{"id":89967,"date":"2020-05-06T12:16:58","date_gmt":"2020-05-06T10:16:58","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=89967"},"modified":"2020-05-06T13:01:33","modified_gmt":"2020-05-06T11:01:33","slug":"rapporteur-tal-kunsill-tal-ewropa-iwiddeb-lill-partiti-politici-maltin-kontra-t-twettiq-ta-riformi-minghajr-konsultazzjoni-wiesa","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/05\/rapporteur-tal-kunsill-tal-ewropa-iwiddeb-lill-partiti-politici-maltin-kontra-t-twettiq-ta-riformi-minghajr-konsultazzjoni-wiesa\/","title":{"rendered":"Rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa jwiddeb lill-partiti politi\u010bi Maltin kontra t-twettiq ta&#8217; riformi ming\u0127ajr konsultazzjoni wiesa&#8217;"},"content":{"rendered":"<p>Ir-<em>rapporteur<\/em> tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia u dwar is-saltna tad-dritt f&#8217;Malta, Pieter Omtzigt, wera&#8217; t-t\u0127assib tieg\u0127u g\u0127all-fatt li l-gvern u l-oppo\u017cizzjoni f&#8217;Malta qed jippruvaw iwettqu riformi istituzzjonali ming\u0127ajr ma jag\u0127mlu konsultazzjonijiet wiesa&#8217; mas-so\u010bjet\u00e0.<\/p>\n<p>\u201cMeta fi Frar li g\u0127adda \u017cort Malta, \u0127adt pja\u010bir nisma&#8217; ming\u0127and il-gvern li fi \u017cmien qasir kien ser jixxandar pakkett estensiv ta&#8217; riformi proposti li kien ser ji\u0121i mg\u0127oddi lill-Kummissjoni ta&#8217; Venezja,\u201d stqarr is-Sur Omtzigt.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\">.<a href=\"https:\/\/twitter.com\/coe?ref_src=twsrc%5Etfw\">@CoE<\/a> Assembly rapporteur <a href=\"https:\/\/twitter.com\/PieterOmtzigt?ref_src=twsrc%5Etfw\">@PieterOmtzigt<\/a> calls on Maltese government and opposition to pursue an open and inclusive reform process <a href=\"https:\/\/t.co\/CTguLtxX8j\">https:\/\/t.co\/CTguLtxX8j<\/a> <a href=\"https:\/\/t.co\/wRVC7fPH6c\">pic.twitter.com\/wRVC7fPH6c<\/a><\/p>\n<p>\u2014 PACE (@PACE_News) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/PACE_News\/status\/1257953752658726912?ref_src=twsrc%5Etfw\">May 6, 2020<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p><script async=\"\" src=\"https:\/\/platform.twitter.com\/widgets.js\" charset=\"utf-8\"><\/script><\/p>\n<p>Huwa kompla ig\u0127id: \u201cJien g\u0127adni ma rajt ebda abbozz, i\u017cda smajt li hemm t\u0127assib dwar il-mod kif tfasslu l-proposti. Fir-rapport tieg\u0127i kont semmejt li je\u017cisti \u010bertu xetti\u010bi\u017cmu fost u\u0127ud f&#8217;Malta li qed jib\u017cg\u0127u li l-pro\u010bess ta&#8217; riforma &#8220;kien ser isir bil-mo\u0127bi bejn il-mexxejja tal-partit fil-gvern u dak fl-oppo\u017cizzjoni\u2019. Jien wasalt g\u0127all-konklu\u017cjoni li dan m&#8217;g\u0127andux ikun, i\u017cda jidher li dak hu li qed ji\u0121ri.\u201d<\/p>\n<p>I\u017c-\u017cew\u0121 partiti ewlenin fil-Parlament kienu approvaw ri\u017coluzzjoni li permezz tag\u0127ha t\u0127abbar li kien intla\u0127aq ftehim dwar il-bidliet fil-mod kif isiru l-\u0127atriet g\u0127all-\u0121udikatura i\u017cda ma ng\u0127ataw ebda dettalji dwar ir-riformi proposti.\u00a0<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/04\/open-your-hymn-books-to-st-edward-confessor\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-gvern ma kienx qabel li jxandar il-proposti biex dawn ji\u0121u kunsidrati b&#8217;mod wiesa&#8217; qabel ji\u0121u mg\u0127addija lil tal-Kummissjoni ta&#8217;\u00a0 Venezja.\u00a0<\/a><\/p>\n<p>\u201c<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/12\/repubblika\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Huwa ferm importanti g\u0127all-Kummissjoni ta&#8217; Venezja li r-riformi li ser jitwettqu jkunu r-ri\u017cultat ta&#8217; pro\u010bess konsultattiv wiesa&#8217; mas-so\u010bjet\u00e0\u2019.<\/a> L-Assemblea rrakkomandat li r-riformi g\u0127andhom ikunu \u2018mfasslin u mwettqa\u2026 permezz ta&#8217; pro\u010bess miftu\u0127, iklu\u017civ u trasparenti\u2019. Il-mod kif ser jitfasslu r-riformi proposati u jekk dawn jaqdux il-\u0127ti\u0121ijiet \u010bari tal-Kummissjoni ta&#8217; Venezja jew, ser jeffettwa mhux biss il-le\u0121ittimit\u00e0 tag\u0127hom f&#8217;g\u0127ajnejn il-pubbliku \u2013 i\u017cda wkoll ser jeffettwaw il-kredibilit\u00e0 internazzjonali tal-gvern ta&#8217; Robert Abela,\u201d temm ig\u0127id is-Sur Omtzigt.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ir-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia u dwar is-saltna tad-dritt f&#8217;Malta, Pieter Omtzigt, wera&#8217; t-t\u0127assib tieg\u0127u g\u0127all-fatt li l-gvern u l-oppo\u017cizzjoni f&#8217;Malta qed jippruvaw iwettqu riformi istituzzjonali ming\u0127ajr ma jag\u0127mlu konsultazzjonijiet wiesa&#8217; mas-so\u010bjet\u00e0. \u201cMeta fi Frar li g\u0127adda \u017cort Malta, \u0127adt pja\u010bir nisma&#8217; ming\u0127and il-gvern li fi \u017cmien qasir kien ser jixxandar [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":89964,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89967\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=89967"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89967\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":89970,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/89967\/revisions\/89970\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/89964\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=89967"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=89967"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=89967"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}