{"id":90038,"date":"2020-05-08T16:23:58","date_gmt":"2020-05-08T14:23:58","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=90038"},"modified":"2020-05-08T20:46:06","modified_gmt":"2020-05-08T18:46:06","slug":"fid-9-ta-mejju-1987-nhar-gheluq-sninu-raymond-caruana-ma-kien-ircieva-ebda-rigal-kien-hu-stess-li-ta-rigal-kbir-lil-malta","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/05\/fid-9-ta-mejju-1987-nhar-gheluq-sninu-raymond-caruana-ma-kien-ircieva-ebda-rigal-kien-hu-stess-li-ta-rigal-kbir-lil-malta\/","title":{"rendered":"Fid-9 ta&#8217; Mejju 1987, nhar g\u0127eluq sninu, Raymond Caruana ma kien ir\u010bieva ebda rigal. Kien hu stess li ta rigal kbir lil Malta"},"content":{"rendered":"<div class=\"mceTemp\"><\/div>\n<p>Il-biera\u0127 binti g\u0127alqet g\u0127axar snin. G\u0127addew l-ewwel g\u0127axar snin ta&#8217; \u0127ajjitha. G\u0127eluq l-ewwel g\u0127axar snin, g\u0127eluq l-g\u0127oxrin sena, g\u0127eluq it-tletin sena e\u010b\u010betra huma spe\u010bjali. Kull g\u0127axar snin li jg\u0127addu g\u0127andna n\u0127ossuna xxurtjati li rnexxielna nibqg\u0127u mimlijin bil-g\u0127omor. Mhux kul\u0127add ser jirnexxielu jasal biex jag\u0127laq is-60 sena u jkun hemm inqas persuni li jaslu sa g\u0127eluq is-70 jew it-80 sena tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Il-jum ta&#8217; g\u0127ada d-9 ta&#8217; Mejju kien ikun jum spe\u010bjali g\u0127al Raymond Caruana. Li kieku kien g\u0127adu \u0127aj meta g\u0127alaq 30 sena, g\u0127ada kien jag\u0127laq 60. Il-familja tieg\u0127u ilha t\u0127oss in-nuqqas tieg\u0127u g\u0127al 33 sena. Baqg\u0127et qatt ma saret \u0121ustizzja g\u0127at-telfa kbira li kienu \u0121arrbu, g\u0127alkemm kien hemm okka\u017cjonijiet fejn \u0127asbu li kienu qrib li ssir.<\/p>\n<div id=\"attachment_90027\" style=\"width: 532px\" class=\"wp-caption aligncenter\"><img aria-describedby=\"caption-attachment-90027\" class=\"wp-image-90027 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/file.jpg\" alt=\"\" width=\"522\" height=\"886\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/file-177x300.jpg 177w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/file-200x339.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/file-400x679.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/file.jpg 522w\" sizes=\"(max-width: 522px) 100vw, 522px\" \/><p id=\"caption-attachment-90027\" class=\"wp-caption-text\">Ritratt: Imxandar g\u0127all-ewwel darba f&#8217;Il-Mument 04.12.2011<\/p><\/div>\n<p>Raymond Caruana kien inqatel f&#8217;Di\u010bembru 1986. Kien qed jie\u0127u birra ma&#8217; s\u0127abu hu u ji\u010b\u010belebra l-ftu\u0127 uffi\u010bjali tal-ka\u017cin tal-PN fil-Gudja, ra\u0127al agrikolu zg\u0127ir u kwiet. I\u010b-\u010belebrazzjonjiiet kellhom isiru \u0121ewwa l-ka\u017cin g\u0127aliex dakinhar kien maltemp u bosta mill-partitarji kellhom ifittxu l-kenn fih.<\/p>\n<p>F&#8217;\u0127in minnhom xi \u0127add riekeb <em>Land Rover<\/em> saq fit-triq quddiem il-ka\u017cin u spara diversi balal fuq il-fa\u010b\u010bata tal-binja. Aktar kmieni dik il-\u0121img\u0127a stess, kienet \u0121rat l-istess \u0127a\u0121a fuq il-fa\u010b\u010bata tal-ka\u017cin tal-PN ta&#8217; \u0126al Tarxien. Kien \u017cmien ta&#8217; tensjoni kbira. Il-\u0126add ta&#8217; qabel, il-PN kien ippjana li jorganizza <em>mass meeting<\/em> fi\u017c-\u017bejtun minkejja l-fatt li l-Pulizija kienet \u010ba\u0127ditlu l-permess. Folla mdaqqsa n\u0121abret fit-triq Tal-Barrani u bdiet miexja lejn i\u017c-\u017bejtun. U g\u0127aliex il-folla a\u017c\u017cardat tipponta lejn il-fortizza Laburista ta\u017c-\u017bejtun, il-Pulizija bdiet tispara l-gass tad-dmug\u0127 g\u0127al fuqha. \u0120ew ukoll sparati diversi tiri fuq il-folla.