{"id":89472,"date":"2020-04-22T10:32:49","date_gmt":"2020-04-22T08:32:49","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=89472"},"modified":"2020-04-25T18:41:05","modified_gmt":"2020-04-25T16:41:05","slug":"naghtikom-parir-taqraw-dan-li-gej","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/04\/naghtikom-parir-taqraw-dan-li-gej\/","title":{"rendered":"Nag\u0127tikom parir taqraw dan li \u0121ej"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-89458\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/file-1.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/file-1-200x108.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/file-1-300x162.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/file-1-400x216.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/file-1-600x324.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/file-1.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n<p>Qed jippruvaw jitimg\u0127u lill-poplu l-qerq dwar dak li se\u0127\u0127 mill-G\u0127id &#8216;l hawn: id-de\u010bi\u017cjoni tal-gvern li jabbanduna lil dawk li kienu fil-periklu tal-mewt bl-g\u0127arqa fl-ib\u0127ra tag\u0127na, l-impatt li kellha din id-de\u010bi\u017cjoni fuq mill-inqas \u017cew\u0121 dg\u0127ajjes mg\u0127obbijin bin-nies, l-imwiet ta&#8217; 12 minnhom, is-sej\u0127a ta&#8217; Repubblika biex titnieda investigazzjoni dwar l-in\u010bidenti u r-reazzjoni bla pre\u010bedent tal-prim ministru.<\/p>\n<p>Sa\u0127ansitra anki dawk il-\u0121urnalisti li s-soltu jkunu jridu jistabilixxu l-fatti, qed jeg\u0127rqu fil-konfu\u017cjoni tal-im\u0127u\u0127 li l-gvern qieg\u0127ed ji\u017cra&#8217; apposta. U bosta huma dawk li qed jibilg\u0127u l-ver\u017cjoni tal-gvern.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/theshiftnews.com\/2020\/04\/22\/get-off-that-high-horse-bobby\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Dan ma japplikax g\u0127al Caroline Muscat ta&#8217; <em>The Shift News.<\/em> Biex l-affarijiet ikunu \u010bari, aqraw l-artiklu tag\u0127ha hawn.<\/a><\/p>\n<p>Intant bil-permess tal-awtri\u010bi, hawn ver\u017cjoni bil-Malti tal-artiklu tag\u0127ha:<\/p>\n<p>Repubblika, l-g\u0127aqda tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili li tinsab fil-mira prin\u010bipali tal-Prim Ministru Robert Abela, g\u0127amlet talba sabiex titnieda inkjesta ma\u0121isterjali wara li kienu xxandru rapporti fl-istampa internazzjonali, partikolarment fin-<em>New York Times<\/em> u <em>The Guardian<\/em>, li suldat tal-Forzi Armati kien tela\u2019 fuq dg\u0127ajsa mg\u0127obbija bir-refu\u0121jati u allegatament qata\u2019 l-c<em>ontrol cable<\/em> tal-makna u b\u2019hekk qieg\u0127ed \u0127ajjet ir-refu\u0121jati fil-periklu.<\/p>\n<p>Ta\u2019 min isemmi li ta\u2019 Repubblika la g\u0127amlu akku\u017ci, la g\u0127amlu allegazzjonijiet u lanqas qieg\u0127du s-suldati fl-i\u017cbarra. Kull m\u2019g\u0127amlet Repubblika kien li \u0121ibdet l-attenzjoni g\u0127ar-rapporti li xxandru fl-istampa u, fil-kuntest tas-silenzju li jtarrax minn na\u0127a ta\u2019 Robert Abela, talbet sabiex issir inkjesta biex ji\u0121i stabilit dak li kien se\u0127\u0127 tassew.