{"id":90687,"date":"2020-05-29T10:01:21","date_gmt":"2020-05-29T08:01:21","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=90687"},"modified":"2020-05-29T12:10:41","modified_gmt":"2020-05-29T10:10:41","slug":"messagg-tal-whatsapp-mill-magistrat-inkwirenti-lill-membri-kollha-tal-gudikatura-bghattilkom-kopja-tar-rapport-il-messagg-thassar-ftit-wara","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/05\/messagg-tal-whatsapp-mill-magistrat-inkwirenti-lill-membri-kollha-tal-gudikatura-bghattilkom-kopja-tar-rapport-il-messagg-thassar-ftit-wara\/","title":{"rendered":"Messa\u0121\u0121 tal-WhatsApp mill-ma\u0121istrat inkwirenti lill-membri kollha tal-\u0121udikatura: &#8220;Bg\u0127attilkom kopja tar-rapport&#8221;. Il-messa\u0121\u0121 t\u0127assar ftit wara."},"content":{"rendered":"<p><img class=\"size-full wp-image-90671 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joe-mifsud-lifeline.jpg\" alt=\"\" width=\"1426\" height=\"916\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joe-mifsud-lifeline-200x128.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joe-mifsud-lifeline-300x193.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joe-mifsud-lifeline-400x257.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joe-mifsud-lifeline-460x295.jpg 460w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joe-mifsud-lifeline-600x385.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joe-mifsud-lifeline-768x493.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joe-mifsud-lifeline-800x514.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joe-mifsud-lifeline.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joe-mifsud-lifeline-1200x771.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1426px) 100vw, 1426px\" \/><\/p>\n<p>Ninsab infurmat li l-ma\u0121istrat li qed imexxi inkjesta dwar il-mewt fil-ba\u0127ar ta&#8217; 12 il-ru\u0127 fi tmiem il-\u0121img\u0127a tal-G\u0127id\u00a0 il-biera\u0127 bg\u0127at \u017cew\u0121 messa\u0121\u0121i b&#8217;riferenza g\u0127ar-rapport tieg\u0127u lill-kollegi tieg\u0127u kollha fil-\u0121udikatura u kiteb il-kummentio li \u0121ejjin: \u2018G\u0127andkom \u0127afna x&#8217;taqraw.&#8217; u &#8216;Bg\u0127attilkom kopja.&#8217;<\/p>\n<p>Milli jidher dawn i\u017c-\u017cew\u0121 messa\u0121\u0121i ntbag\u0127tu l-biera\u0127 mill-<em>WhatsApp account<\/em> tal-Ma\u0121istrat Joe Mifsud lill-<em>group chat<\/em> ta&#8217; membri tal-\u0121udikatura fis-13:17 u fis-13:18. I\u017cda ftit tal-\u0127in wara dawn il-messa\u0121\u0121i t\u0127assru minn min bg\u0127athom permezz tad-\u2018<em>Delete for Everyone<\/em>\u2019 li tinsab fil-<em>WhatsApp.<\/em><\/p>\n<p>Dan ma jistax \u0127lief ifisser li r-riferenza fil-messa\u0121\u0121i g\u0127ar-rapport intbag\u0127tu lill-membri tal-\u0121udikatura bi \u017cball u li kienu nti\u017ci g\u0127al persuni o\u0127rajn.<\/p>\n<p>Skont il-li\u0121i, l-kontenut ta&#8217; rapport ta&#8217; inkjesta huwa kunfidenzjali u l-ma\u0121istrat jkun mistenni li jibg\u0127at rapport lill-Avukat \u0120enerali biss. U lil \u0127add aktar.<\/p>\n<p>L-Avukat \u0120enerali, minn na\u0127a tieg\u0127u, g\u0127andu d-diskrezzjoni esklu\u017civa li jidde\u010biedi x&#8217;g\u0127andu jag\u0127mel bir-rapport. L-Avukat \u0120enerali, Peter Grech, g\u0127andu d-dritt li jibg\u0127at ir-rapport lura lill-ma\u0121istrat jekk i\u0127oss li r-rapport ikun fih informazzjoni nieqsa jew jekk i\u0127oss li l-kwistjoni te\u0127tie\u0121 investigazzjoni aktar wiesa&#8217;. G\u0127andu wkoll id-dritt li jibg\u0127at ir-rapport lill-Kummissarju tal-Pulizija bi struzzjonijiet biex jie\u0127u azzjoni. Jista&#8217; wkoll iqieg\u0127ed ir-rapport fuq l-ixkaffa.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/newsbook.com.mt\/en\/repubblika-files-2-police-reports-over-migrants-death\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">L-inkjesta dwar il-mewt ta&#8217; 12 il-ru\u0127 fl-ib\u0127ra Maltin fi tmiem il-\u0121img\u0127a tal-G\u0127id kienet inbdiet fuq inizjattiva ta&#8217; Repubblika.<\/a> L-ilment ta&#8217; Repubblika semma&#8217; b\u0127ala wie\u0127ed mis-suspettati lill-Prim Ministru Robert Abela. Repubblika allegat li d-de\u010bi\u017cjonijiet li \u0127a l-prim ministru biex itawwal il-pro\u010bess tas-salvata\u0121\u0121 tal-immigranti li kienu ilhom \u0121ranet s\u0127a\u0127 fuq dg\u0127ajsa bejn sema u ilma, setg\u0127et wasslet g\u0127all-imwiet tag\u0127hom.