{"id":89829,"date":"2020-05-01T17:14:41","date_gmt":"2020-05-01T15:14:41","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=89829"},"modified":"2020-05-03T12:37:03","modified_gmt":"2020-05-03T10:37:03","slug":"issa-qed-nahsdu-dak-li-kien-inzera","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/05\/issa-qed-nahsdu-dak-li-kien-inzera\/","title":{"rendered":"Issa qed na\u0127sdu dak li kien in\u017cera&#8217;"},"content":{"rendered":"<p>Qed jing\u0127ad li l-epidemija tal-Covid-19 anki tasal biex i\u0121\u0121ieg\u0127el lill-im\u0127u\u0127 ji\u0127fiefu. Qabel skattat l-epidemija di\u0121\u00e0 kellna ka\u017cijiet bir-rimi ta&#8217; ministri li, minflok jiltaqg\u0127u mal-membri tal-istampa biex iwie\u0121bu l-mistoqsijiet u biex jinfurmaw lill-pubbliku, qed jippreferu li jidhru f&#8217;filmati ta&#8217; propaganda fuq il-media so\u010bjali.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/konrad-mizzi-how-to-avoid-the-press.694503\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Konrad Mizzi kien g\u0127amilha drawwa li, g\u0127all-attivitajiet ministerjali tieg\u0127u jistieden biss lil dawk il-&#8220;\u0121urnalisti&#8221; li huma m\u0127allsin mill-gvern.<\/a> Kien jistieden biss \u0121urnalisti tat-TVM u tal-One TV biex iserra\u0127 mo\u0127\u0127u li ma jkollux g\u0127alfejn joqg\u0127od i\u0127abbel rasu biex iwie\u0121eb mistoqsijiet ostili jew pertinenti.<\/p>\n<p>Lil Konrad Mizzi issa m&#8217;a\u0127niex narawh b&#8217;nemes. Jinsab fl-Ingilterra u qed jibg\u0127at \u010bertifikati medi\u010bi bi sku\u017ca biex jevita li jersaq lejn Malta. Mid-dehra ttie\u0127ed mill-istess marda li \u0127akmet lill-eks ministru John Dalli li kien qabbad tabib biex ji\u010b\u010bertifika li ma kienx f&#8217;po\u017cizzjoni jaqbad ajruplan biex jin\u017cel Malta minn Brussell.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-large wp-image-89815\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-01-at-13.00.01-724x1024.jpeg\" alt=\"\" width=\"724\" height=\"1024\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-01-at-13.00.01-200x283.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-01-at-13.00.01-212x300.jpeg 212w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-01-at-13.00.01-400x566.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-01-at-13.00.01-600x849.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-01-at-13.00.01.jpeg 724w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-01-at-13.00.01-768x1086.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-01-at-13.00.01-800x1132.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-01-at-13.00.01-1086x1536.jpeg 1086w\" sizes=\"(max-width: 724px) 100vw, 724px\" \/><\/p>\n<p>Wi\u010b\u010b Konrad Mizzi se ndumu biex ner\u0121g\u0127u narawh. L-istess jista&#8217; jing\u0127ad g\u0127al Chris Cardona.<\/p>\n<p>Hawn min ig\u0127id li m&#8217;a\u0127na se nitilfu xejn.<\/p>\n<p>I\u017cda ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn il-filmat li xandar illum Owen Bonnici. Dan il-filmat g\u0127andu jaslilkom akkumpanjat minn indul\u0121enza plenarja. I\u017cda jiddispja\u010bini ng\u0127idilkom li m&#8217;g\u0127andi ebda premju g\u0127al dawk li jkunu jridu jehdew f&#8217;nostal\u0121ija post-so\u010bjalista g\u0127a\u017c-\u017cminijiet tad-deheb imma\u0121inarji ta&#8217; attakk isteriku tal-massa wara l-purtiera tal-\u0127adid. Owen Bonnici kompla ni\u017c\u017cel is-sintomu ta&#8217; min jiddiletta bl-\u201c<em>arani m<\/em><em>\u00e0<\/em>\u201d g\u0127al livell aktar baxx. Tul dawn l-a\u0127\u0127ar 10 snin ta&#8217; \u0127ajja pubblika, Owen Bonnici g\u0127addiehom jipprova jipperswadi lill-\u0121enituri tieg\u0127u dwar kemm sarilhom importanti.