pulizija tibqa&#8217; ma ti\u010b\u010baqlaqx. Ma jistg\u0127ux jordnaw arresti jew i\u0127arrku. Ma jistg\u0127ux jag\u0127mluha ta&#8217; prosekuturi.\u00a0 Dan il-Pulizija biss tista&#8217; tag\u0127mlu.<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad g\u0127adda biex tefa&#8217; botti kontra l-<em>whistleblowers<\/em> fl-<em>FIAU<\/em>. Ma messshomx marru g\u0127and il-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni bl-informazzjoni li kellhom, qalilna l-Ministru. &#8220;Li kieku kienu serji&#8221;, kien messhom marru g\u0127and il-Ma\u0121istrati.<\/p>\n<p>\u0126merija.<\/p>\n<p>Min fejn \u0121abha din li uffi\u010bjal tal-<em>FIAU<\/em> li jkun skopra ra\u0121unijiet serji biex tittie\u0127ed azzjoni kriminali g\u0127andu jmur g\u0127and Ma\u0121istrat? G\u0127ala allura m&#8217;g\u0127andux ukoll imur g\u0127and l-Ar\u010bisqof jew g\u0127and il-kow\u010b nazzjonali tal-football? Il-li\u0121i tg\u0127idlina \u010bar fejn g\u0127andu jmur: g\u0127andu jmur g\u0127and il-Pulizija.<\/p>\n<p>Meta kien g\u0127adu Kummissarju, Michael Cassar ing\u0127ata wie\u0127ed minn dawn ir-rapporti. U ta&#8217; \u0121ifa li hu, f&#8217;radda ta&#8217; salib irri\u017cenja u lebbet &#8216;il barra.<\/p>\n<p>U mbag\u0127ad il-buffu li g\u0127andna b\u0127alissa, mitluf kif kien fuq il-bajd ta&#8217; Joseph Muscat, in\u0127atar floku.<\/p>\n<p>Fi\u010b-\u010birkostanzi, l-investigatur jaf ben tajjeb dan li \u0121ej:<\/p>\n<ol>\n<li>Jaf li dak li rri\u017cultalu mhux se ji\u0121i investigat mill-Pulizija u li mhux se jsiru ta\u0127rikiet;<\/li>\n<\/ol>\n<p>I\u017cda ag\u0127ar minn hekk,<\/p>\n<p>2. Jaf li dawk involuti \u2014 ji\u0121ifieri Keith Schembri, Konrad Mizzi u rjus kbar o\u0127ra li g\u0127andhom \u0127afna aktar sa\u0127\u0127a milli qatt jista&#8217; jkollu hu \u2014 issa jafu dak kollu li \u0121ie rrappurtat dwarhom.<\/p>\n<p>Fil-ka\u017c li qed nitkellmu dwaru, nafu li l-investigaturi tal-<em>FIAU<\/em> spi\u010b\u010baw biex tke\u010b\u010bew talli dawn g\u0127amlu xog\u0127olhom.<\/p>\n<p>F&#8217;dak il-kuntest, &#8220;l-hekk imsejja\u0127 <em>whistleblower<\/em>&#8221; kif sejj\u0127ilhom Edward Scicluna, jistg\u0127u jmorru g\u0127and min jidhrilhom huma bl-informazzjoni li kienu \u0121abru. Huwa appuntu g\u0127al din ir-ra\u0121uni li dawn jissej\u0127u <em>whistleblowers:<\/em> g\u0127aliex l-istrutturi e\u017cistenti jsiru ostakli b&#8217;ri\u017cq it-tfittxija tal-verit\u00e0 u dawn l-ostakli jkun je\u0127tie\u0121 li jing\u0127elbu. U l-<em>whistleblowers<\/em> g\u0127andhom kull dritt li j\u0127arsu lilhom infushom. U g\u0127andhom id-dritt ukoll li jqabbdu lil \u0127addie\u0127or &#8220;biex imur g\u0127and il-Ma\u0121istrat&#8221;.<\/p>\n<p>U min jikxef imbag\u0127ad jista&#8217; jmur jin\u0127eba u jg\u0127ix \u0127ajja trankwilla.<\/p>\n<p>Il-\u0121urnalisti g\u0127alhekk qeg\u0127din hemm. Il-Membri tal-Parlament g\u0127alhekk qeg\u0127din hemm ukoll. Xog\u0127olhom hu li jaraw li l-gvern jin\u017camm kontabbli g\u0127all-g\u0127emil tieg\u0127u u dan ix-xog\u0127ol jista&#8217; jsir biss bil-g\u0127ajnuna ta&#8217; dawk li l-identit\u00e0 tag\u0127hom g\u0127andha tibqa&#8217; dejjem kunfidenzjali u li jkunu jafu b&#8217;informazzjoni li l-gvern ikun irid jostor.<\/p>\n<p>Indunajtu li Keith Schembri, Konrad Mizzi u Joseph Muscat kienu nqabdu li wettqu transazzjonijiet ille\u010bti mill-<em>FIAU<\/em>? Huma dawn it-tlieta li mbag\u0127ad raw kif g\u0127amlu biex il-Pulizija tibqa&#8217; \u010bassa minkejja l-informazzjoni kollha li kixfet il-<em>FIAU<\/em>.<\/p>\n<p>I\u017cda mill-banda l-o\u0127ra huwa Edward Scicluna li qed ikollu jin\u017cel g\u0127arkubbtejh fil-\u0127mie\u0121 inkallat biex jara li d-dg\u0127ajsa tal-gvern ma tinkaljax mal-blat. Tiftakru kemm ilkom ma taraw lil Keith Schembri, Konrad Mizzi u Joseph Muscat iwie\u0121bu mistoqsijiet imbarazzanti?<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Ti\u0121i f&#8217;mo\u0127\u0127na l-intervista famu\u017ca tal-bu\u017cullieq jew tal-<em>artful dodger<\/em>. Edward Scicluna \u0127are\u0121 ag\u0127ar minn bu\u017cullieqa.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8935\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/edward_scicluna_ecofin_valletta.jpg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"508\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/edward_scicluna_ecofin_valletta-300x223.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/edward_scicluna_ecofin_valletta-364x270.jpg 364w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/edward_scicluna_ecofin_valletta.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Araw lil Edward Scicluna jin\u0127all quddiem il-microphones tal-\u0121urnalisti u quddiem is-suppost \u0121urnalista li ta\u0127dem g\u0127all-Partit Laburista. It-twe\u0121ibiet tieg\u0127u huma kompletament neqsin mil-lo\u0121ika. Il-mistoqsijiet li sarulu ma sarux b&#8217;xi akku\u017ca kontra l-FIAU i\u017cda b&#8217;wa\u0127da kontra l-Pulizija talli din naqset li ta\u0121ixxi fuq dak li kienet skopriet l-istess FIAU. Din il-mistoqsija injoraha g\u0127al kollox. Naqas li jikkritika [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8935,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8937\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=8937"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8937\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":8987,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8937\/revisions\/8987\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8935\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=8937"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=8937"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=8937"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}