{"id":89856,"date":"2020-05-03T09:16:05","date_gmt":"2020-05-03T07:16:05","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=89856"},"modified":"2020-05-03T12:30:24","modified_gmt":"2020-05-03T10:30:24","slug":"il-kobba-mhabbla-li-l-gvern-qed-ikompli-jithabbel-fiha","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/05\/il-kobba-mhabbla-li-l-gvern-qed-ikompli-jithabbel-fiha\/","title":{"rendered":"Il-kobba m\u0127abbla li l-gvern qed ikompli jit\u0127abbel fiha"},"content":{"rendered":"<p>Il-gvern dan m&#8217;hu qatt ser jammettih. I\u017cda l-verit\u00e0 hi li Malta da\u0127let bejn il-basla u qoxritha. Malta rmiet il-ba\u0127ar il-kredenzjali diplomati\u010bi li kellha u issa qed nag\u0127tu bis-sieq lill-immigranti b\u0127allikieku dawn g\u0127andhom xi tort g\u0127all-ftajjar li \u0127mew Joseph Muscat u Robert Abela.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/05\/90-people-in-distress-in-maltas-search-and-rescue-zone\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">B\u0127alissa hemm 90 immigrant bejn sema u ilma fl-ib\u0127ra tag\u0127na<\/a>. Tal-<em>Alarm Phone<\/em> \u0121ibdu l-attenzjoni g\u0127al dan dal-lejl.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 il-gwardji tal-kosta tal-Italja wie\u0121bu g\u0127al <a href=\"https:\/\/www.repubblica.it\/cronaca\/2020\/05\/02\/news\/migranti_68_in_pericolo_su_una_barca_problemi_al_motore-255437409\/?refresh_ce\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">sej\u0127a o\u0127ra tal-<em>Alarm Phone<\/em> u \u0127ar\u0121u b&#8217;vapuri biex ji\u0121bru l-passi\u0121\u0121iera f&#8217;dg\u0127ajsa li kienet qed teg\u0127req qrib Lampedusa.<\/a> It-Taljani \u0121abru lill-immgranti u tellg\u0127uhom l-art u \u017cammewhom fuq il-moll sakemm sabu vapur fil-port li fuqu setg\u0127u jag\u0127mlu l-kworantina.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fsandro.ruotolo.58%2Fposts%2F10222654220488616&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"747\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Malta m&#8217;hix tag\u0127mel l-istess.\u00a0<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/05\/prison-on-the-high-seas\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">G\u0127al dg\u0127ajsa minnhom offriet &#8220;soluzzjoni&#8221; bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; vapur tal-<em>Captain Morgan.<\/em><\/a> Tg\u0127id bi \u0127siebhom jibg\u0127atu vapur ie\u0127or ta&#8217; din il-kumpannija biex ji\u0121bor immigranti o\u0127ra? G\u0127alissa dawn ilkoll jinsabu fuq il-vapur Mistral, b&#8217;u\u0127ud minnhom jirrimettu. Min jaf g\u0127adx ikollna l-kuxjenza tniggi\u017cna talli konna r\u0127ejnilhom bil-g\u0127atx?<\/p>\n<p>Jew ma nag\u0127mlux mod li qed in\u0127ejju biex inre\u0121\u0121g\u0127uhom lura lejn il-Libja bi ksur tad-drittijiet fundamentali ta&#8217; dawn in-nies?<\/p>\n<p>Il-biera\u0127, b&#8217;mod patetiku g\u0127all-a\u0127\u0127ar, Evarist Bartolo fakkarna f&#8217;dak il-qawl antik Malti dwar dak ir-ra\u0121el li jaqta&#8217; l-bajd biex jinki lill-mara. Hedded li jag\u0127mel suwi\u010bidju politiku g\u0127ax &#8220;l-Ewropa&#8221; m&#8217;hix tindirizza l-problema tal-immigrazzjoni, b\u0127allikieku Malta xebg\u0127et tag\u0127mel pressjoni f&#8217;dan ir-rigward.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fevarist.bartolo%2Fposts%2F2889926854389194&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"287\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Diskors b\u0127al dan je\u0127tie\u0121 li ng\u0127arbluh sewwa g\u0127aliex l-e\u0127fef triq g\u0127all-politi\u010bi falluti dejjem kienet dik li &#8220;jwa\u0127\u0127lu fil-barrani&#8221; (kemm jekk dawn ikunu r\u0121iel ta&#8217; razza sewda jew burokrati\u010bi \u0120ermani\u017ci fi Brussell).