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2FOwenBonnicipersonalpage%2Fvideos%2F2555933194736131%2F&amp;show_text=0&amp;width=560\" width=\"560\" height=\"315\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>U allura g\u0127amililna naqra ta&#8217; <em>show<\/em> biex il-m\u00e0 u l-p\u00e0 jkunu jistg\u0127u jitg\u0127axxqu jaraw lil binhom fl-a\u0127barijiet tat-tmienja ta&#8217; filg\u0127axija.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-89823\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/OyKbp9Gb_400x400.jpg\" alt=\"\" width=\"400\" height=\"400\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/OyKbp9Gb_400x400-66x66.jpg 66w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/OyKbp9Gb_400x400-150x150.jpg 150w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/OyKbp9Gb_400x400-200x200.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/OyKbp9Gb_400x400-300x300.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/OyKbp9Gb_400x400.jpg 400w\" sizes=\"(max-width: 400px) 100vw, 400px\" \/><\/p>\n<p>Owen Bonnici g\u0127o\u0121bu jda\u0127\u0127al lill-\u0121enituri tieg\u0127u fil-kredu ta&#8217; \u0127ajtu u d-dehra tag\u0127hom jiggustaw lil binhom kienet bla grazzja aktar mid-dehriet li jidher fihom is-soltu. Kont nippretendi li ser i\u0121ieg\u0127luna naraw lil ommu b&#8217;wi\u010b\u010bha jixg\u0127el, kburija bil-boqqa brodu ta&#8217; iben li g\u0127andha, i\u017cda minflok rajna politiku li, milli jidher, \u0127alib ommu g\u0127adu fi jimra\u0127 fi snienu.<\/p>\n<p>Illum \u0121ieg\u0127luna naraw lil ommu ssegwi lil binha b&#8217;g\u0127ajnejha u x-xena kienet wa\u0127da tassew bla grazzja. \u201cArani m\u00e0\u201d b\u0127al donnu beda&#8217; jg\u0127idilha.<\/p>\n<p>Robert Abela huwa e\u017cempju \u0127aj ie\u0127or li xejn ma jag\u0127mel g\u0127ajb lil Owen Bonnici. Dan issa jidher li ttie\u0127ed mill-vizzju ta&#8217; Konrad Mizzi u fil-konferenzi stampa li qed jag\u0127mel, il-membri tal-istampa mhux jit\u0127allew jipparte\u010bipaw.<\/p>\n<p>I\u017cda llum, g\u0127aliex \u0127abbar li n-nies ser jibdew jit\u0127allew jaqsmu bil-vapur lejn G\u0127awdex ming\u0127ajr ma jintalab permess u li jkunu jistg\u0127u jid\u0127lu tnejn tnejn fil-\u0127wienet tal-g\u0127amara, \u0127aseb li l-membri tal-istampa tant ser jimpressjonaw ru\u0127\u0127om bil-g\u0127erf tieg\u0127u u bil-\u0121enero\u017cit\u00e0 ta&#8217; qalbu li ma kienux ser ja\u017c\u017cardaw jistaqsu mistoqsijiet kemmxejn inkonvenjenti g\u0127alih.<\/p>\n<p>G\u0127aliex, tafu intom, il-membri tal-istampa suppost imisshom qed jaqb\u017cu u jog\u0127lew bil-fer\u0127 wara li semg\u0127u l-a\u0127bar li\u00a0 ser jer\u0121g\u0127u jibdew isiru l-<em>colonoscopies<\/em> wara tmiem din il-\u0121img\u0127a u g\u0127adaqstant m&#8217;g\u0127andhomx joqg\u0127odu jintilfu fuq dawk it-12 il-ru\u0127 li mietu mg\u0127arrqa fl-ib\u0127ra tag\u0127na u dan g\u0127aliex Robert Abela rrifjuta li jibg\u0127at lan\u010ba biex issalvalhom \u0127ajjithom. U biex tg\u0127axxaqha, dan se\u0127\u0127 fl-istess xahar li fih kien stqarr li &#8220;a\u0127na ser insalvaw lil kull min ikun fil-periklu li jag\u0127req&#8221;. Tabil\u0127aqq.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/abela-admits-coordinating-private-boats-that-returned-migrants-to.789362\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Robert Abela tkellem dwar dak li huwa rrilevanti. I\u017cda dan ma jfissirx li jista&#8217; jg\u0127atti l-gideb fl-istess \u0127in.