<\/p>\n<p>Repubblika talbet ukoll lill-inkjesta sabiex tinvestiga l-azzjonijiet u n-nuqqas ta\u2019 azzjoni ta\u2019 Abela fid-dawl tal-perikli e\u017cistenti fil-ba\u0127ar. Bnedmin kienu qed jeg\u0127rqu u kien je\u0127tie\u0121 li to\u0127ro\u0121 il-verit\u00e0.<\/p>\n<p>Abela rrea\u0121ixxa billi feta\u0127 attakk fuq Repubblika u fuq l-avukati tag\u0127ha, u xliehom li qieg\u0127du lis-suldati &#8211; u lilu stess &#8211; fl-i\u017cbarra u fil-pro\u010bess rema\u2019 l-ba\u0127ar il-verit\u00e0 tal-fatti. E\u017catt b\u0127al Joseph Muscat, Abela kebbes in-nirien bl-u\u017cu tal-fra\u017ci ta\u2019 Dom Mintoff \u2018Malta l-ewwel u qabel kollox\u2018 u meta qal li l-patrijotti g\u0127andu jitge\u017cwru fil-bandiera.<\/p>\n<p>Ba\u017cu\u017cli b\u0127ar-Re tat-Tigri Anton Rea Cutajar \u2013 dak li nqeda b\u2019persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 biex akkwista permess biex i\u017comm l-annimali selva\u0121\u0121i \u2013 t\u0127alla jid\u0127ol f\u2019post fejn lanqas il-\u0121urnalisti ma t\u0127allew jid\u0127lu u dan biex jirregala lill-armata b\u2019bukkett ward a\u0127mar f\u2019xena li xxandret fil-media so\u010bjali.<\/p>\n<p>Cutajar huwa wie\u0127ed minn ta\u2019 \u0121ewwa fil-klikka Laburista. Er\u0127ilha li \u0127add ma jistaqsi jekk humiex il-profitti mid-drogi li qed jiffinanzjaw i\u017c-<em>zoo<\/em> li g\u0127andu u jekk humiex dawn li \u0127olqulu kuxjenza so\u010bjali. Meta jien kont staqsejtu dwar kif qed jiffinanzja dan i\u017c-zoo, hu u jg\u0127idli li l-pro\u0121ett tieg\u0127u huwa importanti ferm g\u0127all-komunit\u00e0 tag\u0127na, kien medhi jitma\u2019 lit-tigri tieg\u0127u minn fuq sellum b\u2019bi\u010b\u010biet tal-la\u0127am li bosta familji Maltin m\u2019g\u0127andhomx minn fejn jixtruh biex jikluh f\u2019\u0121img\u0127a.<\/p>\n<p>\u201cKelli kumpanniji fi\u010b-\u010aina,\u201d qalli. Mhux hekk tg\u0127id.<\/p>\n<p>Ma kienx biss Cutajar li ntu\u017ca b\u0127ala g\u0127odda mill-gvern. Kien hemm ukoll Tony Zarb, Glenn Bedingfield, Jeffrey Pullicino Orlando u dawk tas-soltu li huma parti mill-Brigata l-\u0126amra li jehdew jattakkaw lil min ma jaqbilx mag\u0127hom biex ming\u0127alihom jag\u0127tu l-appo\u0121\u0121 lil prim ministru b\u2019dahru mal-\u0127ajt.<\/p>\n<p>I\u017cda ma kienx bi\u017c\u017cejjed g\u0127al Robert Abela u l-Kabinett tieg\u0127u li jge\u017cwru lilhom inifushom f\u2019bandiera. Abela kompla tefa\u2019 l-\u0127atab tar-razzi\u017cmu fin-nar u \u0127e\u0121\u0121e\u0121 il-bigotti\u017cmu razzista li jinsab jixref mhux biss fost l-elettorat Laburista i\u017cda anki fost dawk li jriduha ta\u2019 partitarji Nazzjonalisti.<\/p>\n<p>Din ta\u2019 Abela kienet im\u0121ieba mill-aktar irresponsabbli. Abela mhux biex g\u0127amel l-almu tieg\u0127u biex jintog\u0127\u0121ob mal-ksenofobi\u010bi u mar-razzisti i\u017cda lil dawn fet\u0127ilhom il-bieb bera\u0127.