{"id":89590,"date":"2020-04-23T13:15:37","date_gmt":"2020-04-23T11:15:37","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=89590"},"modified":"2020-04-23T16:15:59","modified_gmt":"2020-04-23T14:15:59","slug":"l-ghid-fuq-il-bahar","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/04\/l-ghid-fuq-il-bahar\/","title":{"rendered":"L-G\u0127id fuq il-ba\u0127ar"},"content":{"rendered":"<p>Investigazzjonijiet li saru minn <a href=\"https:\/\/www.avvenire.it\/attualita\/pagine\/controinchiesta-strage-di-pasquetta-libia-malta-scavo\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Nello Scavo ta&#8217; <em>L\u2019Avvenire<\/em><\/a> u minn <a href=\"http:\/\/www.mediterraneocronaca.it\/2020\/04\/17\/il-buco-nero-del-mediterraneo-e-un-segreto-di-stato-intervista-a-sergio-scandura-radio-radicale\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Sergio Scandura ta&#8217; <em>Radio Radicale<\/em><\/a> kixfu aktar dettalji dwar l-identit\u00e0 ta&#8217; dawk li kienu riekbin fuq<em> dinghy<\/em> li kienu \u0121ew identifikati mill-awtoritajiet Maltin l-g\u0127ada tal-G\u0127id u li tkaxkru lura lejn il-Libja jumejn wara minn vapur bla isem u bla bandiera.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-89557\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-19-at-20.52.23-3.jpeg\" alt=\"\" width=\"415\" height=\"637\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-19-at-20.52.23-3-195x300.jpeg 195w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-19-at-20.52.23-3-200x307.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-19-at-20.52.23-3-400x614.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-19-at-20.52.23-3.jpeg 415w\" sizes=\"(max-width: 415px) 100vw, 415px\" \/><\/p>\n<p>Hemm xhieda li \u0121ew intervistati minn Nazzjonijiet Uniti fil-Libja li stqarrew li l-vapur salpa mill-kosta tal-Libja mg\u0127obbi b&#8217;63 ru\u0127 nhar \u0126amis ix-Xirka filg\u0127axija. Il-bi\u010b\u010ba &#8216;l kbira minnhom kienu mill-Eritreja u minn pajji\u017ci o\u0127ra minn nofsinhar tad-de\u017cert tas-Sa\u0127ara u fosthom kien hemm 7 nisa b&#8217;wa\u0127da minnhom tqila u tlitt itfal. Bosta minnhom kienu \u0121ew mitfug\u0127in il-\u0127abs illegalment g\u0127al \u017cmien twil mit-traffikanti. Wa\u0127da mix-xhieeda qalet li kienet ilha l-\u0127abs fil-Libja g\u0127al 3 snin qabel ittie\u0127det lejn ix-xtajta Garabulli, madwar 50 kilometru fil-lvant ta&#8217; Tripoli. Fuq ix-xtajta damu jistennew bil-\u0121u\u0127 g\u0127al tlitt ijiem.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-89559 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/unnamed-2.jpg\" alt=\"\" width=\"512\" height=\"341\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/unnamed-2-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/unnamed-2-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/unnamed-2-400x266.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/unnamed-2.jpg 512w\" sizes=\"(max-width: 512px) 100vw, 512px\" \/><\/p>\n<p>G\u0127alkemm Garabulli hi mag\u0127rufa b\u0127ala fortizza kontrollata mit-traffikanti, l-awtoritajiet tal-Libja dan l-a\u0127\u0127ar \u0127allew erba&#8217; vja\u0121\u0121i ta&#8217; immigranti li jitilqu mill-kosta.