{"id":90510,"date":"2020-05-22T10:57:21","date_gmt":"2020-05-22T08:57:21","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=90510"},"modified":"2020-05-22T12:35:47","modified_gmt":"2020-05-22T10:35:47","slug":"disprezz-2","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/05\/disprezz-2\/","title":{"rendered":"Disprezz"},"content":{"rendered":"<p>Huwa tassew ta&#8217; t\u0127assib meta wie\u0127ed jara lill-gvern i\u0121ib ru\u0127u b&#8217;tant disprezz fil-konfront tal-pro\u010bess tal-Kummissjoni ta&#8217; Venezja. G\u0127all-bidu lil tal-Kummissjoni, l-gvern kien injorahom g\u0127al 18 il-xahar s\u0127a\u0127 u issa qed jipprova ig\u0127addihom bi\u017c-\u017cmien bid-d\u0127ul ta&#8217; tibdil superfi\u010bjali u ko\u017cmetiku. Qed jittrattahom b\u0127allikieku dawn huma xi qatta&#8217; bolo\u0127 bla esperjenza u ta\u0127ri\u0121 bi\u017c\u017cejjed biex ixommu l-qerq minn seba&#8217; mili bog\u0127od.<\/p>\n<p>I\u017cda l-ag\u0127ar \u0127a\u0121a hi kif il-gvern qed i\u0121ib ru\u0127u b&#8217;mod li lill-Kummissjoni ta&#8217; Venezja u lir-rakkomandazzjonijiet tag\u0127ha qed jinjorahom. Ta&#8217; min ifakkar li f&#8217;April 2019, il-gvern kien \u0127atar 6 persuni biex iservu b\u0127ala membri tal-\u0121udikatura u fl-istess waqt injora l-konklu\u017cjoni li kienet \u0121ibdet il-Kummissjoni ta&#8217; Venezja fis-sens li l-metodu tal-g\u0127a\u017cla tal-\u0121udikanti ma kienx jaqbel mal-ispirtu tad-demokrazija.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant il-wieg\u0127da li kien g\u0127amel il-gvern li jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta&#8217; Venezja malajr spi\u010b\u010bat mormija &#8216;l ba\u0127ar, g\u0127ax il-gvern g\u0127amel fattih. Din ma kienitx biss ksur ta&#8217; rakkomandazzjoni i\u017cda tista&#8217; tammonta wkoll g\u0127al ksur tal-obbligazzjonijiet li jorbtu lil Malta permezz tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Hi appuntu g\u0127al din ir-ra\u0121uni li l-kwistjoni kollha issa tinsab quddiem il-Qorti Ewropea tal-\u0120ustizzja.<\/p>\n<p>I\u017cda kien hemm ukoll rakkomandazzjonijiet o\u0127ra tal-Kummissjoni ta&#8217; Venezja li m&#8217;humiex so\u0121\u0121etti g\u0127al-li\u0121ijiet li jaqg\u0127u ta\u0127t it-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Hemm ukoll \u010berti livelli ta&#8217; di\u010benza u ta&#8217; awto-kontroll li f&#8217;xi pajji\u017ci huma regolati mil-li\u0121ijiet u f&#8217;o\u0127rajn huma regolati minn konswetudnijiet dwar il-mod ta&#8217; m\u0121ieba ta&#8217; min jin\u0127atar f&#8217;kariga pubblika.<\/p>\n<p>Il-Kummissjoni ta&#8217; Venezja kienet qalet li meta l-gvern jimpjega membri parlamentari minn na\u0127a tieg\u0127u b&#8217;salarju li jin\u0127are\u0121 mill-istat, ikun qed jikser il-prin\u010bipju demokratiku tas-separazzjoni tas-setg\u0127at &#8211; f&#8217;dan il-ka\u017c bejn l-e\u017cekuttiv u l-parlament. Je\u0127tie\u0121 li dawn l-istituzzjonijiet ikunu indipendenti minn xulxin g\u0127aliex jekk il-Parlament isir \u0127a\u0121a wa\u0127da mal-gvern, ma jkunx jista&#8217; jibqa&#8217; jag\u0127mel g\u0127assa effettiva fuqu.