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-90673 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joseph_muscat_egrant_inquiry_tears.jpg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"456\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joseph_muscat_egrant_inquiry_tears-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joseph_muscat_egrant_inquiry_tears-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joseph_muscat_egrant_inquiry_tears-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joseph_muscat_egrant_inquiry_tears-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/joseph_muscat_egrant_inquiry_tears.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>L-a\u0127\u0127ar darba li prim ministru kien su\u0121\u0121ett ta&#8217; inkjesta kriminali kien fil-ka\u017c tal-Egrant. Meta l-Ma\u0121istrat Aaron Bugeja kkonkluda l-inkjesta, l-Avukat \u0120enerali dde\u010bieda unilateralment li jibg\u0127at kopja tar-rapport tal-inkjesta direttament lill-prim ministru Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Il-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni Adrian Delia aktar tard \u0127arrek lill-Avukat \u0120enerali fil-Qorti u talab li jing\u0127ata kopja. <a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/99278\/watch_adrian_delia_goes_to_pick_up_full_egrant_report_but_ag_insists_he_has_two_days_to_obey_court_order#.XtDA1RMzY1I\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-Qorti spi\u010b\u010bat biex ordnat lil Peter Grech biex ig\u0127addi kopja tar-rapport egrant lil Adrian Delia<\/a> u laqa&#8217; l-argument ta&#8217; adrian Delia fis-sens li \u0121aladarba Joseph Muscat kellu kopja, il-kap tal-oppo\u017cizzjoni kien qed jin\u017camm milli jaqdi d-dmirijiet tieg\u0127u li jg\u0127arbel il-\u0127idma tal-gvern b&#8217;mod xieraq.<\/p>\n<p>G\u0127ejjun mill-uffi\u010b\u010bju tal-prim ministru qaluli li l-Prim Ministru Robert Abela jaf x&#8217;fih ir-rapport tal-inkjesta tal-Ma\u0121istrat Joe Mifsud. Madankollu mhux mag\u0127ruf jekk din l-informazzjoni \u0121ietx mg\u0127oddija lill-Prim Ministru mill-uffi\u010b\u010bju tal-Avukat \u0120enerali jew \u0121ietx mg\u0127oddija lilu minn band&#8217;o\u0127ra.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2020-05-27\/local-news\/Inquiry-into-roles-of-Prime-Minister-AFM-in-migrant-operations-concluded-6736223582\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Dan l-a\u0127\u0127ar Repubblika esprimiet l-iskantament tag\u0127ha meta xxandret l-a\u0127bar fit-<em>Times of Malta<\/em> li r-rapport tal-inkjesta tal-Ma\u0121istrat Joe Mifsud kien tlesta fi \u017cmien 4 \u0121img\u0127at.<\/a> Repubblika qalet li \u201cmhux normali li inkjesta serja b\u0127al din li tittratta dwar il-mewt ta&#8217; 12 il-ru\u0127 tintemm fi \u017cmien hekk qasir\u201d u g\u0127amlet paragun mat-tliet snin li g\u0127addew minn meta inbdew inkjesti dwar l-im\u0121ieba mhux xierqa ta&#8217; uffi\u010bjali tal-gvern, liema inkjesti g\u0127adhom pendenti sal-lum.<\/p>\n<p>Repubblika wriet it-t\u0127assib tag\u0127ha g\u0127all-fatt li l-istituzzjonijiet b\u0127alma huma l-pulizija ma kienux g\u0127amlu l-almu kollu tag\u0127hom biex ji\u017cguraw li t-12 il-ru\u0127 mejta u l-vittmi l-o\u0127rajn tal-in\u010bident li se\u0127\u0127 fl-G\u0127id fl-ib\u0127ra Maltin, issir \u0121ustizzja mag\u0127hom.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ninsab infurmat li l-ma\u0121istrat li qed imexxi inkjesta dwar il-mewt fil-ba\u0127ar ta&#8217; 12 il-ru\u0127 fi tmiem il-\u0121img\u0127a tal-G\u0127id\u00a0 il-biera\u0127 bg\u0127at \u017cew\u0121 messa\u0121\u0121i b&#8217;riferenza g\u0127ar-rapport tieg\u0127u lill-kollegi tieg\u0127u kollha fil-\u0121udikatura u kiteb il-kummentio li \u0121ejjin: \u2018G\u0127andkom \u0127afna x&#8217;taqraw.&#8217; u &#8216;Bg\u0127attilkom kopja.&#8217; Milli jidher dawn i\u017c-\u017cew\u0121 messa\u0121\u0121i ntbag\u0127tu l-biera\u0127 mill-WhatsApp account tal-Ma\u0121istrat Joe Mifsud lill-group chat ta&#8217; [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":90672,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/90687\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=90687"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/90687\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":90688,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/90687\/revisions\/90688\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/90672\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=90687"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=90687"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=90687"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}