<\/p>\n<p>Minn investigazzjoni li saret aktar tard irri\u017culta li l-arma li ntu\u017cat biex \u0121ew sparati l-balal f&#8217;Tal-Barrani kienet l-istess wa\u0127da li ntu\u017cat biex \u0121ew sparati balal fuq il-fa\u010b\u010bata tal-ka\u017cin ta&#8217; \u0126al Tarxien u, aktar tard, fuq il-fa\u010b\u010bata tal-ka\u017cin tal-Gudja. I\u017cda fil-ka\u017c tal-ka\u017cin tal-Gudja l-isparatura \u0127alliet vittma: i\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Raymond Caruana ntlaqat f&#8217;rasu u miet fil-pront.<\/p>\n<p>Hemm min ig\u0127id li Raymond Caruana kellu xortih \u0127a\u017cina g\u0127aliex ma jidhirx li hu (jew \u0127addie\u0127or) kien fil-mira tal-balal. I\u017cda r-realt\u00e0 hi li hu kien fil-mira. Il-balal kienu mmirati lejh g\u0127aliex, minkejja l-inkwiet u tensjoni politika li kien g\u0127addej minna l-pajji\u017c dak i\u017c-\u017cmien, xorta wa\u0127da kien lest li jisfida u li jie\u0127u birra ma&#8217; s\u0127abu fil-ka\u017cin tal-partit tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Illum ma jkun hemm xejn ta&#8217; barra jekk xi \u0127add jag\u0127\u017cel li jmur jie\u0127u birra f&#8217;ka\u017cin ta&#8217; partit. I\u017cda fl-1986, g\u0127a\u017cla b\u0127al din kienet wa\u0127da li tista&#8217; \u0121\u0121ib l-inkwiet u l-periklu g\u0127al min jag\u0127milha g\u0127aliex kienet tammonta g\u0127al stqarrija politika ta&#8217; konvinzjoni, ta&#8217; sfida, ta&#8217; indipendenza individwali u ta&#8217; awtonomija fil-konfront tal-intimidazzjoni.<\/p>\n<p>\u010aertament Raymond Caruana ma kellu ebda intenzjoni li jintlaqat minn balla minkejja t-tensjoni kollha li l-pajji\u017c kien g\u0127adda minnha f&#8217;dik il-\u0121img\u0127a stess fi\u017c-\u017bejtun u f&#8217;\u0126al Tarxien. L-arma li qatlitu ntu\u017cat biex tipprova tkisser il-moral ta&#8217; nies b\u0127al Raymond Caruana u biex turihom li ta&#8217; xejn li joqg\u0127odu jittamaw fil-bidla g\u0127ax is-setg\u0127a kienet f&#8217;idejn dawk li subg\u0127ajhom kien fuq il-grillu u mhux f&#8217;idejn dawk jixorbu l-birra g\u0127all-affari tag\u0127hom f&#8217;ka\u017cin.<\/p>\n<p>Raymond Caruana nqatel f&#8217;Di\u010bembru 1986 u f&#8217;Mejju ta&#8217; wara kien jag\u0127laq 27 sena. F&#8217;Mejju kien bi \u0127siebu ji\u017c\u017cewwe\u0121 u jibda&#8217; \u0127ajja \u0121dida mal-g\u0127arusa tieg\u0127u. Ma kellux ikun.<\/p>\n<p>I\u017cda \u0121ara&#8217; li dakinhar ta&#8217; g\u0127eluq sninu, ji\u0121ifieri nhar id-9 ta&#8217; Mejju 1987, se\u0127\u0127et il-bidla kbira f&#8217;pajji\u017cna. Dakinhar is-saltna tal-manigoldi u tal-bulijiet li kienu rekbin fil-<em>Land Rover<\/em> u li sparaw u qatlu lil Raymond Caruana kienet \u0121iet fi tmiemha.<\/p>\n<p>Kienet reb\u0127et it-tama ta&#8217; min ma kienx lest i\u010bedi. Il-bi\u017ca&#8217; tal-bqija tal-poplu \u017cvintat u bil-mod il-mod re\u0121g\u0127et bdiet issaltan in-normalit\u00e0 f&#8217;pajji\u017c li issa kien tefa&#8217; \u0127arstu lejn l-Ewropa, lejn id-demokrazija, lejn is-suq \u0127ieles, lejn is-sussidjarjet\u00e0 u lejn il-plurali\u017cmu fix-xandir. Fl-istess waqt kien spi\u010b\u010ba \u017c-\u017cmien li fih kienu jinqatlu nies mi\u017cmumin ta\u0127t arrest mill-pulizija, il-gvern ma baqg\u0127ax \u0127a\u0121a wa\u0127da mat-tiranni, il-monopolju tal-istat fix-xandir twarrab, spi\u010b\u010baw l-iskarsezzi ekonomi\u010bi u l-korruzzjoni.<\/p>\n<p><img class=\"alignnone size-full wp-image-90029\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.21.jpeg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"739\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.21-200x92.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.21-300x139.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.21-400x185.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.21-600x277.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.21-768x355.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.21-800x370.