<\/p>\n<p>Fejn tid\u0127ol il-kwistjoni tat-te\u0127id tal-immigranti salvati mill-g\u0127arqa, \u201cl-Ewropa\u201d m&#8217;hix il-Kummissjoni Ewropea, l-Parlament Ewropew jew xi istituzzjoni o\u0127ra fi Brussel. It-te\u0127id tal-immigranti jaqa&#8217; ta\u0127t il-kompetenza tal-istati individwali Ewropej u mhux tal-Unjoni Ewropea.<\/p>\n<p>Ni\u017cbaljaw meta nwa\u0127\u0127lu fl-Unjoni Ewropea. Anki li kieku kellna ma nibqg\u0127ux membri tal-UE \u2013 kif issa qed jittamaw xi w\u0127ud li ming\u0127alihom ikunu jistg\u0127u jiffrankaw lil Malta l-obbligu li ssalva \u0127ajjet dawk li jkunu fil-periklu li jeg\u0127rqu &#8211; xorta wa\u0127da nibqg\u0127u bir-responsabbilt\u00e0 li nsalvaw lil min ikun fil-periklu tal-g\u0127arqa fl-ib\u0127ra tag\u0127na. U xorta wa\u0127da kien ikollna nipperswadu lil Franza, lill-\u0120ermanja, lill-Isvezja u lill-Polonja biex dawn il-pajji\u017ci jie\u0127du s-&#8220;sehem&#8221; tag\u0127hom ta&#8217; dawk li nkunu rnexxielna nsalvaw mill-g\u0127arqa.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant Evarist Bartolo g\u0127andu ji\u010b\u010bara kliemu u jg\u0127id li meta jsemmi lill-\u201cEwropa\u201d jkun qed jirreferi g\u0127all-gvernijiet tal-pajji\u017ci Ewropej.<\/p>\n<p>Evarist Bartolo kien jifforma parti minn gvern li f&#8217;idejh kellu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea. L-istess gvern li, g\u0127all-okka\u017cjoni, kien kixef statwa fil-Belt Valletta li tixba\u0127 \u0127arja tal-ir\u0127am f&#8217;nofs il-misra\u0127 ta&#8217; Kastilja. Li kieku ried, il-gvern kellu 6 snin s\u0127a\u0127 biex, permezz ta&#8217; \u0127idma diplomatika, jipperswadi lill-Unjoni Ewropea biex tie\u0127u l-kwistjoni tal-immigranti ta\u0127t idejha.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-89850\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/141901757-valletta-malta-october-29-2019-the-knot-sculpture-known-also-as-the-migration-summit-monument-at-cas.jpg\" alt=\"\" width=\"450\" height=\"300\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/141901757-valletta-malta-october-29-2019-the-knot-sculpture-known-also-as-the-migration-summit-monument-at-cas-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/141901757-valletta-malta-october-29-2019-the-knot-sculpture-known-also-as-the-migration-summit-monument-at-cas-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/141901757-valletta-malta-october-29-2019-the-knot-sculpture-known-also-as-the-migration-summit-monument-at-cas-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/141901757-valletta-malta-october-29-2019-the-knot-sculpture-known-also-as-the-migration-summit-monument-at-cas.jpg 450w\" sizes=\"(max-width: 450px) 100vw, 450px\" \/><\/p>\n<p>I\u017cda minflok g\u0127amel dan, ipprefera li j\u017comm il-politika tal-immigrazzjoni barra mill-kompetenza tal-Unjoni Ewropea g\u0127aliex ma riedux jag\u0127tu r-ri\u0127 lil min seta&#8217; t\u0127ajjar iwaqqfilna l-bejg\u0127 tal-passaporti Ewropej. Issa Malta qed t\u0127allas il-prezz tar-reg\u0127ba u tan-nuqqas ta&#8217; g\u0127aqal u l-uni\u010bi persuni li qed ibatu huma l-immigranti abbandunati bejn sema u ilma.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-89848\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/vlt-summit.jpg\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"387\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/vlt-summit-200x125.