{"id":89806,"date":"2020-05-01T08:05:05","date_gmt":"2020-05-01T06:05:05","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=89806"},"modified":"2020-05-01T10:41:52","modified_gmt":"2020-05-01T08:41:52","slug":"tghid-il-gvern-issa-qabad-it-tielet-triq","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/05\/tghid-il-gvern-issa-qabad-it-tielet-triq\/","title":{"rendered":"Tg\u0127id il-gvern issa qabad it-tielet triq?"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/05\/a-third-way\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Tikkaw\u017ca kemm tikkaw\u017ca problemi d-de\u010bi\u017cjoni li l-immigranti jin\u017cammu bejn sema u ilma<\/a>, hi wkoll de\u010bi\u017cjoni li tipprovdi alternattiva g\u0127all-ewwel g\u0127a\u017cla li g\u0127amel il-gvern fi tmiem il-\u0121img\u0127a tal-G\u0127id. X&#8217;aktarx biex jemula s-sagrifi\u010b\u010bju li kien g\u0127amel Kristu, din l-ewwel g\u0127a\u017cla kienet li lill-immigranti ter\u0127ilhom jeg\u0127rqu fil-ba\u0127ar. Il-gvern wa\u0127\u0127al fl-immigranti talli dawn g\u0127a\u017clu li jaqsmu bil-ba\u0127ar minflok baqg\u0127u fejn kienu, u dan b\u0127allikieku kienu qed jippjanaw xi btala lejn Ruma jew lejn il-g\u017cejjer Maldivi. G\u0127aldaqstant b\u0127al spe\u010bi li, \u0121aladarba baqg\u0127u jinsistu li jaqsmu bil-ba\u0127ar minkejja l-fatt li l-portijiet tag\u0127na ng\u0127alqu, setg\u0127u jmorru jixxejru u jeg\u0127rqu fil-ba\u0127ar!<\/p>\n<p>I\u017cda \u0121ara&#8217; li, minkejja l-fatt li l-gvern seta&#8217; jserra\u0127 fuq ir-razzi\u017cmu rampanti li jinsab mifrux f&#8217;kull rokna ta&#8217; pajji\u017cna, l-pressjoni li kellu mill-NGOs u l-investigazzjoni li tniediet fuq inizjattiva ta&#8217; Repubblika spi\u010b\u010baw biex \u0127assrulu l-festi.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant il-gvern dar fuq alternattiva o\u0127ra &#8211; it-tieni g\u0127a\u017cla &#8211; billi ordna lil Neville Gaf\u00e0 biex iqabbad \u010borma furbani tal-ba\u0127ar (g\u0127alkemm je\u0127tie\u0121 li nag\u0127milha \u010bara li sid il-vapur Mae Yemanja Charles Grech qatt ma kien \u0121ie kundannat dwar akku\u017ci ta&#8217; kuntrabandu li kellu ma&#8217; wi\u010b\u010bu f&#8217;Malta u ma kien \u0121ara&#8217; xejn aktar wara li kien \u0121ie arrestat wara li kien inqabad b&#8217;somom ta&#8217; flus kontanti fil-Libja) biex ire\u0121\u0121g\u0127u lura lill-immigranti li ma kienux lesti li jmutu bil-g\u0127atx lura lejn il-Libja.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-89513\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-19-at-20.52.23-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"750\" height=\"1000\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-19-at-20.52.23-1-200x267.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-19-at-20.52.23-1-225x300.jpeg 225w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-19-at-20.52.23-1-400x533.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-19-at-20.52.23-1-600x800.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/WhatsApp-Image-2020-04-19-at-20.52.23-1.jpeg 750w\" sizes=\"(max-width: 750px) 100vw, 750px\" \/><\/p>\n<p>I\u017cda l-bo\u010b\u010ba xorta wa\u0127da baqg\u0127et ferm il-bog\u0127od mil-likk.<\/p>\n<p>Ma kienx bi\u017c\u017cejjed li isem il-vapur tas-sajd kien t\u0127assar g\u0127aliex din il-qoxra tal-ba\u0127ar xorta wa\u0127da \u0121iet identifikata hekk kif da\u0127let fil-Port il-Kbir. Lil min \u0121ietu l-idea puwerili f&#8217;mo\u0127\u0127u li j\u0127assar l-isem tal-vapur ma tantx qata&#8217; sandar. U lanqas ma setg\u0127u jserr\u0127u rashom li Neville Gaf\u00e0 kien ser i\u017comm kollox mistur.<\/p>\n<p>Issa huwa ttamat li l-ewwel \u017cew\u0121 g\u0127a\u017cliet twarrbu u l-gvern se jipprova jg\u0127addi minn triq o\u0127ra bit-tama li ma jer\u0121ax iqanqal ir-razzi\u017cmu li kien qanqal ftit \u0121ranet ilu.