{"id":90427,"date":"2020-05-20T09:30:17","date_gmt":"2020-05-20T07:30:17","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=90427"},"modified":"2020-05-20T10:24:56","modified_gmt":"2020-05-20T08:24:56","slug":"malta-mhux-jirnexxielha-tirbah-il-fiducja-tal-ewropa-il-foglio","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/05\/malta-mhux-jirnexxielha-tirbah-il-fiducja-tal-ewropa-il-foglio\/","title":{"rendered":"Malta mhux jirnexxielha tirba\u0127 il-fidu\u010bja tal-Ewropa \u2013 Il Foglio"},"content":{"rendered":"<p>Malta tissemma&#8217; llum f&#8217;rapport li xandar il-\u0121urnal Taljan <em>Il Foglio<\/em> li j\u0121ib it-titlu today \u201c<em>L\u2019Isola dei Sovranisti<\/em>\u201d. Is-\u2018Sovranismo\u2019 hi kelma politika li tiddeskrivi dawk il-politi\u010bi tal-lemin estrem li jitkellmu favur l-awtonomija u l-indipendenza tal-istat u jidhrilhom li pajji\u017c g\u0127andu ja\u0121ixxi biss fl-interessi tieg\u0127u ming\u0127ajr ma jag\u0127ti ka\u017c tal-li\u0121ijiet u tal-koperazzjoni internazzjonali. Din il-kelma ta&#8217; spiss tintu\u017ca biex tfisser il-politika leminija estrema ta&#8217; Matteo Salvini li kien g\u0127amel \u017cmien iservi ta&#8217; ministru fil-gvern ta&#8217; koalizzjoni fl-Italja.<\/p>\n<p>Ir-rapport miktub minn Luca Gambardella jirreferi mhux biss g\u0127at-tre\u0121\u0121ija lura tal-immigranti li se\u0127\u0127et fi tmiem il-\u0121img\u0127a tal-G\u0127id, i\u017cda wkoll dwar il-mibg\u0127eda razzista, dwar il-politika anti-Ewropea u dwar l-attakki li saru fuq il-\u0120ermanja u fuq il-Vatikan minn uffi\u010bjali tal-gvern Malti.<\/p>\n<p>Ir-rapport jirriprodu\u010bi wkoll kummenti li saru mill-Ar\u010bisqof Charles Scicluna li qal li \u201cb&#8217;xorti \u0127a\u017cina ma nkunux qed ne\u017ca\u0121eraw meta nitkellmu dwar il-ksenofobija u dwar ir-razzi\u017cmu li je\u017cistu f&#8217;Malta. Dawn huma r-ri\u017cultat ta&#8217; sens ta&#8217; frustrazzjoni. Malta g\u0127andha numru dejjem jikber ta&#8217; foqra u ta&#8217; persuni qieg\u0127da u l-frustrazzjoni to\u0127noq kull sens ta&#8217; solidarjet\u00e0\u201d. L-Ar\u010bisqof kompla jg\u0127id li tort tal-imxijja tal-<em>coronavirus<\/em>, \u201cit-turi\u017cmu \u0121ie fix-xejn,\u201d u \u017cied li l-Ewropa wkoll g\u0127andha r-responsabbiltajiet x&#8217;taqdi. \u201cMalta ma tistax tit\u0127alla we\u0127idha dwar il-kwistjoni tal-immigranti. Din il-problema ma nistg\u0127ux insibu tarfha b&#8217;mi\u017curi sporadi\u010bi ta&#8217; nofs kedda. Il-mi\u017curi je\u0127tie\u0121 li jkunu strutturati\u201d.<\/p>\n<p>Ir-rapport ifakkar li meta kien \u0127a l-\u0121urament ta&#8217; prim ministru Robert Abela kien intrabat li jsewwi r-reputazzjoni ta&#8217; Malta wara dak li serva qablu kien irri\u017cenja skreditat. I\u017cda jidher li m&#8217;hux jirnexxielu. Politika ewlenija li qed isegwi, li permezz tag\u0127ha qed jimxi fuq il-passi tas-<em>sovranisti<\/em> Taljani, hi dik li jikkriminlaizza s-salvata\u0121\u0121i tal-immigranti mill-NGOs.<\/p>\n<p>Tistg\u0127u taqraw ir-rapport hawn.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-90421 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/IL_FOGLIO_20200520-page-007-scaled.jpg\" alt=\"\" width=\"1896\" height=\"2560\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/IL_FOGLIO_20200520-page-007-200x270.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/IL_FOGLIO_20200520-page-007-222x300.jpg 222w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/IL_FOGLIO_20200520-page-007-400x540.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/IL_FOGLIO_20200520-page-007-600x810.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/IL_FOGLIO_20200520-page-007-scaled.jpg 758w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/IL_FOGLIO_20200520-page-007-768x1037.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/IL_FOGLIO_20200520-page-007-800x1080.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/IL_FOGLIO_20200520-page-007-1138x1536.jpg 1138w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/IL_FOGLIO_20200520-page-007-1200x1620.jpg 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/IL_FOGLIO_20200520-page-007-1517x2048.jpg 1517w\" sizes=\"(max-width: 1896px) 100vw, 1896px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Malta tissemma&#8217; llum f&#8217;rapport li xandar il-\u0121urnal Taljan Il Foglio li j\u0121ib it-titlu today \u201cL\u2019Isola dei Sovranisti\u201d. Is-\u2018Sovranismo\u2019 hi kelma politika li tiddeskrivi dawk il-politi\u010bi tal-lemin estrem li jitkellmu favur l-awtonomija u l-indipendenza tal-istat u jidhrilhom li pajji\u017c g\u0127andu ja\u0121ixxi biss fl-interessi tieg\u0127u ming\u0127ajr ma jag\u0127ti ka\u017c tal-li\u0121ijiet u tal-koperazzjoni internazzjonali. Din il-kelma ta&#8217; spiss [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":90424,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/90427\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=90427"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/90427\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":90435,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/90427\/revisions\/90435\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/90424\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=90427"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=90427"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=90427"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}