{"id":8947,"date":"2018-07-20T12:23:29","date_gmt":"2018-07-20T10:23:29","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=8947"},"modified":"2018-07-23T09:08:39","modified_gmt":"2018-07-23T07:08:39","slug":"tidhol-fix-xena-l-kummissjoni","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/07\/tidhol-fix-xena-l-kummissjoni\/","title":{"rendered":"Tid\u0127ol fix-xena l-Kummissjoni"},"content":{"rendered":"<p>Meta Konrad Mizzi u Keith Schembri nteb\u0127u li kienu nqabdu fil-fatt li \u0127olqu kumpanniji fil-Panama, ta\u0127sbux li wrew xi ndiema talli ttantaw ja\u0127bu l-\u0121id \u0121ej mit-tix\u0127im. I\u017cda ndannaw g\u0127ax kienu nqabdu. G\u0127ax mis-<em>servers<\/em> kollha fl-uffi\u010b\u010bji legali kollha li hemm madwar id-dinja, ix-xitan ried li kellhom ikunu dawk ta&#8217; <em>Mossack Fonseca<\/em> fil-Belt tal-Panama li l-\u0121urnalisti sabu mezz kif jikxfuhom.<\/p>\n<p>Edward Scicluna qed jirra\u0121una b&#8217;mod pervers. Skond il-Ministru li kieku Daphne Caruana Galizia ma nvestigatx il-<em>Pilatus Bank<\/em> u li kieku dawn l-investigazzjonijiet ma ssuktawx wara li din \u0121iet assassinata, il-Parlament Ewropew, il-<em>European Banking Agency<\/em> u issa anke l-Kummissjoni Ewropea u wkoll x&#8217;aktarx il-Qorti Ewropea tal-\u0120ustizzja, ma kienu jsiru jafu xejn bil-mod fjakk u dg\u0127ajjef li bih pajji\u017cna qed ji\u0121\u0121ieled kontra l-\u0127asil tal-flus.<\/p>\n<p>Hawn jista&#8217; jkun li g\u0127andu ra\u0121un. I\u017cda kieku u kieku waqa&#8217; u kiser siequ.<\/p>\n<p>Fid-dinja tal-lum, pajji\u017c li huwa dipendenti g\u0127all-g\u0127ajxien tieg\u0127u mis-servizzi finanzjarji je\u0127tie\u0121 li jkun mill-aktar trasparenti u jidher li l-gvern tag\u0127na naqas li jifhem il-\u0127ti\u0121ijiet tad-dinja kontemporanja. Mill-2001 &#8216;l hawn, l-attakki terroristi\u010bi \u0121ieg\u0127lu lill-gvernijiet ig\u0127addu li\u0121ijiet \u0127orox kontra l-finanzjament tat-terrori\u017cmu. Meta mbag\u0127ad fe\u0121\u0121et il-kri\u017ci finanzjarja fl-2008, nibtet ukoll \u0127afna anqas tolleranza minn na\u0127a tal-gvernijiet lejn il-\u0127abi ta&#8217; flus b&#8217;ri\u017cq l-eva\u017cjoni tat-taxxi. Ir-reazzjoni kontra l-globalizzazzjoni li qeg\u0127din nassistu g\u0127aliha b\u0127alissa \u0121\u0121ieg\u0127elna niffokaw fuq il-problemi tas-sistema finanzjarja dinjija u fuq ir-rwol ta&#8217; Malta f&#8217;dan kollu.<\/p>\n<p>In-nuqqasijiet m&#8217;humiex purament amministrattivi. L-isku\u017ca li \u0121ab Edward Scicluna &#8211; li ftit \u0127afna huma dawk li jemmnuha &#8211; li hu qatt ma nda\u0127al fl-operat tal-agenzija ta&#8217; kontra l-\u0127asil tal-flus hi wa\u0127da fjakka. M&#8217;hemmx dubju li l-amministraturi u dawk li dmirhom hu li jinfurzaw g\u0127andhom iwie\u0121bu u jerfg\u0127u ir-responsabbilt\u00e0 g\u0127an-nuqqasijiet tag\u0127hom.<\/p>\n<p>I\u017cda wie\u0127ed je\u0127tie\u0121 jifhem li <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180720\/local\/brussels-gives-malta-two-month-ultimatum-on-money-laundering-rules.684829?utm_source=tom&amp;utm_campaign=top5&amp;utm_medium=widget\">l-konklu\u017cjonijiet tal-biera\u0127 tal-Kummissjoni Ewropea \u00a0<\/a>jammontaw wkoll g\u0127al falliment\u00a0 politiku. Wara li kien ilu jtawwal u jitnikker xhur s\u0127a\u0127, il-gvern naqas li jressaq fil-Parlament li\u0121ijiet li permezz tag\u0127hom setg\u0127u jidda\u0127\u0127lu fis-se\u0127\u0127 il-li\u0121ijiet Ewropej. U ta&#8217; dan in-nuqqas ja\u0127tu biss il-Ministri.<\/p>\n<p>M&#8217;huwiex daqstant rilevanti l-fatt li, biex is-sitwazzjoni ma tkomplix tiggrava, dawn ing\u0127ataw aktar \u017cmien biex iressqu dawn il-li\u0121ijiet. Je\u0127tie\u0121 nifhmu li n-nuqqasijiet m&#8217;humiex frott l-inkompetenza jew in-nuqqas ta&#8217; ri\u017corsi.