<\/p>\n<p>Anki jekk qed jipprova jg\u0127addi minn triq differenti, l-gvern ma jistax ig\u0127a\u0121\u0121el. Bl-ewwel triq li kien qabad il-gvern, spi\u010b\u010baw mietu 12 il-ru\u0127. L-inkjesta kriminali li tinsab g\u0127addejja ser tistabilixxi jekk dawk it-12 il-ru\u0127 mietux bis-sa\u0127\u0127a tad-de\u010bi\u017cjoni li \u0127a l-gvern li ma jo\u0127ro\u0121x biex isalvahom.<\/p>\n<p>U t-tieni triq li kien qabad il-gvern, qed jitkellmu dwarha madwar id-dinja kollha. Hi tassew \u0127a\u0121a inkredibbli kif Robert Abela kien ming\u0127alih li d-dinja ma kienitx ser tinteba\u0127 b&#8217;dak li kien qed jag\u0127mel il-gvern tieg\u0127u.\u00a0<a href=\"https:\/\/www.nytimes.com\/2020\/04\/09\/world\/europe\/malta-migrant-boat.html\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">It-tg\u0127affi\u0121a bdiet bir-rapport li xandar in-<em>New York Times<\/em> nhar \u0126amis ix-Xirka.<\/a> Jaqaw Robert Abela \u0127aseb li dawn kienu tilfu l-interess fl-istorja? X&#8217;aktarx li dan l-interess qatt ma kienu tilfuh. Malta kisbet notorjet\u00e0 madwar id-dinja talli kellha lil xi \u0127add b\u0127al Joseph Muscat b\u0127ala prim ministru. Robert Abela tg\u0127id \u0127aseb li t-tendenza li g\u0127andhom il-Maltin li jag\u0127\u017clu b\u0127ala mexxejja tag\u0127hom \u0127allelin tribali li ma ja\u0127sbuhiex darbtejn li jkollhom sehem fi qtil, kienet se ttir mar-ri\u0127 hekk kif inkunu g\u0127a\u017cilna lill-avukat personali ta&#8217; Joseph Muscat biex imexxina?<\/p>\n<p>Iva, g\u0127ajnejn id-dinja ilhom fuqna. Bin-<em>New York Times<\/em> b&#8217;kollox.\u00a0<a href=\"https:\/\/www.nytimes.com\/2020\/04\/30\/world\/europe\/migrants-malta.html\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Aqraw x&#8217;kellu xi jg\u0127id b&#8217;mod dettaljat dan il-\u0121urnal il-biera\u0127 filg\u0127axija.<\/a> U a\u0127sbu ftit fuq dak li kiteb espert legali li l-\u0121urnal ikkonsulta mieg\u0127u:<\/p>\n<p>\u201c<em>Il-fatti li rri\u017cultaw iqanqlu t\u0127assib serju li qed nassistu g\u0127al im\u0121ieba sistematika \u0121dida li tista&#8217; tg\u0127abbi lil uffi\u010bjali tal-istat Malti b&#8217;responsabbilt\u00e0 kriminali, kemm f&#8217;pajji\u017chom kif ukoll lil hinn minnu<\/em>\u201d stqarr Dr Mann.<\/p>\n<p>Itamar Mann huwa espert fil-li\u0121i marittima u fil-li\u0121i dwar ir-refu\u0121jati fl-Universit\u00e0 ta&#8217; Haifa fl-I\u017crael. Jista&#8217; jkun li Dr Mann m&#8217;huwiex espert dwar l-infurzar tal-li\u0121ijiet f&#8217;Malta: f&#8217;pajji\u017cna, g\u0127alkemm kien hemm prim ministri u ministri li kienu \u0121ew &#8220;investigati&#8221;, s&#8217;issa \u0127add ma \u0121ie kundannat. U din is-sitwazzjoni x&#8217;aktarx serv tibqa&#8217; dik li hi.<\/p>\n<p>Madankollu r-&#8220;responsabbilt\u00e0 kriminali lil hinn min xtutna&#8221; g\u0127andha tqanqal t\u0127assib serju f&#8217;mo\u0127\u0127 il-prim ministru.<\/p>\n<p>Se\u0127\u0127 reat kriminali. U dan il-fatt ma jistax jit\u0127assar.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Tikkaw\u017ca kemm tikkaw\u017ca problemi d-de\u010bi\u017cjoni li l-immigranti jin\u017cammu bejn sema u ilma, hi wkoll de\u010bi\u017cjoni li tipprovdi alternattiva g\u0127all-ewwel g\u0127a\u017cla li g\u0127amel il-gvern fi tmiem il-\u0121img\u0127a tal-G\u0127id. X&#8217;aktarx biex jemula s-sagrifi\u010b\u010bju li kien g\u0127amel Kristu, din l-ewwel g\u0127a\u017cla kienet li lill-immigranti ter\u0127ilhom jeg\u0127rqu fil-ba\u0127ar. Il-gvern wa\u0127\u0127al fl-immigranti talli dawn g\u0127a\u017clu li jaqsmu bil-ba\u0127ar minflok baqg\u0127u [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":89514,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89806\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=89806"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89806\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":89808,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89806\/revisions\/89808\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/89514\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=89806"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=89806"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=89806"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}