{"id":9074,"date":"2018-07-24T12:04:26","date_gmt":"2018-07-24T10:04:26","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=9074"},"modified":"2018-07-24T17:45:20","modified_gmt":"2018-07-24T15:45:20","slug":"int-akbar-mill-partit","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/07\/int-akbar-mill-partit\/","title":{"rendered":"Int akbar mill-partit"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-9071\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/37673583_2052545088090199_7920988552270184448_n.jpg\" alt=\"\" width=\"700\" height=\"488\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/37673583_2052545088090199_7920988552270184448_n-300x209.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/37673583_2052545088090199_7920988552270184448_n-387x270.jpg 387w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/37673583_2052545088090199_7920988552270184448_n.jpg 700w\" sizes=\"(max-width: 700px) 100vw, 700px\" \/><\/p>\n<p>Kul\u0127add huwa akbar mill-partit. L-idea li l-partit huwa akbar minn kul\u0127add hi wa\u0127da li fe\u0121\u0121et qabel l-era tal-moderni\u017cmu u g\u0127andha tintrema&#8217; jekk irridu lil pajji\u017cna jsir demokrazija moderna. G\u0127andna wkoll noqg\u0127odu lura milli nimponu l-ipokresija fuq in-nies.<\/p>\n<p>U\u0127ud mill-kbarat tal-img\u0127oddi tal-Partit Nazzjonalista kien jfakkru lil kul\u0127add li \u2018\u0127add m&#8217;hu akbar mill-partit\u2019. Niftakar lil Eddie Fenech Adami jg\u0127id dan il-kliem i\u017cda mhux f&#8217;kuntest ta&#8217; awtorit\u00e0\u00a0 biex jiddixxiplina lil xi \u0127add. Kien ju\u017ca dan il-kliem pjuttost biex ira\u017c\u017can lilu nnifsu: \u2018minkejja li jien il-mexxej ta&#8217; dan il-partit, m&#8217;g\u0127andix dritt li nimponi r-rieda tieg\u0127i fuqu\u2019.<\/p>\n<p>Kien hemm prin\u010bipju ie\u0127or li kien i\u0127addem ta&#8217; spiss Eddie Fenech Adami: &#8220;il-persuna umana g\u0127andha tkun i\u010b-\u010bentru tal-politika tag\u0127na&#8221;.<\/p>\n<p>Dan il-prin\u010bipju huwa l-oppost tal-interpretazzjoni stil faxxista u dixxiplinarja tal-idea li \u2018\u0127add m&#8217;hu akbar mill-partit\u2019. Jekk il-persuna umana tkun fi\u010b-\u010bentru tal-politika, il-partit ma jista&#8217; qatt ikun i\u010b-\u010bentru tal-politika. Il-politika, id-de\u010bi\u017cjonijiet, l-istrate\u0121iji u t-tatti\u010bi g\u0127andhom jaqdu l-interess tal-persuna umana u mhux l-interess tal-partit.<\/p>\n<p>Meta l-biera\u0127 filg\u0127axija fuq it-TV Adrian Delia stqarr, b\u0127alma stqarr drabi o\u0127ra, li n-nies g\u0127andhom jobdu g\u0127ax il-partit huwa akbar minnhom ilkoll u minn kul\u0127add.<\/p>\n<p>Tajjeb jew \u0127a\u017cin, il-partit l-ewwel.<\/p>\n<p>X&#8217;aktarx g\u0127aliex ma jiddilettax bil-qari tal-kotba, Delia g\u0127amel u\u017cu minn kliem politiku u\u017cat fi\u017c-\u017cmien meta Khruschev kien irnexxielu ja\u0127taf il-Politburo.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>\u201cIl-partit irid jissaffa\u201d qalilna. Id-dissens g\u0127andu jinqered.<\/p>\n<p>L-appell tieg\u0127u b&#8217;ri\u017cq l-awtorit\u00e0 u l-kobor tal-partit m&#8217;hu xejn \u0127lief appell b&#8217;ri\u017cq l-awtorit\u00e0 u l-kobor tal-mexxej tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Semma&#8217; l-fatt li huwa sar kap bis-sa\u0127\u0127a tal-voti tal-membri tal-partit u li hu mportanti li d-de\u010bi\u017cjonijiet li jie\u0127u ji\u0121u obduti g\u0127aliex il-partit hu espressjoni tar-rieda tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Kull min jokkupa kariga fil-Partit Nazzjonalista, jokkupaha bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; elezzjoni. Il-kumitati sezzjonali huma eletti mill-membri tal-partit. id-delegati tal-Kunsill \u0120enerali huma mag\u0127\u017cula mill-kumitati sezzjonali. Il-kumitati tal-ferg\u0127at huma eletti mill-membri tag\u0127hom. L-e\u017cekuttiv huwa elett mill-Kunsill \u0120enerali u mill-kumitati tal-ferg\u0127at. L-uffi\u010bjali kollha huma eletti mill-kumitat e\u017cekuttiv. Il-kandidati ji\u0121u mag\u0127\u017cula mill-kumitat e\u017cekuttiv.<\/p>\n<p>U l-Membri tal-Parlament huma eletti b&#8217;vot popolari.