{"id":89854,"date":"2020-05-03T08:34:01","date_gmt":"2020-05-03T06:34:01","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=89854"},"modified":"2020-05-03T10:10:29","modified_gmt":"2020-05-03T08:10:29","slug":"l-ahhar-ahbarijiet-90-ruh-fil-periklu-tal-gharqa-fl-ibhra-maltin","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/05\/l-ahhar-ahbarijiet-90-ruh-fil-periklu-tal-gharqa-fl-ibhra-maltin\/","title":{"rendered":"L-a\u0127\u0127ar a\u0127barijiet: 90 ru\u0127 fil-periklu tal-g\u0127arqa fl-ib\u0127ra Maltin"},"content":{"rendered":"<p><strong>L-a\u0127\u0127ar a\u0127barijiet fid-08:44. Aqraw dwar l-operazzjoni ta&#8217; &#8220;salvata\u0121\u0121&#8221;.<\/strong><\/p>\n<p>Dg\u0127ajsa tal-imjam mg\u0127obbija b&#8217;90 immigrant b\u0127alissa tinsab fl-ib\u0127ra Maltin. Rapporti jg\u0127idu li din id-dg\u0127ajsa tinsab fil-periklu li teg\u0127req. Fost il-passi\u0121\u0121ieri hemm mill-inqas mara wa\u0127da li hi tqila u numru ta&#8217; tfal.<\/p>\n<p>Il-lejl li g\u0127adda tal-<em>Alarm Phone<\/em> \u0121ibdu l-attenzjoni.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\">+++ BREAKING +++ A boat in distress with ~90 people in Maltese SAR just reached out to <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/Alarmphone?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#Alarmphone<\/a>. We alerted authorities to launch a rescue immediately without delay! <a href=\"https:\/\/twitter.com\/guardiacostiera?ref_src=twsrc%5Etfw\">@guardiacostiera<\/a> <a href=\"https:\/\/twitter.com\/Armed_Forces_MT?ref_src=twsrc%5Etfw\">@Armed_Forces_MT<\/a> <a href=\"https:\/\/t.co\/UhaNHBttIj\">pic.twitter.com\/UhaNHBttIj<\/a><\/p>\n<p>\u2014 Alarm Phone (@alarm_phone) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/alarm_phone\/status\/1256683758641655810?ref_src=twsrc%5Etfw\">May 2, 2020<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p><script async src=\"https:\/\/platform.twitter.com\/widgets.js\" charset=\"utf-8\"><\/script><\/p>\n<p>Id-dg\u0127ajsa tinsab madwar 17 il-mil mill-ib\u0127ra tal-Italja i\u017cda b\u0127alissa tinsab fl-ib\u0127ra Maltin u, skont kif \u0121ejt infurmat, Malta qed tikko-ordina s-&#8220;salvata\u0121\u0121&#8221;.<\/p>\n<p>Dawn ir-rapport jg\u0127idu li fil-post hemm tliet vapuri o\u0127ra, li tnejn minnhom huma vapuri merkantili li j\u0121ibu l-ismijiet Marina u Pixis Epsilon li qeg\u0127din jissorveljaw barkun. Hemm ukoll it-tielet vapur li jinsab qrib id-dg\u0127ajsa. Rapporti mhux konfermati jg\u0127idu li dan it-tielet vapur li jinsab qrib id-dg\u0127ajsa qed iba\u0127\u0127ar fid-direzzjoni ta&#8217; Tripli.<\/p>\n<p><em>(Ir-ritratt mehmu\u017c ma&#8217; din l-istorja m&#8217;huwiex tad-dg\u0127ajsa in kwistjoni).<\/em><\/p>\n<p><strong>L-a\u0127\u0127ar a\u0127bar (08:44)<\/strong><\/p>\n<p>Il-vapuri Marina u Pixis Epsilon qed i\u017commu &#8216;l bog\u0127od mid-dg\u0127ajsa tal-immigranti li issa qed tag\u0127mel l-ilma. It-tielet vapur kummer\u010bjali li qed iba\u0127\u0127ar fid-direzzjoni tad-dg\u0127ajsa i\u0121ib l-isem Carina u dan il-vapur ma jtajjarx il-bandiera Maltija.<\/p>\n<p>Il-vapur Carina kien fi triqtu lejn Tripli sakemm ing\u0127ata ordni biex jibdel id-direzzjoni tieg\u0127u minn 60 mil fil-punent u jba\u0127\u0127ar fid-direzzjoni tad-dg\u0127ajsa tal-immigranti. Fi\u010b-\u010birkostanzi, ordni b\u0127al din ma kienitx wa\u0127da meqjusa normali.<\/p>\n<p>Esperti fil-materja qaluli li \u0121aladarba vapur wie\u0127ed mit-tlieta mda\u0127\u0127lin f&#8217;din l-operazzjoni li ma jtajjarx il-bandiera Maltija \u0121ie ordnat biex idawwar ir-rotta u jersaq vi\u010bin id-dg\u0127ajsa tal-immigranti jista&#8217; jfisser li l-awtoritajiet Maltin g\u0127andhom l-intenzjoni li jre\u0121\u0121g\u0127u lill-immigranti lura lejn il-Libja.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-a\u0127\u0127ar a\u0127barijiet fid-08:44. Aqraw dwar l-operazzjoni ta&#8217; &#8220;salvata\u0121\u0121&#8221;. Dg\u0127ajsa tal-imjam mg\u0127obbija b&#8217;90 immigrant b\u0127alissa tinsab fl-ib\u0127ra Maltin. Rapporti jg\u0127idu li din id-dg\u0127ajsa tinsab fil-periklu li teg\u0127req. Fost il-passi\u0121\u0121ieri hemm mill-inqas mara wa\u0127da li hi tqila u numru ta&#8217; tfal. Il-lejl li g\u0127adda tal-Alarm Phone \u0121ibdu l-attenzjoni. +++ BREAKING +++ A boat in distress with ~90 [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":89394,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89854\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=89854"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89854\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":89855,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89854\/revisions\/89855\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/89394\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=89854"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=89854"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=89854"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}