{"id":89754,"date":"2020-04-29T10:32:59","date_gmt":"2020-04-29T08:32:59","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=89754"},"modified":"2020-04-29T11:26:55","modified_gmt":"2020-04-29T09:26:55","slug":"xqed-jigi-diskuss-fil-laqghat-li-qed-isiru-mal-libja","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/04\/xqed-jigi-diskuss-fil-laqghat-li-qed-isiru-mal-libja\/","title":{"rendered":"X&#8217;qed ji\u0121i diskuss fil-laqg\u0127at li qed isiru mal-Libja?"},"content":{"rendered":"<p>Er\u0121ajna koppi. Qed nir\u010bievu a\u0127barjiet dwar laqg\u0127at li qed ikollu l-gvern Malti minn g\u0127ejjun fil-pajji\u017c li fihom qed isiru dawn il-laqg\u0127at. Dan x&#8217;aktarx ise\u0127\u0127 meta l-gvern ma jkunx iridna nsiru nafu s-su\u0121\u0121ett li jkun qed ji\u0121i diskuss f&#8217;dawn il-laqg\u0127at.<\/p>\n<p>Evarist Bartolo jing\u0127ad li kellu laqg\u0127at mad-deputat prim ministru tal-Libja u je\u017cistu rapporti mhux konfermati li huwa siefer lejn il-Libja biex jattendi g\u0127al dawn il-laqg\u0127at. I\u017cda dan x&#8217;aktarx ma setax kien il-ka\u017c, sakemm ma tg\u0127abbiex abbord il-Mae Yemanja u g\u0127en fil-\u0121arr tal-i\u0121sma mejtin ta&#8217; r\u0121iel u subien li mietu bil-g\u0127atx sakemm Malta baqg\u0127et ta\u0127sibha g\u0127al \u0127amest ijiem s\u0127a\u0127 li ma ssalvahomx.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/libyareview.com\/?p=2214\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-\u0121urnal elettroniku Libjan bl-Ingli\u017c <em>Libya Review<\/em> kiteb li<\/a>: &#8220;nhar it-Tnejn, il-vi\u010bi-president tal-Kunsill Presidenzjali tal-Libja, Ahmed Maiteeq, tkellem mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin ta&#8217; Malta, Evarist Bartolo. L-uffi\u010bjali ddiskutew it-tis\u0127i\u0127 fil-koperazzjoni bejn i\u017c-\u017cew\u0121 pajji\u017ci kif ukoll l-a\u0127\u0127ar \u017cviluppi li se\u0127\u0127ew fil-Libja. Bartolo tkellem dwar il-\u0127e\u0121\u0121a ta&#8217; pajji\u017cu li jag\u0127ti sehemu biex tissa\u0127\u0127a\u0127 is-sigurt\u00e0 u l-istabilit\u00e0 tal-Libja, u \u0121edded l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u g\u0127all-gvern ta&#8217; dak il-pajji\u017c&#8221;.<\/p>\n<p>Kliem b\u0127al dan ifisser li ma ridux jikxfu s-su\u0121\u0121ett li tkellmu dwaru. In-na\u0127a Maltija m&#8217;g\u0127amlet ebda stqarrija dwar il-laqg\u0127a.<\/p>\n<p>G\u0127all-im\u0121ieba tieg\u0127u, Evarist Bartolo jwie\u0121eb lill-Parlament u lill-pubbliku u g\u0127alih g\u0127andna dawn il-mistoqsijiet li \u0121ejjin:<\/p>\n<ol>\n<li>Mal-Libja tkellem dwar il-ko-ordinament tat-tre\u0121\u0121ija lura lejn il-Libja ta&#8217; immigranti li jkunu \u0121ew salvati fl-ib\u0127ra Maltin?<\/li>\n<li>Tkellem dwar xi forma ta&#8217; \u0127las li g\u0127andu jsir lil Libja jew lil \u0127addie\u0127or b\u0127ala kumpens g\u0127all-politika favur it- tre\u0121\u0121ija lura tal-immigranti?<\/li>\n<li>Talab li jing\u0127ata assikurazzjonijiet dwar it-trattament u l-kondizzjonijiet tal-g\u0127ajxien tal-immigranti li jitre\u0121\u0121g\u0127u lura?<\/li>\n<\/ol>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Er\u0121ajna koppi. Qed nir\u010bievu a\u0127barjiet dwar laqg\u0127at li qed ikollu l-gvern Malti minn g\u0127ejjun fil-pajji\u017c li fihom qed isiru dawn il-laqg\u0127at. Dan x&#8217;aktarx ise\u0127\u0127 meta l-gvern ma jkunx iridna nsiru nafu s-su\u0121\u0121ett li jkun qed ji\u0121i diskuss f&#8217;dawn il-laqg\u0127at. Evarist Bartolo jing\u0127ad li kellu laqg\u0127at mad-deputat prim ministru tal-Libja u je\u017cistu rapporti mhux konfermati li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":89102,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89754\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=89754"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89754\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":89755,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89754\/revisions\/89755\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/89102\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=89754"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=89754"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=89754"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}