<\/p>\n<p>Kul\u0127add g\u0127andu dritt g\u0127all-fehma tieg\u0127u u l-fehmiet kollha jirrappre\u017centaw lill-eletturi. Il-fehma ta&#8217; uffi\u010bjal wie\u0127ed ma tiswiex aktar minn ta&#8217; uffi\u010bjal ie\u0127or. G\u0127alhekk qeg\u0127din il-voti.<\/p>\n<p>Din hi r-ra\u0121uni g\u0127ala Adrian Delia &#8211; l-uniku membru tal-Grupp Parlamentari li m&#8217;akkwista ebda vot &#8211; qed jirrifjuta li jlaqqa&#8217; dak il-grupp g\u0127ax qed jib\u017ca li ma jkunx f&#8217;po\u017cizzjoni li jimponi r-rieda tieg\u0127u fuq il-kotra.<\/p>\n<p>Minkejja li jg\u0127id li \u0127add m&#8217;hu akbar mill-partit, qed jirrifjuta li jlaqqa&#8217; l-organi tal-partit biex jittie\u0127du dawk id-de\u010bi\u017cjonijiet li je\u0127tie\u0121 li jittie\u0127du u qed imexxi skond kif ifettillu qisu xi re b&#8217;setg\u0127a assoluta li jippretendi li r-rieda tieg\u0127u hi r-rieda tal-partit.<\/p>\n<p>Dan m&#8217;huwiex l-iskop wara l-partiti politi\u010bi. Naqbel mad-dixxiplina u mal-\u0121bid tal-istess \u0127abel. Naqbel li a\u0127jar ikun hemm l-g\u0127aqda. U din il-\u0121img\u0127a stess jidhirli li setg\u0127et issir xi \u0127a\u0121a b&#8217;ri\u017cq l-g\u0127aqda fil-partit.<\/p>\n<p>Il-\u0126add li g\u0127adda wara nofsinhar mexxej tal-PN li hu f&#8217;sensie\u0127 \u2014 mhux wie\u0127ed li jaqa&#8217; f&#8217;paniku jew, ag\u0127ar, li g\u0127andu lejaltajiet perversi \u2014 kien isejja\u0127 konferenza stampa u lil Joseph Muscat kien ig\u0127idlu e\u017catt fejn g\u0127andu jda\u0127\u0127al il-parir dwar x&#8217;g\u0127andu jag\u0127mel b&#8217;Simon Busuttil. Lil Joseph Muscat kien ig\u0127idlu biex ma jinda\u0127alx fejn ma jesg\u0127ux u li jmissu jdabbar l-irjus ta&#8217; Konrad Mizzi u ta&#8217; Keith Schembri min\u0127abba l-korruzzjoni. Kien ig\u0127idlu wkoll li l-PN jassumi hu r-responsabbilt\u00e0 dwar il-mod kif jirrea\u0121ixxi g\u0127all-korruzzjoni fil-gvern.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 mexxej tal-PN f&#8217;sensie\u0127 kien isejja\u0127 il-membri parlamentari wie\u0127ed wie\u0127ed u b&#8217;ri\u017cq id-dixxiplina fil-partit kien jitlobhom ilkoll ixandru r-rapport tal-FIAU u ma kienx i\u0127alli lil David Casa\u00a0 jiffa\u010b\u010bja wa\u0127du r-riskju li ji\u0121i arrestat u mitfu\u0127 il-\u0127abs. Il-partit g\u0127alhekk qieg\u0127ed hemm. Mexxej tal-PN lill-membri parlamentari kien ig\u0127idilhom: &#8216;Ni\u0121i naqa&#8217; u nqum jekk qeg\u0127din tib\u017cg\u0127u; jistg\u0127u ja\u0127sbu li lil David Casa jistg\u0127u jarrestawh jekk ikun wa\u0127du, i\u017cda hu \u0127afna aktar diffi\u010bli li jarrestaw lill-Oppo\u017cizzjoni kollha&#8217;.<\/p>\n<p>Dak ikun il-mument li fih partit ikun jista&#8217; juri l-kobor tieg\u0127u. Mhux g\u0127ax huwa akbar minn xi \u0127add i\u017cda g\u0127aliex kul\u0127add isir akbar. Il-partit qieg\u0127ed hemm biex jaqdi lill-politika, u mhux il-politika taqdi lill-partit\u00a0 &#8230; jew il-mexxej.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kul\u0127add huwa akbar mill-partit. L-idea li l-partit huwa akbar minn kul\u0127add hi wa\u0127da li fe\u0121\u0121et qabel l-era tal-moderni\u017cmu u g\u0127andha tintrema&#8217; jekk irridu lil pajji\u017cna jsir demokrazija moderna. G\u0127andna wkoll noqg\u0127odu lura milli nimponu l-ipokresija fuq in-nies. U\u0127ud mill-kbarat tal-img\u0127oddi tal-Partit Nazzjonalista kien jfakkru lil kul\u0127add li \u2018\u0127add m&#8217;hu akbar mill-partit\u2019. Niftakar lil Eddie Fenech [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":9071,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9074\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=9074"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9074\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":9089,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9074\/revisions\/9089\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/9071\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=9074"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=9074"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=9074"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}