<\/a> Huwa minnu li Malta g\u0127anda kull dritt li tibg\u0127at vapur privat bil-g\u0127an li ji\u0121u salvati dawk li jsibu ru\u0127\u0127om f&#8217;diffikult\u00e0 fil-ba\u0127ar. Madankollu dan ma jfissirx li Malta tkun qed tag\u0127mel dak li hu sewwa. Vapur tas-sajd m&#8217;huwiex mg\u0127ammar biex isalva n-nies mill-g\u0127arqa. G\u0127al dan ix-xog\u0127ol g\u0127andna vapuri apposta u nies im\u0127arr\u0121a. U minflok nibg\u0127atuhom biex iwettqu xog\u0127olhom, lill-&#8216;eroj&#8221; tag\u0127na qed in\u017commuhom fil-port u minflokhom qed nibg\u0127atu lill-furbani.<\/p>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn din il-kitba ta&#8217; Darrin Zammit Lupi li mill-qrib ra b&#8217;g\u0127ajnejh e\u017cer\u010bizzju ta&#8217; salvata\u0121\u0121. Is-sitwazzjoni jidher li ser tkompli tiggrava.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fdarrin.zammitlupi%2Fposts%2F10163520687690711&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"325\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>U mbilli l-gvern Malti kellu kull dritt li jqabbad vapur privat biex iwettaq xog\u0127ol ta&#8217; salvata\u0121\u0121, dan ma jfissirx li l-gvern Malti \u201ca\u0121ixxa skont il-li\u0121i\u201d. Meta re\u0121\u0121a&#8217; lura lill-immigranti lejn il-Libja, l-gvern Malti kiser il-li\u0121ijiet internazzjonali u wettaq reat kriminali kontra l-umanit\u00e0.<\/p>\n<p>I\u017cda Robert Abela tme\u017cme\u017c meta xi \u0121urnalisti bdew jistaqsuh il-mistoqsijiet dwar dan. U malajr saddilhom \u0127alqhom. Qalilhom li l-\u0121urnata kienet sabi\u0127a wisq biex noqg\u0127odu ninkwietaw fuq l-i\u0121sma tas-suwed mg\u0127arrqin ta\u0127t l-ilma jew ta&#8217; dawk li g\u0127adhom mimlijin bil-g\u0127omor i\u017cda li huma maqfulin f&#8217;\u0127absijiet tal-wa\u0127x.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\"><a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/Malta?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#Malta<\/a> PM says it&#8217;s a &#8216;beautiful&#8217; day because <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/COVID__19?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#COVID__19<\/a> measures were partially relaxed, but he can&#8217;t understand why the media is asking about <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/migrants?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#migrants<\/a> stranded at sea while others are sent back to detention camps. That&#8217;s OK then. Next question?<\/p>\n<p>\u2014 Herman Grech (@Earthling70) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/Earthling70\/status\/1256169227918041088?ref_src=twsrc%5Etfw\">May 1, 2020<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p><script async src=\"https:\/\/platform.twitter.com\/widgets.js\" charset=\"utf-8\"><\/script><\/p>\n<p>Lill-mummy tieg\u0127u Robert Abela ma jridhiex tarah jiffa\u010b\u010bja sfidi dwar il-konsegwenzi koro\u0127 tal-pru\u017cunzjoni dilettanteska tieg\u0127u. Lill-mummy jridha tarah jit\u0127addet quddiem bnadar kbar u kuljum irid ifakkarha li le\u0127aq fejn xtaq jil\u0127aq.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-large wp-image-89819\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/8be3415967422ad50c927ca0cb394df8c459ac74-1588329364-5eabfb94-1920x1280-1-1024x683.