<\/p>\n<p>Nhar il-\u0120img\u0127a l-Kbira, l-a\u0121enzija tal-UE <em>Frontex<\/em> lem\u0127et tliet <em>dinghies<\/em> fl-ib\u0127ra tal-Libja. L-a\u0121enzija tal-a\u0127barijiet Taljana <a href=\"https:\/\/alarmphone.org\/it\/2020\/04\/16\/dodici-morti-e-un-respingimento-segreto-verso-la-libia\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\"><em>Ansa<\/em> rrappurtat li tal<em>-Frontex<\/em> infurmaw lill-Italja, lil Malta, lil Libja u lit-Tune\u017cija dwar il-pre\u017cenza ta&#8217; dawn id-<em>dinghies.<\/em><\/a> Dan ifisser li, g\u0127alkemm il-pajji\u017ci tal-in\u0127awi kienu jafu b&#8217;dawn id-<em>dinghies<\/em>, \u0127add minnhom ma \u010b\u010baqlaq biex isalva lill-persuni li kienu riekbin fuqhom.<\/p>\n<p>Fil-lejl ta&#8217; wara, wie\u0127ed minn dawn id-<em>dinghies<\/em> g\u0127amel kuntatt ma&#8217; <em>Alarm Phone<\/em> u ntalbet l-g\u0127ajnuna. Dawn qalu li d-<em>dinghy<\/em> kien qed jag\u0127mel l-ilma u li ma kienux jafu fejn kienu sejrin. Tal-<em>Alarm Phone<\/em> infurmaw lil Malta, lill-Italja u lil Libja. I\u017cda ebda wie\u0127ed minn dawn il-pajji\u017ci ma ntervjena.<\/p>\n<p>Lejliet \u0126add il-G\u0127id, il-gwardjani tal-kosta tal-Libja lil tal-<em>Alarm Phone<\/em> qalulhom li l-Libja ma setg\u0127etx issalva d-dg\u0127ajjes u li Malta u l-Italja kienu \u0121ew infurmati.<\/p>\n<p>Sa nhar \u0126add il-G\u0127id, id-dg\u0127ajsa kienet fl-ib\u0127ra Maltin u mara li kienet abbord g\u0127amlet din is-sej\u0127a g\u0127all-g\u0127ajnuna. Din is-sej\u0127a kienet ixxandret esklussivament g\u0127all-ewwel darba mill-<em>website Mediterranea<\/em>.<\/p>\n<p><iframe src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/-szmKjCuHIs?start=20\" width=\"560\" height=\"315\" frameborder=\"0\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p><em>&#8220;M&#8217;hemm \u0127add li jista&#8217; jag\u0127tina l-g\u0127ajnuna? Hawn tnejn minn nies li mietu hawn. It-tifel jinsab marid \u0127afna. M&#8217;a\u0127niex f&#8217;sitwazzjoni tajba. Ejjew ag\u0127tuna l-g\u0127ajnuna. La g\u0127andna ikel u lanqas ilma. It-tifel g\u0127andu 7 snin. Jien ninsab tqila b&#8217;tarbija. Mietu tnejn minn nies hawn. <\/em>Mistoqsija: Int tlabt g\u0127all-g\u0127ajnuna mill-awtoritajiet? <em>Iva tlabna l-g\u0127ajnuna i\u017cda ma tawna ebda twe\u0121iba&#8221;.<\/em><\/p>\n<p>Ma nstema&#8217; xejn aktar sakemm l-g\u0127ada tal-G\u0127id filg\u0127axija, in-<em>Navtex<\/em> ta&#8217; Malta qalet li nlem\u0127et <em>dinghy<\/em> u li kien je\u0127tie\u0121 li din ting\u0127ata l-g\u0127ajnuna.<\/p>\n<p><em>L\u2019Avvenire<\/em> kitbet li dakinhar stess bil-lejl, Malta warrbet dak in-<em>Navtex<\/em> ming\u0127ajr ma ng\u0127atat spjegazzjoni. Il-gazzetta kkwotat dak li qalu l-gwardjani tal-kosta Taljani fis-sens li \u201ckull ma qalulna (ji\u0121ifieri l-Maltin) kien li ma kienx g\u0127ad hemm emer\u0121enza fuq il-ba\u0127ar g\u0127aliex kien twettaq salvata\u0121\u0121\u201d.<\/p>\n<p>I\u017cda kien bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; vapur Portugi\u017c bl-isem Ivan li kmieni l-Erbg\u0127a filg\u0127odu l-immigranti li kienu fuq id-<em>dinghy<\/em> ing\u0127ataw l-g\u0127ajnuna u l-kenn.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-89563\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/Foto-4.jpg\" alt=\"\" width=\"360\" height=\"314\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/Foto-4-200x174.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/Foto-4-300x262.