<\/p>\n<p>Il-gvern jinsab immexxi minn grupp ta&#8217; persuni li g\u0127andhom interess personali li ji\u017cguraw li l-\u0121lieda kontra l-\u0127asil ta&#8217; flus tibqa&#8217; wa\u0127da dg\u0127ajjfa. Meta Malta \u0121iet imwissija formalment dwar dan, \u0127add ma skanta. L-iskandlu tal-<em>Pilatus<\/em> <em>Bank<\/em> huwa biss ka\u017c in\u010bidentali. Tul dawn l-a\u0127\u0127ar \u0127ames snin Malta ppre\u017centat lilha nnifisha b\u0127ala dik ir-rokna fl-Ewropa fejn il-li\u0121ijiet tobdihom jekk trid u fejn l-infurzar isir biss skond min int. \u0126addie\u0127or beda&#8217; jarana b\u0127al dik it-tieqa li wie\u0127ed jit\u0127ajjar ig\u0127addi minnha jekk ma jirnexxilux ig\u0127addi mill-bieb. Sirna pajji\u017c li fih kollox ig\u0127addi kemm il-darba l-irjus il-kbar jin\u017cammu kuntenti.<\/p>\n<p>Jista&#8217; jag\u0127ti l-ka\u017c li Edward Scicluna qatt ma ried li naslu proprju sa hawn \u2014 g\u0127allinqas jidher li dan hu li qed jittama li jg\u0127idilna. Jidher \u010bar li Scicluna qed ig\u0127ix fis-s\u0127ab u jinsab distakkat mir-realtajiet tal-kariga li qed jokkupa u jidher ukoll li ma fehemx li kemm g\u0127emilu kif ukoll in-nuqqas ta&#8217; azzjoni minn na\u0127a tieg\u0127u j\u0121ibu mag\u0127hom konsegwenzi li g\u0127alihom huwa personalment u direttament responsabbli.<\/p>\n<p>Dan la g\u0127andu x&#8217;jaqsam mal-pja\u010bir li jista&#8217; jag\u0127ti lil xi w\u0127ud jekk jaqtag\u0127ha li jirri\u017cenja u lanqas mal-vanta\u0121\u0121 politiku li jistg\u0127u jie\u0127du l-avversarji a skapitu tieg\u0127u. I\u017cda g\u0127andha \u0127afna x&#8217;taqsam mal-messa\u0121\u0121 li nkunu qed nag\u0127tu lid-dinja: li f&#8217;Malta nifhmu sew xi tfisser il-kontabilit\u00e0.<\/p>\n<p>Il-Kummissjoni Ewropea \u2018semg\u0127et\u2019 &#8211; kif din irnexxielha tisma&#8217; mhux daqstant importanti &#8211; li f&#8217;Malta te\u017cisti tolleranza ina\u010b\u010bettabbli g\u0127all-\u0127asil tal-flus. Investigat u irri\u017cultalha li dan huwa minnu.<\/p>\n<p>Dan huwa \u0127a\u017cin. U huwa \u0127a\u017cin g\u0127aliex issa, rridu jew ma rridux, ninsabu wi\u010b\u010b imb&#8217;wi\u010b\u010b ma&#8217; opinjoni o\u0121\u0121ettiva ta&#8217; entit\u00e0 li g\u0127andha s-sa\u0127\u0127a li t\u0127arrek lill-gvern quddiem Qorti Ewropea, liema opinjoni tikkonferma dak li ilna nafuh \u017cmien twil u li l-gvern baqa&#8217; ji\u010b\u0127ad: ji\u0121ifieri li, fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, morna l-ba\u0127ar f&#8217;dik li hi \u017c-\u017camma ta&#8217; livelli g\u0127oljin f&#8217;dik li hi sigurt\u00e0 u korrettezza.<\/p>\n<p>Ta&#8217; spiss niltaqa&#8217; ma&#8217; persuni li ja\u0127dmu f&#8217;dan il-qasam u li ja\u0127ilfuli li huma qatt ma \u010bappsu jdejhom. Dan jista&#8217; jkun li huwa minnu. I\u017cda ma nistg\u0127ux nippretendu li d-dinja se tibba\u017ca l-\u0121udizzji tag\u0127ha dwarna fuq l-amor proprju ta&#8217; dawk fostna li g\u0127andhom subg\u0127ajhom dritt meta mbag\u0127ad jaraw li qed nonqsu li ng\u0127addu li\u0121ijiet b&#8217;sa\u0127\u0127ithom u li ninfurzawhom kif suppost.<\/p>\n<p>Bin-nuqqas ta&#8217; li\u0121ijiet b&#8217;sa\u0127\u0127ithom u bin-nuqqas ta&#8217; infurzar li g\u0127andna, m&#8217;g\u0127andniex g\u0127alfejn niskantaw li jarawna koroh u jqisuna ta\u0127t id-dell tal-<em>Pilatus Bank.<\/em><\/p>\n<p>\u017bgur ma jg\u0127inx il-fatt li Keith Schembri jinnegozja apertament ma&#8217; dan il-bank. Joseph Muscat ji\u010b\u0127ad li l-bank g\u0127adda flejjes lil membri tal-famija tieg\u0127u &#8211; i\u017cda dan kemm jista&#8217; jitwemmen?