{"id":89658,"date":"2020-04-25T10:21:46","date_gmt":"2020-04-25T08:21:46","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=89658"},"modified":"2020-04-25T14:01:22","modified_gmt":"2020-04-25T12:01:22","slug":"decizjoni-li-kienet-ilha-li-nhmiet","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/04\/decizjoni-li-kienet-ilha-li-nhmiet\/","title":{"rendered":"De\u010bi\u017cjoni li kienet ilha li n\u0127miet"},"content":{"rendered":"<p>Bil-g\u0127an li jqanqal l-appo\u0121\u0121 g\u0127ad-de\u010bi\u017cjoni tieg\u0127u li jikser il-li\u0121ijiet internazzjonali billi jre\u0121\u0121a&#8217; lura lill-immigranti lejn il-Libja, pajji\u017c mifni bil-gwerer u bil-\u0121ellieda ji\u0121u mat-toroq, il-gvern ta&#8217; Robert Abela sejjes l-argument tieg\u0127u fuq l-isku\u017ca tal-epidemija Covid-19.<\/p>\n<p>I\u017cda wie\u0127ed je\u0127tie\u0121 li j\u017comm f&#8217;mo\u0127\u0127u li l-pjan biex ire\u0121\u0121a&#8217; lura lir-refu\u0121jati kien ilu li n\u0127ema.\u00a0<a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/100529\/neville_gaf_reveals_controversial_secret_migration_pact_with_libya#.XqPmhVMzY1I\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Dan il-pjan kien inkixef fi Frar 2020 minn \u0127add aktar minn Neville Gaf\u00e0 li lill-\u0121urnal <em>MaltaToday<\/em> qallu li wasal g\u0127al ftehim mal-awtoritiajiet tal-Libja<\/a> fuq struzzjonijiet tal-eks prim ministru Joseph Muscat. Id-dettalji ta&#8217; dan il-pjan baqg\u0127u ma nkixfux.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/exposed-maltas-secret-migrant-deal-with-libya.748800\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">F&#8217;Novembru li g\u0127adda il-\u0121urnalist tat-<em>Times of Malta<\/em> Ivan Martin svela li kien hemm &#8220;ftehim ta&#8217; koperazzjoni&#8221; sigriet mal-Libja.<\/a> Ixxandar ritratt ta&#8217; laqg\u0127a mad-deputat prim ministru Libjan ma&#8217; delegazzjoni Maltija li kienet tinkludi lil Neville Gaf\u00e0 u lil Kurunell Clinton O&#8217;Neill li huwa kap tal-operazzjonijiet tal-Forzi Armati ta&#8217; Malta.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-large wp-image-89650\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/0ef067a7562d99b882ce07ef740f0e61bc6ea78f-1573365812-5dc7a834-1920x1280-1-1024x683.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"683\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/0ef067a7562d99b882ce07ef740f0e61bc6ea78f-1573365812-5dc7a834-1920x1280-1-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/0ef067a7562d99b882ce07ef740f0e61bc6ea78f-1573365812-5dc7a834-1920x1280-1-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/0ef067a7562d99b882ce07ef740f0e61bc6ea78f-1573365812-5dc7a834-1920x1280-1-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/0ef067a7562d99b882ce07ef740f0e61bc6ea78f-1573365812-5dc7a834-1920x1280-1-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/0ef067a7562d99b882ce07ef740f0e61bc6ea78f-1573365812-5dc7a834-1920x1280-1-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/0ef067a7562d99b882ce07ef740f0e61bc6ea78f-1573365812-5dc7a834-1920x1280-1-800x533.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/0ef067a7562d99b882ce07ef740f0e61bc6ea78f-1573365812-5dc7a834-1920x1280-1.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p>Dan il-&#8220;pjan&#8221; ilu jin\u0127ema. <a href=\"https:\/\/alarmphone.org\/en\/2020\/03\/15\/returned-to-war-and-torture\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Segwu dan il-<em>link<\/em> g\u0127all-<em>website<\/em> ta&#8217; <em>Alarm Phone<\/em> li fih iddokumentaw ka\u017c ie\u0127or ta&#8217; tre\u0121\u0121ija lura ta&#8217; refu\u0121jati f&#8217;Marzu li g\u0127adda.