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/Foto-4.jpg 360w\" sizes=\"(max-width: 360px) 100vw, 360px\" \/><\/p>\n<p>Hekk kif twasslu lura lejn il-Libja, dawk li baqg\u0127u \u0127ajjin qalu tliet immigranti qab\u017cu l-ba\u0127ar u bdew ig\u0127umu lejn il-vapur Portugi\u017c li huwa kbir wisq biex seta&#8217; ji\u0121bor dawk li kienu rikbin fuq id-<em>dinghy<\/em>. U meta erba&#8217; o\u0127ra mill-immigranti raw lill-vapur jitbieg\u0127ed, qab\u017cu fil-ba\u0127ar g\u0127al \u0121ol-mew\u0121. Dawk li baqg\u0127u \u0127ajjin qed jissuspettaw li dawk li qab\u017cu &#8216;l ba\u0127ar riedu jag\u0127mlu suwi\u010bidju g\u0127aliex di\u0121\u00e0 kienu ilhom g\u0127al bosta \u0121ranet bil-\u0121u\u0127 u bil-g\u0127atx u kienu waslu biex jaqtg\u0127u qalbhom.<\/p>\n<p>\u201cA\u0127na sejja\u0127na g\u0127all-g\u0127ajnuna. Kien hemm tlieta minn nies li ppruvaw ig\u0127umu lejn il-vapur hekk kif dan beda&#8217; jitbieg\u0127ed u dawn spi\u010b\u010baw biex g\u0127erqu\u201d. <em>Alarm Phone<\/em> g\u0127andha xhud li stqarr li \u201cg\u0127amilna wkoll is-sinjali bid-dawl tal-<em>mobiles<\/em> tag\u0127na lejn ajruplan li tar minn fuqna. Il-bdot tal-ajruplan rana g\u0127aliex xeg\u0127el dawl a\u0127mar. I\u017cda \u0127in bla waqt, wasal vapur ie\u0127or li \u0121abarna\u201d.<\/p>\n<p>Kien f&#8217;dan l-istadju li tfa\u010b\u010ba l-vapur tas-sajd bla isem u bla bandiera. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/04\/a-boat-with-no-name\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Tista&#8217; taqra&#8217; aktar dettalji hawn.<\/a><\/p>\n<p><em>Alarm Phone, Mediterranea<\/em> u <em>Sea Watch<\/em> qalu li l-awtoritajiet Ewropej kienu di\u0121\u00e0 ilhom jafu b&#8217;dawn l-immigranti g\u0127al sitt ijiem wara li kienu ntlem\u0127u g\u0127all-ewwel darba mill-<em>Frontex<\/em> fl-10 ta&#8217; April. Permezz tan-<em>Navtex<\/em> li \u0127ar\u0121et l-g\u0127ada tal-G\u0127id, Malta assumiet ir-responsabbilt\u00e0 li tikkordina s-salvata\u0121\u0121. U minkejja dan, irrifjutat li toffri l-kenn fil-portijiet tag\u0127ha min\u0127abba l-epidemija Covid-19.<\/p>\n<p>Id-destinazzjoni finali tad-<em>dinghy<\/em> kienet il-Libja. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/04\/how-safe-is-safe\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Aqraw hawn dwar il-kwalit\u00e0 ta&#8217; sigurt\u00e0 li te\u017cisti fil-port ta&#8217; Tripli paragunat mas-sigurt\u00e0 li hemm fil-portijiet Maltin.<\/a><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Investigazzjonijiet li saru minn Nello Scavo ta&#8217; L\u2019Avvenire u minn Sergio Scandura ta&#8217; Radio Radicale kixfu aktar dettalji dwar l-identit\u00e0 ta&#8217; dawk li kienu riekbin fuq dinghy li kienu \u0121ew identifikati mill-awtoritajiet Maltin l-g\u0127ada tal-G\u0127id u li tkaxkru lura lejn il-Libja jumejn wara minn vapur bla isem u bla bandiera. Hemm xhieda li \u0121ew intervistati [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":89558,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89590\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=89590"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89590\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":89601,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89590\/revisions\/89601\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/89558\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=89590"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=89590"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=89590"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}