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/vlt-summit-300x187.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/vlt-summit-400x250.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/vlt-summit-600x375.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/vlt-summit.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><\/p>\n<p>Joseph Muscat kien g\u0127amel minn kollox biex jipprova je\u0127les mill-problema tal-immigranti. I\u017cda meta waqg\u0127etlu l-maskra u l-Ewropej inteb\u0127u x&#8217;\u0127ob\u017c jiekol, id-dehra ta&#8217; Malta f&#8217;g\u0127ajnejn id-dinja kienet di\u0121\u00e0 le\u0127qet laqqtet id-daqqiet u ftit kienu dawk li kienu lesti li jaqb\u017cu g\u0127aliha.<\/p>\n<p>Evarist Bartolo kien ming\u0127alih li\u00a0<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/03\/evarist-bartolo-to-tim-sebastian-i-didnt-stand-up-for-my-principles\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">jekk joqg\u0127od inewwa\u0127 xi ftit u j\u0127abbat fuq sidru waqt intervista ma&#8217; Tim Sebastian, kien hemm min ser jag\u0127laq g\u0127ajnejh g\u0127all-fatt li hu stess kien \u0127a\u0121a wa\u0127da mal-gvern mafju\u017c ta&#8217; Joseph Muscat u dan minkejja li kien jaf dak kollu li kien g\u0127addej minn ta\u0127t.<\/a><\/p>\n<p>Id-dinja tieg\u0127ek hi dinja tal-\u0127olm, Sur Evarist Bartolo u m&#8217;hix id-dinja reali. Hawn m&#8217;intix tit\u0127addet mal-udjenzi tas-Super One li f&#8217;\u0127akka t&#8217;g\u0127ajn jafu jixg\u0127alulek ix-xemg\u0127at b&#8217;qima u, ftit tal-\u0127in wara, jaslu wkoll biex isallbuk g\u0127aliex hekk ikun ordnalhom il-kbir mexxej tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Varist, qed ta\u0127sad dak li int tajt il-lala lil Joseph Muscat biex ji\u017cra&#8217;. Kien missek warrabt meta ntba\u0127t li konna qed nitmexxew lejn direzzjoni \u017cbaljata.\u00a0Issa kif tista&#8217; qatt tippretendi li s\u0127abna l-Ewropej ser jafdaw lilek u lill-gvern immexxi mill-avukat personali ta&#8217; Joseph Muscat? Jaqaw \u0127sibt li xog\u0127ol il-ministeru tal-affarijiet barranin jikkonsisti biss fil-\u0121bid tar-ritratti tieg\u0127ek ma&#8217; papiet u prin\u010bpijiet?<\/p>\n<p>Xog\u0127ol il-ministru tal-affarijiet barranin huwa dak li j\u0127ares u jippromwovi lill-interess pubbliku billi jkabbar u jindokra r-relazzjonijiet ma&#8217; pajji\u017ci o\u0127ra, li jkattar il-fidu\u010bja u li jsostni l-obbligu morali li ng\u0127inu lil s\u0127abna li jkunu fil-b\u017conn tal-g\u0127ajnuna. Varist, minflok wettaq dan ix-xog\u0127ol, min kien qed imexxi l-gvern ta&#8217; qabel mexxa&#8217; l-quddiem l-interessi ta&#8217; Christian Kaelin u tal-klijenti tieg\u0127u Ali Sadr Hashemi Nejad, Ilham Aliyev u wliedu. Kif ukoll, m&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, l-interessi ta&#8217; Keith Schembri, Konrad Mizzi u tieg\u0127u stess: dawn ilkoll \u0121ew jaqg\u0127u u jqumu altament mill-interess nazzjonali.<\/p>\n<p>Varist, matul dawn l-a\u0127\u0127ar 7 snin int kont ming\u0127alik li m&#8217;a\u0127niex ser ni\u0121u b\u017conn l-g\u0127ajnuna ta&#8217; pajji\u017ci o\u0127ra.<\/p>\n<p>Kont ming\u0127alik li &#8220;l-aqwa \u017cmien&#8221; ma kien ser jispi\u010b\u010ba qatt.