<\/p>\n<p>Dawk il-membri parlamentari li jappo\u0121\u0121jaw lill-gvern g\u0127andhom id-dmir li jirrappre\u017centaw lill-kostitwenti tag\u0127hom; huma fid-dmir li jg\u0127arblu l-\u0127idma u l-im\u0121ieba tal-gvern; huma fid-dmir li jg\u0127assu fuq l-im\u0121ieba tal-ministri u li je\u017ci\u0121u t-twe\u0121ibiet ming\u0127andhom. Dawn id-dmirijiet huma aktar minn ewl id-dinja g\u0127all-membri parlamentari minn na\u0127a tal-gvern g\u0127aliex l-istess gvern ma jistax \u0127lief jistrie\u0127 fuq l-appo\u0121\u0121 biex ikun jista&#8217; jkompli jiggverna u g\u0127aldaqstant l-influwenza tag\u0127hom g\u0127an-nom tal-kostitwenti hu \u0127afna iktar effettiva.<\/p>\n<p>Bis-sa\u0127\u0127a tas-salarji li tahom minn flus il-poplu, Joseph Muscat sab mezz kif lill-membri parlamentri minn na\u0127a tal-gvern \u0121ieg\u0127lhom ja\u0127dmu g\u0127alih u mhux g\u0127all-kostitwenti tag\u0127hom.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-90504 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/anthony-agius-decelis.jpg\" alt=\"\" width=\"720\" height=\"960\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/anthony-agius-decelis-200x267.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/anthony-agius-decelis-225x300.jpg 225w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/anthony-agius-decelis-400x533.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/anthony-agius-decelis-600x800.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/anthony-agius-decelis.jpg 720w\" sizes=\"(max-width: 720px) 100vw, 720px\" \/><\/p>\n<p>Skont il-Kummissjoni ta&#8217; Venezja, dan kollu je\u0127tie\u0121 li jitwaqqaf. I\u017cda proprju fil-\u0121img\u0127a stess li fiha bdew jiflu l-pjanijiet tal-gvern dwat il-mod kif bi \u0127siebu jwettaq ir-rakkomandazzjonijet, il-gvern qabad u \u0127atar lill-membru parlamentari minn na\u0127a tal-gvern Anthony Agius Decelis b\u0127ala <em>Chairman<\/em> tal-<em>Grand Harbour Regeneration Corporation<\/em>. Qablu f&#8217;din il-\u0127atra kien hemm membru parlamentari Laburista ie\u0127or Stefan Zrinzo Azzopardi li llum iservi ta&#8217; Segretarju Parlamentari.<\/p>\n<p>Il-gvern mhux biss \u0127atar persuna li hi nkompetenti g\u0127all-a\u0127\u0127ar, i\u017cda g\u0127adda b&#8217;romblu fuq tal-Kummissjoni ta&#8217; Venezja proprju fil-\u0121img\u0127a li dawn qed ja\u0127dmu fuq il-ka\u017c ta&#8217; Malta. Tassew \u0127aqqu medalja! Tal-Labour jinqalg\u0127u ferm g\u0127al kummiedji b\u0127al dawn fejn jid\u0127lu l-barranin. I\u017cda d-disprezz sar ukoll apposta biex il-gvern jintog\u0127\u0121ob ma&#8217; dik is-sezzjoni tal-poplu li tappo\u0121\u0121jah.<\/p>\n<p>F&#8217;Di\u010bembru tal-2018, il-Kummissjoni ta&#8217; Venezja kienet qalet li tinsab im\u0127assba dwar il-fatt li l-Ombudsman ta&#8217; sikwit jilmenta li ji\u0121i njorat meta jitlob informazzjoni ming\u0127and il-gvern. \u201cM&#8217;huwiex a\u010b\u010bettabbli li l-gvern jirrifjuta li jg\u0127addi informazzjoni me\u0127tie\u0121a lill-Ombudsman biex dan ikun jista&#8217; jwettaq id-dmirijiet tieg\u0127u\u201d.<\/p>\n<p>Tistg\u0127u timma\u0121inaw l-iskantament tag\u0127hom hekk kif isiru jafu li, minkejja l-weg\u0127diet kollha tal-gvern li jwettaq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, l-Ombudsman g\u0127adu sal-lum ji\u0121i injorat.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-90372 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/AM.jpg\" alt=\"\" width=\"560\" height=\"476\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/AM-200x170.