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.21.jpeg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.21-1200x554.jpeg 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.21-1536x709.jpeg 1536w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/> <img class=\"alignnone size-full wp-image-90031\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.27.jpeg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"739\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.27-200x92.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.27-300x139.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.27-400x185.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.27-600x277.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.27-768x355.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.27-800x370.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.27.jpeg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.27-1200x554.jpeg 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/WhatsApp-Image-2020-05-08-at-16.22.27-1536x709.jpeg 1536w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/><\/p>\n<p>F&#8217;dik is-sena Malta baqg\u0127et lura milli tfakkar it-42 anniversdarju tat-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-Ewropa. Dakinhar Malta kienet qed tivvota favur il-\u0127alsien tag\u0127ha stess.<\/p>\n<p>Fid-9 ta&#8217; Mejju 1987 Raymond Caruana ma kien ir\u010bieva ebda rigali g\u0127al g\u0127eluq sninu. I\u017cda kien hu li ta rigal kbir lil Malta bis-sa\u0127\u0127a tas-sagrifi\u010b\u010bju li kien g\u0127amel bla ma ried.<\/p>\n<p>Raymond Caruana miet biex a\u0127na nkunu \u0127ielsa.<\/p>\n<p>Issa li s-sitwazzjoni qed tiggrava aktar milli kienet gravi fl-1986, nag\u0127mlu sewwa jekk niftakru fis-sagrifi\u010b\u010bju li kien g\u0127amel Raymond Caruana. Il-politika barranjija ta&#8217; Malta qed ter\u0121a&#8217; ssir \u0127a\u0121a wa\u0127da mal-kriminali u minnha nnifisha, l-politika ekonomika fe\u0127titilhom il-bibien bera\u0127. U ninsabu fgati bil-korruzzjoni li hawn kull fejn t\u0127ares.<\/p>\n<p>Illum m&#8217;g\u0127adhomx ju\u017caw l-armi biex ikissrulna l-moral. Qed jag\u0127mlu u\u017cu ta&#8217; vjolenza ta&#8217; xort&#8217;o\u0127ra li hi aktar effettiva: qed jippruvaw isikktu lid-dissidenti, jintimidaw lill-kriti\u010bi u jkissru kull oppo\u017cizzjoni.<\/p>\n<p>Minkejja kollox, je\u0127tie\u0121 li nispiraw ru\u0127na mill-ispirtu qawwi li kellu Raymond Caruana li, minkejja l-bi\u017ca&#8217; u l-intimidazzjoni li kellu madwaru, sab kenn mill-maltemp f&#8217;ka\u017cin biex jie\u0127u birra ma&#8217; s\u0127abu u ttama f&#8217;\u0127ajja a\u0127jar wara Mejju tas-sena l-\u0121dida.<\/p>\n<p>Jew wara aktar minn Mejju wie\u0127ed fil-\u0121ejjieni.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-biera\u0127 binti g\u0127alqet g\u0127axar snin. G\u0127addew l-ewwel g\u0127axar snin ta&#8217; \u0127ajjitha. G\u0127eluq l-ewwel g\u0127axar snin, g\u0127eluq l-g\u0127oxrin sena, g\u0127eluq it-tletin sena e\u010b\u010betra huma spe\u010bjali. Kull g\u0127axar snin li jg\u0127addu g\u0127andna n\u0127ossuna xxurtjati li rnexxielna nibqg\u0127u mimlijin bil-g\u0127omor. Mhux kul\u0127add ser jirnexxielu jasal biex jag\u0127laq is-60 sena u jkun hemm inqas persuni li jaslu sa g\u0127eluq [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":90028,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/90038\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=90038"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/90038\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":90041,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/90038\/revisions\/90041\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/90028\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=90038"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=90038"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=90038"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}