<\/p>\n<p>U biex ikompli j\u0127e\u0121\u0121e\u0121 il-\u0127u\u0121\u0121ie\u0121a g\u0127at-<em>trolls,<\/em> fe\u0121\u0121et l-a\u0127bar li Repubblika, g\u0127ax hekk kienet fid-dmir li tag\u0127mel, \u0121ibdet l-attenzjoni tal-ma\u0121istrat inkwirenti li seta\u2019 kien hemm provi li l-im\u0121ieba ta\u2019 suldati fuq patrol boat P52 setg\u0127et kienet wa\u0127da b\u2019intenzjoni kriminali.<\/p>\n<p>Talli \u0121abet ru\u0127\u0127a b\u2019dinjit\u00e0 u g\u0127amlet dak li suppost kien fid-dmir li jag\u0127mel Abela, Repubblika u l-membri tag\u0127ha \u0121ew redikolati fuq struzzjonijiet tal-Prim Ministru \u2013 g\u0127aliex dak kien il-messa\u0121\u0121 li ried iwassal. M\u2019hemm xejn \u0121did f\u2019dan kollu \u2013 kull min a\u017c\u017carda jikkritika l-iskandli ta\u2019 dan il-gvern li qed jiswew il-miljuni lill-kaxxa ta\u2019 Malta, \u0121ew insultati, im\u017cebil\u0127a u skreditati g\u0127al snin s\u0127a\u0127 ta\u0127t dak ta\u2019 qablu.<\/p>\n<p>Abela wieg\u0127ed il-\u201ckontinwit\u00e0\u201d. Dawk li kellhom dubji dwar dak li tassew ried ifisser b\u2019dan il-kliem, issa jafu x\u2019kellu f\u2019mo\u0127\u0127u.<\/p>\n<p>Abela \u2013 dak li, kieku ried, seta\u2019 evita dan il-kjass kollu billi \u010ba\u0127ad ir-rapporti fl-istampa internazzjonali \u2013 g\u0127amel attentat biex l-informazzjoni ju\u017caha b\u0127ala arma biex jikseb vanta\u0121\u0121 politiku. Din l-istrate\u0121ija mhix wa\u0127da \u0121dida \u2013 i\u017cda l-\u201ckontinwit\u00e0\u201c hi sikkina b\u2019\u017cew\u0121t ixfafar.<\/p>\n<p>Hekk kif Abela ji\u010b\u010belebra l-ewwel 100 jum tieg\u0127u b\u0127ala prim ministru, g\u0127andu dejjem jibqa\u2019 j\u017comm f\u2019mo\u0127\u0127u li kienet is-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili li ni\u017c\u017clet lill-\u201ckink\u201d tieg\u0127u mis-setg\u0127a.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Qed jippruvaw jitimg\u0127u lill-poplu l-qerq dwar dak li se\u0127\u0127 mill-G\u0127id &#8216;l hawn: id-de\u010bi\u017cjoni tal-gvern li jabbanduna lil dawk li kienu fil-periklu tal-mewt bl-g\u0127arqa fl-ib\u0127ra tag\u0127na, l-impatt li kellha din id-de\u010bi\u017cjoni fuq mill-inqas \u017cew\u0121 dg\u0127ajjes mg\u0127obbijin bin-nies, l-imwiet ta&#8217; 12 minnhom, is-sej\u0127a ta&#8217; Repubblika biex titnieda investigazzjoni dwar l-in\u010bidenti u r-reazzjoni bla pre\u010bedent tal-prim ministru. Sa\u0127ansitra [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":89459,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89472\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=89472"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89472\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":89666,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89472\/revisions\/89666\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/89459\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=89472"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=89472"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=89472"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}