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/AM-300x255.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/AM-400x340.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/AM.jpg 560w\" sizes=\"(max-width: 560px) 100vw, 560px\" \/><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.ombudsman.org.mt\/diskors-tal-ombudsman-waqt-seduta-tal-kumitat-dwar-ix-xoghol-tal-kamra-li-ddiskutiet-l-ombudsplan-2020\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">F&#8217;Marzu li g\u0127adda quddiem il-Kumitat dwar ix-Xog\u0127ol tal-Parlament, l-Ombudsman stqarr li g\u0127adu ma jistax jifhem kif g\u0127adu ma \u0121iex ikkonsultat dwar il-pjanijet tal-gvern li jwettaq tibdiliet fl-uffi\u010b\u010bju tal-Ombudsman.<\/a> U lill-membri parlamentari qalilhom dak li hu minn ewl id-dinja: \u201cL-esperjenza dejjem uriet li meta jkun hemm konsultazzjoni imsejsa fuq demokrazija parte\u010bipattiva, kollox jibda&#8217; jit\u0127addem a\u0127jar. G\u0127aliex qed ikun hemm min jibqa&#8217; lura milli jikkonsulta mal-Ombudsman, anki b&#8217;mod kunfidenzjali, dwar dak li bi \u0127siebu jiddiskuti l-Parlament dwar it-tis\u0127i\u0127 tal-uffi\u010b\u010bju tal-Ombudsman?\u201d<\/p>\n<p>Hi tassew sitwazzjoni patetika li l-Ombudsman qed ikollu jokrob biex ji\u0121i konsultat dwar tibdil fil-li\u0121ijiet li g\u0127andhom x&#8217;jaqsmu mal-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Lill-gvern, tal-Kummissjoni ta&#8217; Venezja qalulu li l-istampa g\u0127andha tit\u0127alla tg\u0127arbel il-\u0127sibijiet tag\u0127hom dwar ir-riformi proposti u li s-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili g\u0127andha wkoll tie\u0127u sehem.<\/p>\n<p>Kif qatt jista&#8217; jkollna fidu\u010bja li l-gvern ser jisma&#8217; meta lanqas biss jindenja ru\u0127u jikkonsulta ma&#8217; uffi\u010bjal parlamentari ma\u0127tur mill-Kostituzzjoni biex jg\u0127arbel il-\u0127idma tieg\u0127u?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Huwa tassew ta&#8217; t\u0127assib meta wie\u0127ed jara lill-gvern i\u0121ib ru\u0127u b&#8217;tant disprezz fil-konfront tal-pro\u010bess tal-Kummissjoni ta&#8217; Venezja. G\u0127all-bidu lil tal-Kummissjoni, l-gvern kien injorahom g\u0127al 18 il-xahar s\u0127a\u0127 u issa qed jipprova ig\u0127addihom bi\u017c-\u017cmien bid-d\u0127ul ta&#8217; tibdil superfi\u010bjali u ko\u017cmetiku. Qed jittrattahom b\u0127allikieku dawn huma xi qatta&#8217; bolo\u0127 bla esperjenza u ta\u0127ri\u0121 bi\u017c\u017cejjed biex ixommu l-qerq [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":90505,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/90510\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=90510"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/90510\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":90513,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/90510\/revisions\/90513\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/90505\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=90510"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=90510"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=90510"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}