<\/a> Ka\u017c simili kien se\u0127\u0127 f&#8217;Ottubru 2019 meta l-epidemija <em>Covid-19<\/em> kien g\u0127adu \u0127add ma \u0127olom biha. Dawn il-vja\u0121\u0121i ta&#8217; tre\u0121\u0121ija lura kienu ko-ordinati mal-hekk imsejj\u0127in gwardji tal-kosta tal-Libja. U issa morna pass &#8216;il quddiem bil-kiri ta&#8217; vapuri privati bil-g\u0127an li jre\u0121\u0121g\u0127u lura lir-refu\u0121jati b&#8217;mod sfurzat u llegali lejn it-tortura u anki ag\u0127ar minn hekk.<\/p>\n<p>Il-kiri ta&#8217; vapuri privati g\u0127al dan l-e\u017cer\u010bizzju ta&#8217; tre\u0121\u0121ija lura ta&#8217; refu\u0121jati li se\u0127\u0127 matul l-a\u0127\u0127ar 6 xhur juri li l-epidemija <em>Covid-19<\/em> ma kellha x&#8217;taqsam xejn.<\/p>\n<p>I\u017cda matul tmiem il-\u0121img\u0127a tal-G\u0127id kien hemm de\u010bi\u017cjoni o\u0127ra li kienet ttie\u0127det qabel ittie\u0127det id-de\u010bi\u017cjoni li jinkera vapur tas-sajd &#8211; li sidu huwa Malti i\u017cda li jtajjar il-bandiera tal-Libja &#8211; biex ikaxkar lura lill-immigranti lura lejn il-Libja. Din id-de\u010bi\u017cjoni kienet li m&#8217;g\u0127andu jkun hemm ebda lan\u010ba tal-istat Malti involuta fis-salvata\u0121\u0121 tal-immigranti li tal-<em>Frontex<\/em> di\u0121\u00e0 kienu lem\u0127uhom minn jiem qabel u li kienu wkoll intlem\u0127u minn ajruplan tal-Forzi Armati ta&#8217; Malta l-g\u0127ada tal-G\u0127id filg\u0127axija.<\/p>\n<p>X&#8217;kienet ir-ra\u0121uni li tal-Forzi Armati naqsu li jibg\u0127atu lan\u010ba biex ti\u0121bor u ssalva lill-immigranti li kienu di\u0121\u00e0 jafu bihom?<\/p>\n<p>It-twe\u0121iba uffi\u010bjali kienet li r-ri\u017corsi tal-Forzi Armati kienu qed ji\u0121u ffukati fuq it-t\u0127aris tal-portijiet mill-epidemija\u00a0 Covid-19. Il-bi\u010b\u010ba &#8216;l kbira tan-nies m&#8217;humiex esperti dwar ir-ri\u017corsi tad-difi\u017ca ta&#8217; Malta u g\u0127aldaqstant jien kellimt espert, li ismu ser jibqa&#8217; anonimu g\u0127al ra\u0121unijiet professjonali, u staqsejtu kemm tista&#8217; titwemmen ir-ra\u0121uni li \u0121ab il-gvern.<\/p>\n<p>It-twe\u0121ibiet fid-dettall jidhru hawn isfel.<\/p>\n<p>Fi ftit kliem, ir-ra\u0121uni li n\u0121iebet dwar l-epidemija u dwar l-ordni li jing\u0127alqu l-portijiet kienet biss sku\u017ca biex lill-immigranti ma jo\u0127or\u0121ux isalvawhom. I\u017cda kienet sku\u017ca li nbelg\u0127et mill-opinjoni pubblika li n\u0127akmet mill-paranojja u mir-razzi\u017cmu.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-89644\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/ff10cc896baf7a2e7723d1a7895b740451981677-1564155184-5d3b1d30-630x420-1.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"420\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/ff10cc896baf7a2e7723d1a7895b740451981677-1564155184-5d3b1d30-630x420-1-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/ff10cc896baf7a2e7723d1a7895b740451981677-1564155184-5d3b1d30-630x420-1-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/ff10cc896baf7a2e7723d1a7895b740451981677-1564155184-5d3b1d30-630x420-1-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/ff10cc896baf7a2e7723d1a7895b740451981677-1564155184-5d3b1d30-630x420-1-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/ff10cc896baf7a2e7723d1a7895b740451981677-1564155184-5d3b1d30-630x420-1.