<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex g\u0127alfejn niskantaw meta d-dinja tara l-<em>Pilatus Bank<\/em> fina lkoll \u0121aladarba l-prim ministru tag\u0127na u l-id il-leminija tieg\u0127u jag\u0127mlu u\u017cu mis-servizzi tieg\u0127u. Il-gvern tana l-fama u tefag\u0127na l-ba\u0127ar.<\/p>\n<p>Edward Scicluna m&#8217;huwiex se jiddefendi ru\u0127u billi jwa\u0127\u0127al fil-prim ministru g\u0127al dan it-ta\u0127wid kollu u jg\u0127id li l-\u0127tija m&#8217;g\u0127andhiex titg\u0127abba fuqu. G\u0127allinqas mhux se jag\u0127mel dan fil-bera\u0127. Anki jekk sa\u0127ansitra jkollu l-kura\u0121\u0121 u s-sinsla li jlissen diskors b\u0127al dan, Scicluna jaf li dan id-diskors ikollu ta&#8217; bilfors isir lill-membri tal-partit tieg\u0127u. U hu jaf ukoll li isqof ma jista&#8217; qatt je\u0127odha kontra l-alla tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Dan i\u0127allilu \u017cew\u0121 g\u0127a\u017cliet. Jew jerfa&#8217; sehemu tar-responsabbilt\u00e0 u jdabbar rasu. Jew inkella jibqa&#8217; fejn hu u jis\u0127et is-sieg\u0127a u l-mument meta l-Kummissjoni Ewropea nteb\u0127et li huwa naqas mir-responsabbilt\u00e0 tieg\u0127u li ji\u017cgura li l-\u0127asil tal-flus g\u0127andu jitwaqqaf, anke meta l-prim ministru stess ikun \u0127ati ta&#8217; dan l-a\u0121ir kriminali.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\">Kmieni dalg\u0127odu <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/Malta?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#Malta<\/a> <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/MinistryofFinance?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#MinistryofFinance<\/a>. Il-Ministru Scicluna g\u0127andu jag\u0127mel dak li messu ilu li g\u0127amel. Nesi\u0121u li jerfa&#8217; r-responsabbilt\u00e0 politika g\u0127at-ta\u0127wid kollu li se\u0127\u0127 u liJIRRI\u017bENJA. <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/EuropeanBankingAuthority?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#EuropeanBankingAuthority<\/a> <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/DaphneCaruanaGalizia?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#DaphneCaruanaGalizia<\/a> <a href=\"https:\/\/t.co\/eygCGSLxkA\">pic.twitter.com\/eygCGSLxkA<\/a><\/p>\n<p>\u2014 Re\u017cistenza Malta (@RezistenzaMalta) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/RezistenzaMalta\/status\/1020165857169879040?ref_src=twsrc%5Etfw\">July 20, 2018<\/a><\/p><\/blockquote>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Meta Konrad Mizzi u Keith Schembri nteb\u0127u li kienu nqabdu fil-fatt li \u0127olqu kumpanniji fil-Panama, ta\u0127sbux li wrew xi ndiema talli ttantaw ja\u0127bu l-\u0121id \u0121ej mit-tix\u0127im. I\u017cda ndannaw g\u0127ax kienu nqabdu. G\u0127ax mis-servers kollha fl-uffi\u010b\u010bji legali kollha li hemm madwar id-dinja, ix-xitan ried li kellhom ikunu dawk ta&#8217; Mossack Fonseca fil-Belt tal-Panama li l-\u0121urnalisti sabu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8944,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8947\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=8947"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8947\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":8958,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8947\/revisions\/8958\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8944\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=8947"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=8947"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=8947"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}