<\/p>\n<p>Kont ming\u0127alik li ma jimporta xejn meta n\u0127allu lill-pajji\u017ci \u0121irien tag\u0127na jg\u0127umu fid-demm tal-mafja, a\u0127na u na\u0127slu l-flus ma\u0127mu\u0121in tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Kont ming\u0127alik li ma jkun \u0121ara&#8217; xejn jekk in\u0127allu li ssir \u0127sara lill-pajji\u017ci \u0121irien tag\u0127na billi nippermettu lin-negozji li ju\u017caw ir-ri\u017corsi tag\u0127hom li j\u0127allsu ftit li xejn taxxa f&#8217;pajji\u017cna.<\/p>\n<p>Kont ming\u0127alik li, bis-sa\u0127\u0127a tal-iskema tal-bejg\u0127 tal-passaporti, ma konniex ser niffa\u010b\u010bjaw il-konsegwenzi meta lill-pajji\u017ci \u0121irien tag\u0127na esponejnihom g\u0127ad-d\u0127ul liberu fit-territorju tag\u0127hom ta&#8217; frodisti u ta&#8217; terroristi.<\/p>\n<p>Malta ma tantx fadlilha \u0127bieb. U, skont il-<em>Malta Today,<\/em> il-gvern qed ifittex li jag\u0127mel \u0127bieb \u0121odda. Skont dan il-\u0121urnal, Malta qed tfittex \u0127biberija mal-President Recep Erdogan, bniedem li kemm il-darba \u0121ie kundannat g\u0127all-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija, u dan sabiex jag\u0127tina daqqa t&#8217;id biex inwaqqfu lill-immigranti qabel jaqsmu bil-ba\u0127ar biex b&#8217;hekk ma jkollniex g\u0127alfejn noqg\u0127odu nre\u0121\u0121g\u0127uhom lura.<\/p>\n<p>Jekk dan ir-rapport huwa minnu u l-gvern qed ja\u0127dem minn wara dahar s\u0127abna l-Ewropej, x&#8217;aktarx li ser ikompli jonqas i\u010b-\u010bans li dawn jag\u0127tu widen lill-krib patetiku ta&#8217; Evarist Bartolo.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-large wp-image-89101\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/evarist-bartolo-13-4-20-1024x635.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"635\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/evarist-bartolo-13-4-20-200x124.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/evarist-bartolo-13-4-20-300x186.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/evarist-bartolo-13-4-20-400x248.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/evarist-bartolo-13-4-20-600x372.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/evarist-bartolo-13-4-20-768x476.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/evarist-bartolo-13-4-20-800x496.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/evarist-bartolo-13-4-20.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/evarist-bartolo-13-4-20-1200x744.jpg 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/evarist-bartolo-13-4-20-1536x952.jpg 1536w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p>Evarist Bartolo qed jammetti li jixtieq iwarrab biex ikun jista&#8217; jserra\u0127 il-kuxjenza tieg\u0127u. Jidher li qed jifhem li, f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar \u0121ranet, Malta qab\u017cet il-limiti ta&#8217; dak li setg\u0127et tag\u0127mel u li tinsab determinata li tibqa&#8217; tag\u0127mel minkejja l-fatt li d-de\u010bi\u017cjonijiet li qed jittie\u0127du qed isarrfu f&#8217;imwiet u fi tbatija.<\/p>\n<p>Ming\u0127alih li, meta jlissen diskors b\u0127al dan, ikun qed juri li huwa bniedem ta&#8217; prin\u010bipju. I\u017cda m&#8217;huwa xejn minn dan. Mara ta&#8217; prin\u010bipju &#8211; u forsi anki ra\u0121el ta&#8217; prin\u010bipju &#8211; mill-bidu nett kienet tikkundanna kull illegalit\u00e0 li kienu qed i\u0121ieg\u0127luha tkun kolle\u0121\u0121jament responsabbli g\u0127aliha min\u0127abba l-kariga ministrjali tag\u0127ha fi gvern li jippermetti lill-bnedmin li jeg\u0127rqu fil-ba\u0127ar jew li jre\u0121\u0121ag\u0127hom lura lejn it-tortura u l-iskjavit\u00f9 fil-Libja jew inkella j\u017commhom maqfulin bejn sema u ilma fuq vapur tat-turisti,<\/p>\n<p>Li kieku kien politikament sin\u010bier, Evarist Bartolo ma kienx imur ig\u0127id li kien ser iwarrab min\u0127abba &#8220;l-Ewropa&#8221; g\u0127ax b&#8217;hekk ikun qed iqanqal il-mibg\u0127eda lejn istituzzjoni li hi wa\u0127da mill-paladini li fadal tal-ordni dinjija li hi msejsa fuq il-li\u0121ijiet internazzjonali.