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n<p><strong>1. It -TVM ikkwota &#8220;sorsi infurmati&#8221; li spjegaw li r-ri\u017corsi marittimi tal-Forzi Armati Maltin kienu ffukati fuq operazzojinijet ta&#8217; &#8220;rutina&#8221; bil-g\u0127an li ti\u0121i nfurzata l-ordni li jing\u0127alqu l-portijet b&#8217;ri\u017cq il-kontroll u l-prevenzjoni tal-epidemija Covid-19. Dan l-argument intu\u017ca biex ti\u0121\u0121ustifika d-de\u010bi\u017cjoni li ebda lan\u010ba tal-forzi Armati Maltin ma kellha tintu\u017ca biex issalva lill-immgranti li kienu fil-periklu tal-g\u0127arqa fl-ib\u0127ra Maltin. Jidhirlek li din id-de\u010bi\u017cjoni kienet wa\u0127da ra\u0121jonevoli?\u00a0<\/strong><\/p>\n<p><em>Il-Forzi Armati ta&#8217; Malta g\u0127andhom \u017cew\u0121 kategoriji ewlenin ta&#8217; lane\u010b. Dawk li jintu\u017caw fil-poritijet u qrib il-kosta Maltija, li minnhom hemm sitta u numru ta&#8217; RHIBS.<\/em><\/p>\n<p><em>Dawn ir-ri\u017corsi huma bi\u017c\u017cejjed biex jaqdu dmirijiet addizzjonali fil-portijiet u qrib il-kosta\u00a0 li jistg\u0127u jkunu me\u0127tie\u0121a min\u0127abba l-epidemija Covid-19.<\/em><\/p>\n<p><em>Il-Forzi Armati Maltin g\u0127andhom ukoll erba&#8217; lane\u010b o\u0127ra li jba\u0127\u0127ru &#8216;l bog\u0127od mill-kosta li g\u0127andhom il-ba\u0127\u0127ara tag\u0127hom u li jintu\u017caw g\u0127al operazzjonijiet ta&#8217; salvata\u0121\u0121.\u00a0<\/em><\/p>\n<p><strong>2. Minn dak li ntqal, ta\u0127seb li attentat biex ji\u0121u salvati r-refu\u0121jati li kienu riekbin fuq id-dinghies kien jipperikola s-sigurt\u00e0 fil-port?\u00a0<\/strong><\/p>\n<p><em>Kull attentat li seta&#8217; sar biex ji\u0121u salvati l-immigranti li kienu fil-periklu li jeg\u0127rqu permezz ta&#8217; dawn l-erba&#8217; lane\u010b b&#8217;ebda mod ma kien jipperikola d-dmirijiet addizzjonali ka\u0121unati mill-epidemija Covid-19.<\/em><\/p>\n<p><em>G\u0127al dawn id-dmirijiet addizzjonali jintu\u017caw kategorija differenti ta&#8217; lane\u010b.\u00a0<\/em><\/p>\n<p><strong>3. Min normalment jidde\u010biedi g\u0127andhiex tintbag\u0127at jew le lan\u010ba tal-Forzi Armati biex Wtag\u0127mel xog\u0127ol ta&#8217; salvata\u0121\u0121? Din tkun de\u010bi\u017cjoni tal-Armata jew wa\u0127da politika?\u00a0<\/strong><\/p>\n<p><em>min\u0127abba l-epidemija Covid-19, de\u010bi\u017cjonijiet b\u0127al dawn jittie\u0127du mill-og\u0127la livell tal-armata u tal-gvern.\u00a0<\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Bil-g\u0127an li jqanqal l-appo\u0121\u0121 g\u0127ad-de\u010bi\u017cjoni tieg\u0127u li jikser il-li\u0121ijiet internazzjonali billi jre\u0121\u0121a&#8217; lura lill-immigranti lejn il-Libja, pajji\u017c mifni bil-gwerer u bil-\u0121ellieda ji\u0121u mat-toroq, il-gvern ta&#8217; Robert Abela sejjes l-argument tieg\u0127u fuq l-isku\u017ca tal-epidemija Covid-19. I\u017cda wie\u0127ed je\u0127tie\u0121 li j\u017comm f&#8217;mo\u0127\u0127u li l-pjan biex ire\u0121\u0121a&#8217; lura lir-refu\u0121jati kien ilu li n\u0127ema.\u00a0Dan il-pjan kien inkixef fi Frar [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":89651,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89658\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=89658"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89658\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":89664,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89658\/revisions\/89664\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/89651\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=89658"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=89658"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=89658"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}