{"id":89617,"date":"2020-04-24T08:05:39","date_gmt":"2020-04-24T06:05:39","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=89617"},"modified":"2020-04-24T16:50:12","modified_gmt":"2020-04-24T14:50:12","slug":"vapur-minghajr-isem-izda-bi-skop-preciz","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/04\/vapur-minghajr-isem-izda-bi-skop-preciz\/","title":{"rendered":"Vapur ming\u0127ajr isem. I\u017cda bi skop pre\u010bi\u017c"},"content":{"rendered":"<p>Minkejja l-isforzi li saru biex ji\u0121u mistura l-isem, l-identit\u00e0 u l-istorja tal-vapur li g\u0127abba lill-immigranti li \u0121ew salvati\u00a0 fl-ib\u0127ra Maltin fi \u017cmien il-G\u0127id, mill-internet irri\u017cultaw stejjer interessanti dwar dan il-vapur.<\/p>\n<p>Huwa mifhum li l-vapur in kwistjoni j\u0121ib l-isem Mae Yemanja. Kelliem g\u0127all-UNHCR qalli li l-a\u0121enzija mhix \u010berta g\u0127al kollox li l-vapur li kien g\u0127abba l-passi\u0121\u0121ieri huwa fil-fatt il-Mae Yemanja. &#8220;Je\u017cistu differenzi strutturali bejn i\u017c-\u017cew\u0121 qxur tal-ba\u0127ar. U dawn setg\u0127u kienu r-ri\u017cultat ta&#8217; tibdiliet li twettqu fuq il-vapur minn dakinhar li n\u0121ibdu r-ritratti tal-Mae Yemanja&#8221;.<\/p>\n<p>Ta&#8217; min isemmi li l-vapur li da\u0127al fil-port ta&#8217; Tripli &#8220;kien qed itajjar il-bandiera Maltija u w\u0127ud mill-ba\u0127rin tieg\u0127u huma mill-E\u0121ittu&#8221;.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-89585\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/Flag-2.jpg\" alt=\"\" width=\"939\" height=\"642\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/Flag-2-200x137.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/Flag-2-300x205.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/Flag-2-400x273.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/Flag-2-600x410.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/Flag-2-768x525.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/Flag-2-800x547.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/Flag-2.jpg 939w\" sizes=\"(max-width: 939px) 100vw, 939px\" \/><\/p>\n<p>Esperti li g\u0127amlu spezzjonijiet tar-ritratti li n\u0121ibdu tal-vapur li da\u0127al fil-port ta&#8217; Tripli aktar kmieni din il-\u0121img\u0127a qaluli li dan il-vapur huwa l-Mae Yemanja. Dan il-fatt iqanqal diversi mistoqsijiet \u0121odda.<\/p>\n<p>Il-vapur Mae Yemenja ilu jba\u0127\u0127ar g\u0127al madwar 50 sena. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/04\/a-boat-with-no-name\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Kif \u0121ie rappurtat permezz ta&#8217; din il-kitba, sal-2019 il-vapur kien iba\u0127\u0127ar ta\u0127t il-bandiera Maltija u sidu kien Charles Grech, ba\u0127\u0127ar Maltese li g\u0127andu esperjenza fit-tba\u0127\u0127ir bejn Malta u l-Libja.<\/a><\/p>\n<p>M&#8217;huwiex \u010bar min hu sid il-vapur b\u0127alissa, i\u017cda jidher li hu re\u0121istrat ta\u0127t il-bandiera tal-Libja. <a href=\"https:\/\/www.marinetraffic.com\/en\/ais\/details\/ships\/shipid:286953\/mmsi:642122095\/imo:7027459\/vessel:MAE_YEMANJA\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-<em>website<\/em> tal- <em>MarineTraffic<\/em> jikklassifika lil dan il-vapur b\u0127ala vapur tas-sajd.<\/a><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-89579\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-23-at-13.50.56.jpeg\" alt=\"\" width=\"742\" height=\"1024\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-23-at-13.50.56-200x276.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-23-at-13.50.56-217x300.jpeg 217w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-23-at-13.50.56-400x552.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-23-at-13.50.56-600x828.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-23-at-13.50.56.jpeg 742w\" sizes=\"(max-width: 742px) 100vw, 742px\" \/><\/p>\n<p>Jekk dan huwa minnu, jista&#8217; jkun li l-vapur li g\u0127abba lill-immigranti mill-ib\u0127ra Maltin m&#8217;huwiex xi vapur tas-sajd proprjet\u00e0 ta&#8217; persuni privati.