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"683\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/8be3415967422ad50c927ca0cb394df8c459ac74-1588329364-5eabfb94-1920x1280-1-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/8be3415967422ad50c927ca0cb394df8c459ac74-1588329364-5eabfb94-1920x1280-1-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/8be3415967422ad50c927ca0cb394df8c459ac74-1588329364-5eabfb94-1920x1280-1-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/8be3415967422ad50c927ca0cb394df8c459ac74-1588329364-5eabfb94-1920x1280-1-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/8be3415967422ad50c927ca0cb394df8c459ac74-1588329364-5eabfb94-1920x1280-1-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/8be3415967422ad50c927ca0cb394df8c459ac74-1588329364-5eabfb94-1920x1280-1-800x534.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/8be3415967422ad50c927ca0cb394df8c459ac74-1588329364-5eabfb94-1920x1280-1.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p>G\u0127aliex e\u017catt b\u0127al Joseph Muscat qablu, l-aqwa jum g\u0127alih b\u0127ala prim ministru kien l-ewwel jum. Minn dakinhar &#8216;il quddiem bdiet it-triq tan-ni\u017cla.<\/p>\n<p>L-atte\u0121\u0121jament ta&#8217; Robert Abela fil-konfront tal-membri tal-istampa jixba\u0127 dak ta&#8217; Donald Trump. Meta jsib ru\u0127u dahru mal-\u0127ajt min\u0127abba l-inkompetenza tieg\u0127u, jibda&#8217; jispara l-akku\u017ci fuq l-istampa u jixliehom li \u0127assrulu l-festi meta dawn tkellmu dwar su\u0121\u0121ett li hu ma riedx jitkellem dwaru.<\/p>\n<p>Issa ag\u0127tu \u0127arsa lejn dan il-kliem ministerjali patetiku: fil-<em>Facebook<\/em>, Evarist Bartolo kiteb li \u201cl-Ewropa\u201d (min?) kienet re\u0121\u0121g\u0127et lill-immigranti lura lejn Malta.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fevarist.bartolo%2Fposts%2F2887973357917877&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"293\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Evarist Bartolo g\u0127amel paraguni foloz.<\/p>\n<p>Kienet Malta li lill-immigranti warrbithom mill-ib\u0127ra tag\u0127ha u g\u0127abbiethom fuq vapur li nstaq fid-direzzjoni tal-Libja. Dawn twasslu f&#8217;port li kien \u0121ie bumbardjat fil-lejl ta&#8217; qabel u ttie\u0127du lejn \u0127abs li tal-UNHCR lanqas biss jersqu lejh g\u0127aliex fih hemm nuqqas ta&#8217; sigurt\u00e0 g\u0127all-\u0127addiema tag\u0127hom. A\u0127seb u ara x&#8217;sigurt\u00e0 hemm g\u0127all-\u0127absin.<\/p>\n<p>U dan kollu suppost g\u0127andu ji\u0121i paragunat mas-sitwazzjoni f&#8217;Malta!<\/p>\n<p>Evarist Bartolo g\u0127andu bi\u010b\u010ba xog\u0127ol x&#8217;jag\u0127mel. Dan suppost qieg\u0127ed jipprova jipperswadi lill-kollegi Ewropej tieg\u0127u li jekk Malta tidde\u010biedi li dda\u0127\u0127al 60 ru\u0127 fil-port tag\u0127ha, dawn g\u0127andhom jitqassmu f&#8217;diversi pajji\u017ci fl-Ewropa biex b&#8217;hekk ma jkollniex folol ta&#8217; refu\u0121jati fuq l-g\u0127atba tag\u0127na. G\u0127aliex f&#8217;g\u0127ajnejn il-Libja, Malta hi l-g\u0127atba tal-Ewropa.<\/p>\n<p>\u010aertament dan l-argument huwa wie\u0127ed ra\u0121jonevoli.<\/p>\n<p>I\u017cda meta Evarist Bartolo jasal biex jikteb il-kliem patetiku li kiteb biex jipprova ji\u0121\u0121ustifika l-immoralit\u00e0 tat-tre\u0121\u0121ija lura tal-immigranti lejn it-torturi f&#8217;\u0127absijiet Libjani, g\u0127iduli intom x&#8217;\u010bansijiet ser ikollu li j\u0121ibha \u017cew\u0121 mal-kollegi tieg\u0127u Ewropej?<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-large wp-image-89821\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/94926928_2884218084960071_3645017488598499328_o-1024x1024.