<\/p>\n<p>Li kieku kien politikament sin\u010bier, kien ig\u0127id li ser iwarrab g\u0127aliex bil-lejl jippreferi li jorqod trankwill milli jkun parti minn gvern li jinjora d-drittijiet universali tal-bniedem, hu x&#8217;inhu l-kulur tal-\u0121ilda tieg\u0127u, li jg\u0127ix \u0127ieles mit-tortura u mill-gwerer imdemmija.<\/p>\n<p>Lil Evarist Bartolo ma nistax nag\u0127millu sej\u0127a biex, minflok iwarrab, jerfa&#8217; r-responsabbiltajiet tieg\u0127u u li jwettaq xog\u0127olu. Il-\u0121jufija tieg\u0127u, l-ambigwit\u00e0 morali tieg\u0127u u l-egoi\u017cmu u t-t\u0127assir patolo\u0121iku li g\u0127andu jistg\u0127u ikunu providenzjali. G\u0127aliex, g\u0127alkemm dan m&#8217;hu qatt ser jammettih, m&#8217;huwiex maqtug\u0127 biex imexxi d-dikasteru tal-affarijiet barranin. G\u0127andu jifhem li m&#8217;hu qatt ser jittie\u0127ed bis-serjet\u00e0 meta jitkellem f&#8217;isem Malta meta jonqos li jispjega x&#8217;kienet ir-ra\u0121uni il-g\u0127ala baqa&#8217; jservi ta&#8217; ministru ta\u0127t Joseph Muscat. Issa ser ikollu wkoll jispjega g\u0127aliex g\u0127adu ma warrabx mill-gvern ta&#8217; Robert Abela wara li ttie\u0127du d-de\u010bi\u017cjonijiet dwar l-immigranti fi tmiem il-\u0121img\u0127a tal-G\u0127id.<\/p>\n<p>Id-dnub ta&#8217; dan kollu jinsab fil-fatt li pajji\u017c s\u0127i\u0127 naqas li jilma\u0127 il-\u0127ajt \u0121ej ma wi\u010b\u010bu hu u jsuq <em>&#8220;gas down&#8221;<\/em> fid-direzzjoni tal-istess \u0127ajt. \u0126adna pja\u010bir intellqu f&#8217;karrozza velo\u010bi u njorajna l-persuni inno\u010benti li tajjarna frott sewqan bla galbu. Issa li d\u0127alna fil-\u0127ajt u ninsabu mwa\u0127\u0127lin fih, bejna u bejn ru\u0127na qed ng\u0127idu li qatt ma kien hemm \u0127ajt.<\/p>\n<p>Issa l-gvern qed jipprova jsib il-kenn ma&#8217; \u0127ajt imma\u0121inarju u qed iwa\u0127\u0127al fil-barranin tat-tramuntana u tan-nofsinhar. U, waqt li a\u0127na qed nin\u0127arqu fit-torri tag\u0127na, Evarist Bartolo qed ihedded li jaqbe\u017c &#8216;il barra mit-tieqa b\u0127allikieku b&#8217;hekk ser jinstab tarf tal-kobba li l-gvern jinsab im\u0127abbel fiha.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-gvern dan m&#8217;hu qatt ser jammettih. I\u017cda l-verit\u00e0 hi li Malta da\u0127let bejn il-basla u qoxritha. Malta rmiet il-ba\u0127ar il-kredenzjali diplomati\u010bi li kellha u issa qed nag\u0127tu bis-sieq lill-immigranti b\u0127allikieku dawn g\u0127andhom xi tort g\u0127all-ftajjar li \u0127mew Joseph Muscat u Robert Abela. B\u0127alissa hemm 90 immigrant bejn sema u ilma fl-ib\u0127ra tag\u0127na. Tal-Alarm Phone \u0121ibdu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":89851,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89856\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=89856"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89856\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":89863,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89856\/revisions\/89863\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/89851\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=89856"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=89856"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=89856"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}