<\/p>\n<p>Jista&#8217; jkun li hu vapur u\u017cat mill-awtoritjiet biex jag\u0127mel l-g\u0127assa u jinforza l-li\u0121ijiet dwar is-sajd lil hinn mill-ib\u0127ra territorjali. U peress li jtajjar il-bandiera tal-Libja, dawn l-awtoritajiet ma jistax ikunu \u0127lief l-awtoritajiet tal-Libja. Il-kliem <a href=\"https:\/\/www.wartsila.com\/encyclopedia\/term\/fishery-patrol-vessel-also-fishery-inspection-vessel\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">&#8220;<em>Fishery Patrol Vessel<\/em>&#8221; teknikament ifissru &#8220;vapur li jag\u0127mel g\u0127assa f&#8217;\u017coni ta&#8217; sajd li jkunu barra mill-ib\u0127ra territorjali&#8221;.<\/a><\/p>\n<p>Il-kliem u\u017cat mill-<em>MarineTraffic<\/em> jag\u0127ti \u0127jiel li l-immigranti li din il-\u0121img\u0127a tkaxkru lura lejn il-Libja setg\u0127u n\u0121abru minn qoxra tal-ba\u0127ar li s-sidien tag\u0127ha huma l-awtoritajiet tal-Libja.<\/p>\n<p>Ta&#8217; min isemmi wkoll li qabel twettqet il-missjoni ta&#8217; &#8220;salvata\u0121\u0121&#8221;, dan il-vapur kien irmi\u0121\u0121jat fl-in\u0127awi tal-Marsa fil-Port il-Kbir ta&#8217; Malta.<\/p>\n<p>Kif ktibt il-biera\u0127, tat-TVM ikkwotaw \u201csorsi infurmati\u201d li qalu li l-vapuri involuti fl-azzjoni ta&#8217; &#8220;salvata\u0121\u0121&#8221; kienu dg\u0127ajjes privati li tqabbdu g\u0127al dan ix-xog\u0127ol mill-gvern ta&#8217; Malta. Ma ng\u0127atawx aktar dettalji dwar x&#8217;kwalit\u00e0 ta&#8217; dg\u0127ajjes kienu dawn, min huma s-sidien tag\u0127hom u x&#8217;arran\u0121amenti saru.<\/p>\n<p>L-informazzjoni li ng\u0127atat mill-gvern u mill-armata tista&#8217; tg\u0127id li ma te\u017cistix g\u0127aliex dawn kulma g\u0127amlu kien li pprovdew \u0127jiel selettiv \u0127afna imsejsin fuq nofs veritajiet mitmug\u0127in lill-mezzi tax-xandir tal-istat u tal-partit, li minn na\u0127a tag\u0127hom ma talbu ebda kjarifika.<\/p>\n<p>Ta&#8217; min isemmi wkoll li \u0127add ma jaf x&#8217;kienet ir-ra\u0121uni l-g\u0127ala l-awtoritajiet Maltin idde\u010bidew li ma jag\u0127mlux u\u017cu mill-vapuri tal-armata Maltija biex iwettqu s-salvata\u0121\u0121 u minflok qabbdu lill-Mae Yemanja g\u0127al dan ix-xog\u0127ol.<\/p>\n<p>Nistaqsi: saret xi investigazzjoni biex l-identit\u00e0 ta&#8217; sid dan il-vapur tkun mag\u0127rufa?<\/p>\n<p>Dan il-vapur hu proprjet\u00e0 tal-gvern Libjan?<\/p>\n<p>Jekk dan huwa l-ka\u017c, il-gvern ftiehem mal-awtoritajiet Libjani biex titwettaq operazzjoni fl-ib\u0127ra Maltin biex jitkaxkru lejn il-Libja immigranti li kienu fi\u017c-\u017cona li g\u0127aliha Malta hi responsabbli?<\/p>\n<p>Jaqaw dan kien li se\u0127\u0127 f&#8217;dan il-ka\u017c?<\/p>\n<p>It-twe\u0121ibiet g\u0127ad insiru nafuhom mir-ri\u017cultat tal-inkjesta.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Minkejja l-isforzi li saru biex ji\u0121u mistura l-isem, l-identit\u00e0 u l-istorja tal-vapur li g\u0127abba lill-immigranti li \u0121ew salvati\u00a0 fl-ib\u0127ra Maltin fi \u017cmien il-G\u0127id, mill-internet irri\u017cultaw stejjer interessanti dwar dan il-vapur. Huwa mifhum li l-vapur in kwistjoni j\u0121ib l-isem Mae Yemanja. Kelliem g\u0127all-UNHCR qalli li l-a\u0121enzija mhix \u010berta g\u0127al kollox li l-vapur li kien g\u0127abba l-passi\u0121\u0121ieri [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":89580,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89617\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=89617"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89617\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":89620,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89617\/revisions\/89620\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/89580\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=89617"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=89617"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=89617"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}