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"1024\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/94926928_2884218084960071_3645017488598499328_o-66x66.jpg 66w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/94926928_2884218084960071_3645017488598499328_o-150x150.jpg 150w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/94926928_2884218084960071_3645017488598499328_o-200x200.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/94926928_2884218084960071_3645017488598499328_o-300x300.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/94926928_2884218084960071_3645017488598499328_o-400x400.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/94926928_2884218084960071_3645017488598499328_o-600x600.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/94926928_2884218084960071_3645017488598499328_o-768x768.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/94926928_2884218084960071_3645017488598499328_o-800x800.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/94926928_2884218084960071_3645017488598499328_o.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/94926928_2884218084960071_3645017488598499328_o-1200x1200.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p>Varist, int m&#8217;intix i\u0121\u0121ibha \u017cew\u0121 mal-kollegi Ewropej tieg\u0127ek g\u0127aliex tul dawn l-a\u0127\u0127ar seba&#8217; snin Malta \u0121abet ru\u0127\u0127a \u0127a\u017cin. Bieg\u0127na \u010b-\u010bittadinanza Ewropea u \u017cammejna l-flus kollha f&#8217;butna. Ippermettejna lil kriminali Ewropej li ju\u017caw lil Malta biex ja\u0127slu l-flus ma\u0127mu\u0121in tag\u0127hom. \u0126silna l-flus ma\u0127mu\u0121in tad-dittatur tal-A\u017cerbaj\u0121an biex uliedu jkunu jistg\u0127u jg\u0127ixu fi bliet Ewropej ilellxu.<\/p>\n<p>\u0120ibna ru\u0127na b\u0127allikieku konna furbani. U fl-istess waqt bqajna nwa\u0127\u0127lu fl-&#8220;Ewropa&#8221; g\u0127an-nuqqas tag\u0127na li nsalvaw lill-bnedmin fl-ib\u0127ra tag\u0127na.<\/p>\n<p>Il-kollegi Ewropej tag\u0127na ma baqg\u0127ux jafdawna dakinhar li nteb\u0127u li meta jkollhom x&#8217;jaqsmu ma&#8217; ministru Malti, x&#8217;aktarx ikunu qed ikollhom x&#8217;jaqsmu ma&#8217; bniedem mafju\u017c.<\/p>\n<p>Evarist Bartolo qed ja\u0127sad dak li \u017cerg\u0127u Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Chris Cardona.<\/p>\n<p>U Evarist Bartolo qed ja\u0127sad dak li \u017cera&#8217; hu stess meta lill-\u0127allelin \u017cammhom fis-setg\u0127a biex ikun jista&#8217; jsalva l-\u0121ilda politika tieg\u0127u.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Qed jing\u0127ad li l-epidemija tal-Covid-19 anki tasal biex i\u0121\u0121ieg\u0127el lill-im\u0127u\u0127 ji\u0127fiefu. Qabel skattat l-epidemija di\u0121\u00e0 kellna ka\u017cijiet bir-rimi ta&#8217; ministri li, minflok jiltaqg\u0127u mal-membri tal-istampa biex iwie\u0121bu l-mistoqsijiet u biex jinfurmaw lill-pubbliku, qed jippreferu li jidhru f&#8217;filmati ta&#8217; propaganda fuq il-media so\u010bjali. Konrad Mizzi kien g\u0127amilha drawwa li, g\u0127all-attivitajiet ministerjali tieg\u0127u jistieden biss lil dawk [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":89826,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89829\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=89829"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89829\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":89865,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89829\/revisions\/89865\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/89826\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=89829"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=89829"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=89829"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}